Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li kienu ġew sospiżi mill-Freeport għadhomx fuq il-payroll ta' Transport Malta? Jekk ir-risposta għal din id-domanda hi fl-affermattiv, fejn qegħdin jirrapurtaw għax-xogħol? Jista’ jgħid jekk dawn il-persuni għadhomx jieħdu l-paga sħiħa minn Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li id-dettalji tagħhom ingħataw separatament ma ġewx sospiżi mill-Freeport, għadhom fuq il-payroll ta’ Transport Malta u ingħataw assignments speċifiċi fil-Freeport u mal-Grand Harbour Regeneration Corporation.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament ġew sospiżi mill-Freeport u x’passi dixxiplinarji ttieħdu minn Transport Malta fil-konfront tagħhom peress li l-istess ħaddiema ġew impjegati primarjament minn Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li id-dettalji tagħhom ingħataw separatament ma ġewx sospiżi mill-Freeport.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux informazzjoni li ċ-chief officer tal-Corporate Services Directorate qed tuża atteġjament dispreġjattiv fil-konfront tan-nies ta' taħtha u anke tas-superjuri tagħha? X'passi se jieħu l-Ministru biex din l-attitudni tieqaf b' mod immedjat?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 8991.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati ta' Transport Malta li huma eżentati milli jippanċjaw fl-uffiċini li l-Awtorità għandha fil-Marsa? X' inhi r-raġuni illi dawn in-nies qegħdin jiġu eżentati milli jippanċjaw?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-impjegati ma’ jippanċjawx fl-uffiċini li l-Awtorità għandha fil-Marsa:
Impjegati li ma jippanċjawx imma jużaw Attendance Sheets:
9 Security Officers
2 Assistant Enforcement Officers
Impjegati li ma jippanċjawx minħabba Special Needs:
2 Office Assistant
Impjegati li ma jippanċjawx:-
Chief Financial Officer
Chief Operations Officer
GIS Manager
Procurement Director
2 Maritime Security Compliance Executives
Director Traffic Management & Road Safety
Driver – Chairman’s Office
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2009 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux permezz ta’ direct order?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħataw l-ebda ħlasijiet lill-kumpanija li d-dettajli tagħha ingħataw separatament, mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Ex Ħaddiema tax-Xatt – ftehim bejn il-Gvern u l-GWU
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li:
a. ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-GWU f’isem l-eks ħaddiema tax-Xatt;
b. bil-ftehim il-Gvern intrabat li dawn il-ħaddiema, id-dipendenti u l-werrieta tagħhom jieħdu sehemhom mill-Fond tal-Pensjoni u l-Kontinġenza għall-ħaddiema tax-xatt; u
c. dan il-ħlas għandu jsir f’daqqa, bejn l-aħħar ta’ Mejju u l-bidu ta’ Ġunju 2014?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant tajjeb li jkun jaf, li xhur ilu tlabt rapport dwar is-sitwazzjoni tal-Fond tal-Pensjoni u l-Kontinġenza għall-ħaddiema tax-xatt. Dan ir-rapport tlesta u għaldaqstant tlabt biex issir analiżi tal-istess rapport u rakkomandazzjoni li huma mistennija li jkunu lesti bejn l-aħħar ta’ Mejju u x-xahar ta’ Ġunju.
Karozzi Self Drive Liċenzjati — Certificate of Compliance
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9482, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li għaliha tneħħa l-obbligu li wieħed jipprovdi Certificate of Compliance, u x'tip ta' ċertifikat hu dan? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dan hux il-compliance certificate tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-raġuni li għaliha tneħħa l-obbligu li wieħed jipprovdi Certificate of Compliance kienet biex jiġi simplifikat il-proċess għaliex kien biżżejjed għal Transport Malta li wieħed jippreżenta l-permess maħruġ mill-Awotorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Dan ic-Certificate of Compliance huwa complaince certificate maħruġ mill-MEPA wara li jkun ħareġ il-permess oriġinali.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li mid-9 ta’ Marzu 2013 ‘l hawn, l-Ministeru inkluż l-entitajiet, dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu fi ħdanu, għamlu użu mis-servizzi tal-kumpaniji imsemmija minnu bi spiza medja ta’ €531 kull darba. F’kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Direttorat tal-Immaniġġjar tat-Traffiku – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ġie trasferit mis-sezzjoni tal-manutenzjoni sabiex jagħmel xogħol mad-Direttorat tal-Immaniġġjar tat-Traffiku? Jista’ jindika jekk dan l-istess individwu ngħatax promozzjoni f’xi grad ieħor minn dak li kien jokkupa mas-sezzjoni tal-manutenzjoni u jekk fl-affermattiv, kif intgħażel sabiex jokkupa l-pożizzjoni li ngħata minħabba li ma nħarġet l-ebda call for applications ma’ dan l-istess Direttorat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li kien hemm ħtieġa urġenti ta’ Electrician Licence A and B fis-sezzjoni tat-Traffic Management biex jgħin fl-installazjoni ta’ traffic lights madwar Malta u Għawdex u allura nħasset il-ħtieġa li l-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament jintalab jikkontribwixxi f’dan is-settur. Din il-persuna ma ngħatat l-ebda promozzjoni.
