Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena, sal-lum, infetħux fabbriki ġodda? Jekk iva, kemm infetħu u kemm jimpjegaw nies? Kemm hawn fabbriki li huma mibnija u mhux qed jiġu utilizzati?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel il-gvern biex jagħti pariri lill-industrija ġenerali, lil dawk parastatali u oħrajn biex jikkontrollaw il-gassijiet/veleni tossiċi jidħlu fl-arja u b'hekk jgħinu fiż-żieda tal-global warming?
X'inhuma l-pariri tal-għaqda ambjentali tal-Ġnus Maqgħuda fuq dan is-suġġett?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qabel xejn wiehed irid jispecifika li, filwaqt li l-emissjoni ta` certi gassijiet ta` natura tossika tista` twassal ghal tniggiz ta` l-arja, dan mhux daqstant fattur fil-process ta` `global warming`. Dan il-process huma konsegwenza tal-`green house effect` li huwa rizultat ta` l-emissjoni fl-arja tal-`carbon dioxide`. Dan il-gass jigi prodott kull meta xi haga tinharaq, indipendentement minn jekk dan jirrizultax fi tniggiz jew le.
Ghalhekk it-trazzin tal-global warming jiddependi mill-kapacita` li nnaqqsu l-emissjoni tal-carbon dioxide. Fil-kaz ta` Malta dan jimplika principalment il-bzonn li niffukaw l-attenzjoni taghna fuq il-produzzjoni ta` l-energija u fuq it-trasport.
Id-Dipartiment ta` l-Industrija, flimkien mad-Dipartiment ghall-Harsien ta` l-Ambjent u l-Universita`, holqu centru ghal teknologija aktar nadifa (Cleaner Technology Centre). Dan ic-Centru, li ghandu l-ufficcju fl-Universita`, jaghti taghrif lill-industrija lokali dwar mizuri li jwasslu ghal tnaqqis fil-periklu tat-tniggiz, tnaqqis fil-produzzjoni ta` skart u tnaqqis fl-uzu ta` l-energija.
Dan jirrifletti ezattament il-pariri moghtija mill-Programm Ambjentali tal-Gnus Maghquda (UNEP) li torbot it-trazzin tal-global warming ma` mizuri ghal aktar efficjenza fl-uzu ta` l-energija, flimkien ma` mizuri ohra biex jinstabu sorsi alternattivi ta` energija li ma jirrikjedux kombustjoni u ma` mizuri sabiex jigu protetti l-foresti.
Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għandha l-Enemalta għal bozoz ġodda fil-lokalita' tal-Gudja? X'inhuma t-toroq?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha dawn it-talbiet ghal twahhil ta` bozoz godda fil-Gudja:
2 fi Triq Har-Resqun, 13 fi Triq Hal-Ghaxaq, 1 fi Triq Toni Zammit, 1 fi Triq il-Mithna, 2 f`Dawret il-Gudja u 1 fi Triq il-Fidwa.
Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għandha l-Enemalta għal bozoz ġodda fil-lokalita' ta' Santa Luċija? Liema huma t-toroq?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha zewg talbiet pendenti ghal twahhil ta` bozoz godda f`Santa Lucija. Dawn huma wahda fi Triq ir-Rand u l-ohra fiz-zona tac-Centru Civiku. Tajjeb jinghad li matul l-1999, il-Korporazzjoni nstallat 33 bozza gdida f`dan il-lokal.
Jista' gl-Ministru jgħid x'talbiet għandha l-Enemalta għal bozoz ġodda fil-lokalita' ta' Ħal Tarxien? Liema huma t-toroq?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha hmistax-il talba pendenti ghal twahhil ta` bozoz godda f`Hal Tarxien. Hemm talba biex titwahhal bozza gdida f`kull wahda minn dawn it-toroq:
Triq San Francesco Crispi kantuniera ma` Triq Guzeppi Montebello, Triq San Frangisk, Triq il-Kurunell Mas, Triq George Caruana, Triq Santa Monika u Triq Hal Tarxien. Hemm ukoll talbiet ghal erba` bozoz godda fil-parti ta` Triq il-Kurunell Mas faccata ta` Triq Odolone Caruana u hamsa ohra fi Triq Spiru Spiteri.
Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għandha l-Enemalta għal bozoz ġodda f'Raħal Ġdid? F'liema toroq?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha talbiet minghand il-Kunsilli Lokali ta` Rahal Gdid sabiex jigu nstallati bozoz godda fit-toroq segwenti ta` dan il-lokal:
4 bozoz fil-gnien hdejn il-grawnd tal-futbol Pace Grasso, 2 bozoz fi Pjazza Antoine de Paule u bozza f`kull wahda minn dawn it-toroq:
Triq Hal-Luqa, Triq il-Knisja kantuniera ma` Triq San Guzepp, Triq Joseph Stivala, Triq il-Knisja kantuniera ma` Triq Sir Temi Zammit, Triq it-Tarzna, Triq l-Arkata, Triq Santa Monika, Triq Ninu Cremona faccata ta` Triq it-Tramuntana, Triq il-Vittmi tax-Xoghol, Triq Valletta, Vjal Sir Paul Boffa, Vjal il-Knisja, Triq Guze` D`Amato, Triq is-Sorijiet, Triq San Guzepp u Triq is-Sorijiet hdejn Gnien Paul Boffa.
Tajjeb jinghad li matul l-1999, il-Korporazzjoni nstallat 20 bozza gdida f`Rahal Gdid.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet stmata l-popolazzjoni ta' Malta fil-31 ta' Diċembru, 1999? Kemm huma nisa u kemm irġiel? Kemm huma mis-16-il sena 'l fuq? Kemm huma taħt it-18-il sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant ghalissa ma tistax tinghata peress li nformazzjoni dwar twelidijiet, imwiet u suggetti simili jinghalqu fl-ahhar ta` Frar u sussegwentement tigi pubblikata mill-Ufficcju Centrali ta` l-Istatistika lejn nofs Marzu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il bozza twaħħlet mill-Enemalta f'Malta u f'Għawdex, lokalita'b'lokalita', matul din is-sena? Kemm-il talba għandha l-Enemalta biex jitwaħħlu aktar bozoz f'Malta u f'Għawdex? Jikkonferma l-Ministru dak li deher f'ġurnal Malti dan l-aħħar li l-Enemalta m'għandhiex aktar bozoz?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra. Dwar l-ahhar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija numru 12829 waqt is-Seduta numru 222 fejn spjegajt il-fatti kif tassew huma u mhux kif jigu pinguti mill-gurnali ghax hekk ikun jaqblilhom fil-mument.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem l-Enemalta dwar bozoz maqtugħin fil-Gżira? Kemm imorru lura fiż-żmien?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li skond lista sottomessa mill-Kunsill Lokali tal-Gzira, l-Korporazzjoni Enemalta ghandha 22 talba ghal twahhil ta` bozoz godda fit-toroq ta` dak il-lokal. Sebgha minn dawn it-talbiet saru fl-1997 waqt li hmistax gew sottomessi is-sena li ghaddiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fil-bidu tas-sena fuq il-kotba tal-Freeport Corporation? F'liema gradi kienu? Kien hemm verita' f'rapporti li dehru f'sezzjoni ta' l-istampa lokali li ġew ingaġġati madwar 170 ħaddiem fil-Freeport? Jekk iva, kif ġew magħżula u f'liema gradi jinsabu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-bidu ta` din is-sena kien hemm 146 persuna fuq il-kotba tal-Korporazzjoni tal-Freeport. Dawn il-haddiema kienu ngaggati fil-gradi li gejjin.
