Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #2568 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Cutrico House

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1869 u jgħid kemm hemm ħaddiema fil-binja ta' Cutrico House? Jista' jgħid ukoll jekk hux il-binja kollha hija mikrija lill-Gvern jew inkella partijiet minnha? Mill-partijiet li huma mikrija dawn kollha qed jintużaw? Jista’ jgħid ukoll mill-ħaddiema li hemm f'Cutrico House kemm minnhom kienu f'xi ministeru fil-leġiżlatura li għaddiet? F'liema ministeru kienu u x'kien ix-xogħol tagħhom? Jista’ jgħid ukoll meta marru f'Cutrico House u x'inhu x-xogħol tagħhom? Jista' jgħid ukoll min kien qed jaghmel ix-xogħol li qed jagħmlu huma fil-preżent x'qed jagħmel issa u allura jekk xi ħaddiema ġewx trasferiti minħabba f'dawn l-ex ħaddiema tal-ministeri ta' qabel?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fil-binjua msemmija ( Cutrico House) bħalissa hemm sitta u oxrin ( 26 ) ħaddiem mid-Direttorat għas-saħħa Amjentali. Il-parti mikrija lill l-istess dipartiment mhiex qed tintu¿a kollha. Kien hemm tlett (3) impjegati li ġew trasferiti f’dan id-dipartiment u li kienu jaħdmu fis-Segretarjat privat tal-Ministeru tas-saħħa, l-Annzjani u l-kura fil-komunita, u ieħor li kien jaħdem fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Dawn l-impjegati jagħmlu xogħol kif imsemmi: 1. Xogħol relatat m’Amministrazzjoni t’ilmenti li jiġu reġistrati mal-Ispettorat tas-saħħa. 2.Xogħol relatat mal-Applikazzjonijiet tal-MEPA, prinċipalment fl-Amministrazzjoni tal-e-apps kif ukoll xogħol relatat mas-sistema ta’kwalita li għandu dan id-direttorat ( ISO9001:2008) kif ukoll xogħol ġenerali relatat ma’doveri klerikali. 3.Prinċipalment xogħol relatat ma’supervi¿joni ta’tindif, karozzi u¿ati mid-Direttorat u xogħol ieħor Amministrattiv bħal ħarsien tal-inventarju. 4.Prinċipalment xogħol ta’assistenza fl’HR unit tad-Direttorat. Ninsab infurmat li ma’kien hemm bzonn li jiġi trasferit l-ebda impjegati milli kien hemm qabel minħabba l-fatt illi x-xogħol relatat ma: 1.Dan kien nieqes mill-Ispettorat u allura x-xogħol tiegħu kien qed isir minn ħaddieħor, issa li ġie lura qed jagħmel ix-xogħol li suppost kien qed jagħmel. 2.Dan kien isir minn Spettur tas-saħħa li fost l-oħrajn kellu wkoll din it-task. Issa li tneħħietlu din it-task dan qed jagħmel xogħol iehor relatat mal-Amministrazzjoni bħal lmenti u ċċekjar ta’kampjuni. 3.Dan ix-xogħol kien isir b’mod limitat mill-Amministrazzjoni u issa ġie esti¿ u qed isir b’mod aktar komplet. 4.Din l-assistenza kienet importanti biex jintlaħaq ix-xogħol fuq HR, għal 250 impjegat fid-Direttorat kollu.
Leg 12 PQ #3008 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Servizzi ta’ awditur/accountant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Isptar Mater Dei kienx/hux qed juża s-servizzi ta' kumpanija ta’ awditjar u/jew awditur/accountant privat f'dawn l-aħħar ġimgħat? Jekk iva, jista’ jgħid xi proċess intuża sabiex tintgħażel tali kumpannija u/jew persuna? Min kien responsabbli għal din l-għażla u kemm hu t-terminu ta’ żmien tas-servizz u l-ispiża involuta? Xi pjanijiet hemm rigward dan is-servizz għall-futur?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Isptar Mater Dei qiegħed juża s-servizzi tal-Kumpanija Horwath (Malta) Ltd. Dan is-servizz ingħata b’direct order wara li nġabet l-approvazzjoni meħtieġa tal-Ministeru għall-Finanzi. Din l-approvazzjoni tkopri s-servizzi ta’ reviżjoni ta’ costing excercise li kien sar fl-Elfejn u Disgħa. It-tkomplija ta’ dan l-eżerċizzju kienet meħtieġa fl-obbligi li l-introduzzjoni tal-EU Cross Border Directive fl-aħħar kwart ta’ din is-sena, jġib miegħu. L-ispiża ta’ dan il-kuntratt hija ta’ tletin elf ewro (€30,000). L-għażla tal-kumpanija saret fuq bażi tal-involviment ta’ din il-kumpanija fl-eżerċizzju preċedenti.
Leg 12 PQ #3096 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ingaġġ ta’ Health Care Professionals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu ingaġġati health care professionals fis-sena 2013 f'kull professjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li qed jittieħdu l-passi kollha sabiex jiġu maħruġa s-sejħiet neċessarji għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa skont l-esiġenzi tas-servizz pubbliku.
Leg 12 PQ #3097 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu siefer fuq xogħol fix-xhur ta' April u Mejju 2013, kemm kienet l-ispiża, safra b'safra, u minn fejn inqatgħu l-biljetti tal-ajru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3098 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa — Infiq f’reklami