B’referenza għaċ-ċirkulari li nħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru “OPM No. 20/2013 - Christmas Staff Parties, Christmas Cards and Gifts”, jista’ l-Ministru jgħid għaliex iċ-chairman ta’ Transport Malta mar kontra l-istess ċirkulari meta aċċetta rigal li nxtara minn numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fi Transport Malta wara li nġabret is-somma ta’ €15 mingħand dawk il-ħaddiema li huwa magħruf li attendew għall-ikliet speċjali li jiġu organizzati mill-impjegati Laburisti li jaħdmu ġewwa Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7150.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-Purchasing Committee ġewwa Transport Malta li qabel kien immexxi minn uffiċjali minn diversi oqsma u direttorati ta’ Transport Malta, riċentament ġie ffurmat mill-ġdid b’nies li kollha jaħdmu fl-istess Direttorat tal-Corporate Services? Jista’ l-Ministru jispjega għaliex fuq l-istess kumitat m’hemm ħadd mid-Dipartiment tal-Finanzi? Jista’ jgħid min huma l-membri li jiffurmaw dan il-kumitat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq rakkomandazzjoni tal-awdituri nterni u l-Audit Committee fi ħdan Transport Malta, il-Bord tad-Diretturi tal-istess Awtorita’ approva li jitwaqqaf Tendering Committee minflok Purchasing Committee. Dan it-Tendering Committee huwa kompost minn rappreżentant tal-Bord, rappreżentant tal-Finanzi, rapprezentant tal-corporate services, rappreżentant tal-Procurement, Chairman u segretarja.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm karozzi liċenzjati li jiġu wżati bħala self drive, f'Malta u Għawdex? Kemm hawn garaxxijiet, lokalità b’lokalità li huma liċenzjati biex jagħtu dan is-servizz? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm bidliet f'dawk li huma policies marbuta mal-għoti ta' tali liċenzji?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li sal-ġurnata tal-lum, f’Malta u Għawdex hemm 8,480 vettura li huma liċenzjati sabiex jiġu wżati għall-kiri migħajr xufier.
Infurmat ukoll li f’Malta u Għawdex hemm total 797 garaxxijiet li huma liċenzjati sabiex jipprovdu servizz tal-karozzi tal-kiri kemm għal self drive/leasing. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ garaxxijiet li huma liċenzjati biex jagħtu dan is-servizz.
Jirriżulta li ma kien hemm l’ebda tibdil fil-policy sabiex wieħed jakkwista permess biex jopera tali garaxx f’din l-aħħar sena. Biss, abbażi ta’ deċiżjoni amministrattiva, matul is-sena 2013, tneħħiet il-ħtieġa mill-obbligu li wieħed għandu jipprovdi Certificate of Compliance meta japplika ma’ Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi hybrid li huma liċenzjati għas-sewqan f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn il-karozzi huma liċenzjati bħala self drive?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li sal-ġurnata tal-lum hemm 330 karozza hybrid liċenzjati f’Malta u Għawdex.
Minn dawn it-330 vettura, 14 huma liċenzjati biex jinkrew bla xufier għal self drive.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-preparamenti biex Triq is-Simar f'San Pawl il-Baħar tkun tista' tiġi mogħtija t-tarmak? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta? X'koordinazzjoni hemm lesta mal-entitajiet l-oħra li jipprovdu s-servizzi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Triq is-Simar San Pawl il-Baħar għadha qed tiġi ffurmata mill-iżviluppaturi.
Billi issa għaddew diversi ġimgħat minn mindu għalqet is-sejħa għall-proposti marbuta mat-trasport pubbliku, u meta għalqet l-istess sejħa kien ingħad li fi ftit jiem kien se jkun hemm indikazzjonijiet ta' x'se jiġri mill-istess proposti, jista' l-Ministru jindika, x'kienu s'issa l-iżviluppi li seħħew?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess tal-evalwazzjoni tal-espressjoni t’interess tal-proposti marbuta mat-trasport pubbliku għadu mhux konkluż, u għaldaqstant iktar informazzjoni ma tistax tingħata f’dan l-istadju.