Deputat Chairman, General Manager, Group Treasurer, Manager Anzjan, Managers, Business Executives, Purchasing Executive, Executives, Accounts Executive, Junior Executive, Ingineer Civili, Ufficjal Professjonali, Engineer Mekkaniku Junior, Quality Superintendent Anzjan, Ufficjal Tekniku I, Ufficjal Tekniku II, Electrical Draughtsman, Ufficjal Amministrattiv (Customs and Warehousing), Ufficjal tal-Maintenance, Land Surveyor, Segretarju-a I, Segretarju-a II, Skrivan, Skrivan ta` l-Accounts I, Skrivan-Receptionist, Kontrollur tas-Sigurta` Anzjan, Deputat Kontrollur tas-Sigurta` Anzjan, Assistent Kontrollur tas-Sigurta` Anzjan, Kontrollur tas-Sigurta`, Messaggier - Xufier, Handyman, Fattiga, Operatur tat-Telefon, Canteen Assistant u Assistant Handyman.
Kif jirrizulta mit-taghrif li tajt aktar `l fuq, ir-rapporti dwar ingagg ta` madwar 170 haddiem huma nfondati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mal-Malta Freeport minn Settembru 1998 sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalita' ġej kull impjegat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn Settembru 1998 u l-20 ta` Jannar ta` din is-sena, il-Malta Freeport ingaggat 89 haddiem gdid. Dawn gejjin mil-lokalitajiet segwenti:
1 minn H`Attard, 1 minn Hal-Balzan, 2 minn Birkirkara
6 minn Birzebbuga, 1 minn Had-Dingli, 5 mill-Fgura
2 mill-Floriana, 1 minn Gwardamangia, 2 mill-Gzira
3 mill-Hamrun, 2 minn ta` l-Ibragg, 1 mill-Kalkara
1 minn Hal-Luqa, 3 minn Marsaskala, 1 minn Marsaxlokk
1 mill-Mellieha, 1 mill-Mosta, 2 mill-Imqabba
1 minn Naxxar, 2 minn Paola, 12 minn Hal-Qormi
3 mill-Qrendi, 2 mir-Rabat, 1 minn San Giljan
1 minn San Gwann, 2 mis-Siggiewi, 3 minn tas-Sliema
4 minn Hal-Tarxien, 7 minn Valletta, 4 minn Haz-Zabbar
5 minn Haz-Zebbug, 2 miz-Zejtun, 4 miz-Zurrieq
Jista' l-Ministru jgħid meta se tissewwa bozza mal-Block I ġewwa l-Qasam Ħal Tmiem fiż-Żejtun liema bdil jien informa li jenħtieġ il-krejn?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi mistharreg u tittiehed l-azzjoni necessarja. Rigward dati, wiehed irid jiehu in konsiderazzjoni l-prijoritajiet li jkollha l-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Enemalta kienx hemm waqfien ta' boilers f'dawn l-aħħar ġranet għall-maintenance? Kemm kien hemm boilers involuti u x'tul ta' żmien kien hemm involut?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-boiler numru tmienja fil-Power Station tal-marsa twaqqaf fit-12 ta` Jannar ta` din is-sena sabiex isirlu xoghol ta` manutenzjoni. Bhalissa hemm zewg boilers ohra weqfin ghal ragunijiet ta` overhaul. Dawn il-boilers huma n-numru wiehed tal-Power Station ta` Delimara u n-numru tnejn tal-Marsa u twaqqfu f`Settembru tas-sena l-ohra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' l-ilma prodott permezz tar-reverse osmosis meta mqabbel mal-persentaġġ ta' l-ilma mtella' mill-acquifer fil-produzzjoni totali ta' l-ilma bħalissa?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ lil min ingħataw dawn ir-rigali? Jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali lil dawn l-individwi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma nghataw ebda rigali minni lil xi individwi fl-okkazjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 minhabba l-kariga tieghi. Barra minn hekk, ninsab infurmat li lanqas jirrizulta li nghata xi rigal ghall-istess okkazjonijiet mill-Ufficcju tieghi.