Tnax-il distrett elettorali — talbiet għal bdil fil-konfigurazzjoni tal-bankini
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet għal bidliet fil-konfigurazzjoni tal-bankini fit-12-il distrett elettorali, li ġew approvati minn Transport Malta? Fejn jinsabu dawn it-talbiet li ġew approvati? Fejn jinsabu t-talbiet li ma ġewx approvati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permessi li nħarġu għal twessiegħ ta’ partijiet ta’ bankini fit-12-il distrett huma kif spjegat kif ġej:
Locality
Details
Request
App/Ref
St Paul's Bay
Build-Out
As per site plan
Refused
Mellieħa
Build-Out
Triq Guze Flores for Pelican Crossing
Approved
St Paul's Bay
Build-Out
Triq il-Qawra c/w Triq Arznell for Pelican Crossing
Approved
Mellieħa
Build-Out
Triq Gorg Borg Olivier for Zebra Crossing
Awaiting confirmation from Local Council re drawing
St Paul's Bay
Build-Out
Triq it-Turisti c/w Triq il-Klamari
Approved
Jista’ l-Ministru jikkunsidra li l-parti ta’ Triq il-Ħerba ġewwa ż-Żejtun li tmiss ma’ Triq Santa Monika ssir ukoll one way bħal kumplament tat-triq li diġà hija one way? X’inhu l-iskop li din il-parti tħalliet two way? X’sens jagħmel dan meta karozza ma tistax tinżel ‘l isfel fil-kumplament tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li minn riċerka li saret fl-arkivji tal-Awtorità tat-Trasport irriżulta li ma ġietx sottomessa applikazzjoni għal bdil fid-direzzjoni tat-traffiku fi Triq il-Ħerba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu maħsub li għandu jsir sabiex tittaffa l-problema li qed isibu l-passiġġieri li jagħmlu użu mir-rotot li qed jaħdmu permezz ta’ mini buses, liema vetturi għandhom kapaċità żgħira ta’ ġarr ta’ passiġġiera, peress li f’diversi okkażżjonijiet dawn il-vetturi qed jgħaddu minn fuq il-bus stops full up b’detriment għall-passiġġieri li qed idumu jistennew madwar siegħa sal-ħin li jkun imiss fuq l-iskeda?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent Transport Malta qed tagħmel stħarriġ dettaljat fuq il-patronagg ta’ kull rotta li qed tiġi subcontracted mill-operatur tat-trasport lill-Unscheduled Bus Services, kemm b’coaches kif ukoll b’minibuses. Dan l-eżerċizzju diġà tlesta fuq ħmistax il-rotta u mill-informazzjoni miġbura s’issa jidher li m’hemmx problema ta’ nies li tħallew l-art minħabba r-raġuni miġjuba mill-Onor. Interpellant, anzi fil-maġġoranza tal-ħinijet ikun hemm spazju mhux meħud fuq l-istess vetturi.
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jekk għandu xi informazzjoni fir-rigward ta’ passiġġieri li tħallew l-art fuq rotot li qegħdin jiġu subcontracted lill-Unscheduled Bus Services, jgħaddilna din l-informazzjoni sabiex Transport Malta tkun tista’ tinvestiga dawn il-każi u jittieħdu l-provedimenti meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-frekwenza fl-iskeda tar-rotta 130 li tgħaddi minn quddiem il-Valletta Waterfront? Jista’ jgħid b’liema vetturi qiegħda ssir din ir-rotta, jekk hux dawk proprjetà tal-Malta Public Transport Services jew inkella vetturi mikrija mill-istess kumpanija mingħand il-privat? Jista’ jgħid jekk din ir-rotta hux qed issir regolarment minħabba li kien hemm diversi ilmenti li nhar ta’ Ħaddl-iskeda ta’ din ir-rotta ma tinżammx u qed jitħallew numru kbir ta’ passiġġieri jistennew fuq il-bus stops, kif ġara partikolarment nhar is-16 ta’ Marzu 2014?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-frekwenza tar-rotta 130 mit-Tnejn sas-Sibt hija ta’ kull (30) tletin minuta, filwaqt li fil-Ħdud u festi pubbliċi il-frekwenza tkun kull (60) sittin minuta. Fil-preżent din ir-rotta qed tiġi operata minn vetturi subcontracted permezz ta’ minibuses li għandhom kapaċita’ li jġorru mill-inqas 18-il passiġġier.
Infurmat ukoll li l-iskeda fuq din ir-rotta qiegħda tiġi osservata. Madanakollu ġie rrapportat li f’ċertu okkażjonijiet riċenti, is-servizz ma laħħaqx mad-domanda. L-operatur tat-trasport pubbliku qed janalizza s-sitwazzjoni biex jekk hemm bzonn jibgħat vetturi addizzjonali jew vetturi akbar.
Minn informazzjoni miġbura minn Transport Malta speċifikament fis-16 ta’ Marzu 2014, min- nies allokati fuq din ir-rotta, ma kienx hemm passiġġiera li ma tgħabbewx jew vjaġġi li ma sarux.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fost l-impjegati tal-ex Arriva Malta Ltd kienx hemm xi wħud li kienu f’kariga ta’ diretturi u li nżammu mill-Gvern bħala ħaddiema tal-Malta Public Transport Services? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid min huma dawn id-diretturi u kemm hi l-paga u x’benefiċċji oħra qed jitħallsu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’ hemm l-ebda persuna li preżentament qiegħda isservi bħala Direttur tal-Bord tal-kumpanija Malta Public Transport Services (Operations) Ltd u li qabel kien iservi fuq il-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija Arriva Malta Ltd.