Jista' l-Minstru jgħid taħt liema kondizzjonijiet u regolamenti jingħataw permessi lil restaurants li jagħmlu parti minn blokk ta' bini residenzjali biex jinżammu numru ta' ċilindri tal-gass fix-shafts jew btieħi interni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fil-kaz ta` stabilimenti godda, l-Enemalta, qabel ma tissuplixxi c-cilindri tal-gass, tispezzjona l-post. Il-permess ghall-hazna ta` cilindri tal-gass jigi kunsidrat skond ic-cirkostanzi tal-lokalita` partikulari. Tajjeb jinghad li l-Korporazzjoni, meta jaslulha rapporti ta` irregolarita`, tinvestiga l-kaz u tiehu l-azzjoni relattiva.
B'riferenza għal prekawzjonijiet lill-pubbliku dwar ilma kontaminat f'Ħaż-Żebbuġ, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet għal din il-kontaminazzjoni? X'kienu r-riżultati ta' l-investigazzjonijiet? Liema huma r-reservoirs li qegħdin jiġu flushed? Jikkunsidra l-Ministru li l-Water Services Corporation tagħmel studju dwar l-effett tal-farms li hemm f'Ħaż-Żebbuġ bħala s-sors ta' kontaminazzjoni ta' l-ilma? Meta huwa stmat li l-pożizzjoni tiġi għan-normal?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma identifikat is-sors ta` kontaminazzjoni fi zmien qasir. Din kienet il-borehole ta` Wied Qirda li minnufih kienet izolata mis-sistema tad-distribuzzjoni ta` l-ilma u twaqqfet il-produzzjoni minnha. Gew identifikati wkoll iz-zona u t-toroq milquta.
Il-Korporazzjoni bdiet ezercizzju ta` hasil u disinfettar tal-mejnijiet ta` l-ilma fit-toroq milquta u bdew jittiehdu sensiela ta` kampjuni ta` l-ilma tal-vit mir-residenzi taz-zona ta` Hal Mula u Wied Qirda sabiex isiru testijiet ghal tracci kimici u batterjologici. Dawn il-kampjuni u testijiet bdew jittiehdu wkoll mid-Dipartiment tas-Sahha.
F`dan l-incident l-ebda gibjun fis-sistema tad-distribuzzjoni ma gie effettwat. Ghaldaqstant ma kienx hemm bzonn ta` `wash-outs` fil-gibjuni li huma kollegati fis-sistema tad-distribuzzjoni ta` l-ilma. Dawn il-`wash-outs` saru biss fis-sistema tad-distribuzzjoni fit-toroq milquta.
Hemm il-possibilita` li b`effett tal-maltemp id-drenagg spicca fil-wied u dan seta` kkontamina din il-borehole. Madanakollu din il-possibilita` ghadha ma gietx ikkonfermata mill-investigazzjonijiet li saru. F`dan ir-rigward il-Korporazzjoni qed tigbor informazzjoni dwar l-irziezet fil-vicinanzi, kemm dawk registrati maghha kif ukoll dawk li mhumiex. Dan ser isir sabiex bl-ghajnuna ta` dipartimenti u entitajiet pubblici ohra, bhal dawk tas-Sahha, Drenagg, AMbjent u Agrikoltura, jigu regolarizzati l-kundizzjonijiet sanitarji taghhom.
Id-Dipartiment tas-Sahha avza biex l-ilma mill-vit ma jinxtorobx u jintuza biss ghal htigijiet igenici. Fil-prezent ir-residenti qed jistennew li dan id-Dipartiment johrog avviz iehor li jaggornhom dwar is-sitwazzjoni.
Jista' l-Ministeru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn l-1987 u l-1996 l-ebda dipartiment, korporazzjoni u jew entita` li tifforma parti mid-dekasteru tieghi ma rceviet xi vettura taht forma ta` donazzjoni.