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jintefqu flus f'reklami/spots ta’ pubbliċità mid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa matul is-sena 2013 u f'liema media se jidhru dawn il-reklami? Jista’ jgħid kemm se jitħallsu flus f'reklami fil-media taż-żewġ partiti politiċi matul is-sena 2013, u jagħti d-dettalji kull wieħed separatament?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta Mejju 2013 ntefqu mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard oxrin elf ewro (€20,000) f’spots b’messaġġi għal-stil ta ħajja aħjar. Dawn il-flus ntefqu kollha fuq l-istazzjon nazzjonali il-Public Broadcasting Services. Sa issa ma’saru l-ebda spots oħra fuq stazzjonijiet oħra, inkluz dawk politici jew radju. Spots oħra għal matul il- kumplament tas-sena 2013 għadhom qed jiġu ppjanati.
Leg 12 PQ #3099 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Testijiet tad-demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei matul is-sena li għaddiet u anke matul din is-sena, u jagħti d-dettalji xahar b`xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3100 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Xiri ta’ Mediċini mill-internet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi forma ta' kontroll fuq mediċini li jiddaħħlu f`Malta permezz tal-internet? Kemm iddaħħlet mediċina f'Malta b'dan il-mod matul is-sena 2012 u anke din is-sena? Liema leġiżlazzjoni tirregola din l-attività?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nitlob lill-Onorevoli Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #3245 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Servizzi klerikali minn kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #3303 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Polikliniċi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern għandux pjanijiet partikolari biex jiżdiedu l-polikliniċi f'irħula oħra madwar Malta? Jekk iva, fejn hu mistenni li jinbnew dawn il-kliniċi? Kif se jiġu ffinanzjati tali polikliniċi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li Gvern ser isaħħaħ il-kura primarja biex jassigura servizz eċċellenti u fil-pront lil min għandu bżonnu, bil-għan li s-serviżż tas-saħħa jkun eqreb il-komunitajiet. B’hekk titnaqqas il-pressjoni fuq l-istituzzjonijiet tal-kura sekondarja u terzjarja. Tħejjijiet qed isiru mal-awtoritajiet konċernati, biex fil-futur qarib issir talba formali lil istituzjonijiet Europej, biex dawn l-inizzjattivi jiġu ffinazzjati minn fondi strutturali tal-Unjoni Ewropeja.
Leg 12 PQ #3314 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sejħiet għall-ambulanza

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, kull xahar ġiet imsejħa ambulanza biex iġġorr pazjenti, b'urġenza, mil-lokalitajiet, individwalment, li jinsabu fit-12-il distrett kull xahar din is-sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #3315 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Inċidenti tat-traffiku – sejħiet għall-ambulanza

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm okkażjonijiet li fihom, kull xahar matul din is-sena, kienu msejħa ambulanzi biex jintervjenu f'inċidenti tat-traffiku, f'kull lokalità, indipendenti waħda mill-oħra, tat-12-il distrett?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat lid-Dipartiment tal-Emerġenza ma jżommx l-istatistika mitluba, jiġifieri kemm kienu msejħa ambulanzi biex jintervjenu f'inċidenti tat-traffiku, f'kull lokalità, indipendenti waħda mill-oħra, tat-12-il distrett. Id-dipartiment jiġbor in-numru kollettiv fl-aħħar tas-sena u għal Malta kollha. In-numru s’issa għal din is-sena għadu mhux miġbur. Is-sena l-oħra kien hemm 973 sejħa għall-inċidenti tat-traffiku.
Leg 12 PQ #2141 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Ministeru u entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu qatt ma’għamlu użu mis-servizzi tal-kumpanija msemmija.
Leg 12 PQ #2549 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Kura tal-ażżma — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1065 u jgħid kemm hi l-ispiża kurrenti li jonfoq il-Ministeru tiegħu għall-kura tal-ażżma? Jista’ jagħti breakdown ta’ din in-nefqa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nistaqsi lill-Onorevoli Membru tindika il-perjodu ta’ żmien li qed tirreferi għalih fil-Mistoqsija Parlamentari numru 2549.
Leg 12 PQ #3002 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Uffiċjal Mediku Ewlieni – organisation chart

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisation chart tal-uffiċċju tal-Uffiċjal Mediku Ewlieni (Chief Medical Officer) tad-dipartiment tas-saħħa, u jindika liema postijiet huma effettivament mimlija u liema huma vakanti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisation chart tal-uffiċċju tal-Uffiċjal Mediku Ewlieni. Ninsab infurmat li m'hemm ebda post vakanti.
Leg 12 PQ #3003 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech — organisation chart

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisation chart tal-Isptar Karin Grech, u jindika liema postijiet huma effettivament mimlija u liema huma vakanti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-vakanzi jimtlew skont l-esiġenzi tas-servizzi tas-Saħħa Mentali, skont kif miftiehem mall-Ministeru għall-Finanzi u mall-Uffiċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3004 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Sir Paul Boffa – Organisation Chart

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisation chart tal-Isptar Sir Paul Boffa, u jindika liema postijiet huma effettivament mimlija u liema huma vakanti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisation chart tal-Isptar Sir Paul Boffa.
Leg 12 PQ #3005 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – Organisation Chart

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organaisation chart tal-Isptar Monte Karmeli, u jindika liema postijiet huma effettivament mimlija u liema huma vakanti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-vakanzi jimtlew skont l-esiġenzi tas-servizzi tas-Saħħa Mentali, skont kif miftiehem mall-Ministeru għall-Finanzi u mall-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3006 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Organisation Chart

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisation chart tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, u jindika liema postijiet huma effettivament mimlija u liema huma vakanti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bħalissa għadu għaddej eżercizzju ta’ ristrutturar tal-management fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Għalhekk l-informazzjoni mitluba tkun tista’ tingħata aktar ‘il quddiem. Il-vakanzi jimtlew skont l-esiġenzi tas-servizz kif maqbul mal-Ministeru għall-Finanzi kif ukoll mal-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #3007 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Direttorat tar-Riżorsi Umani – Organisation Chart

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisation chart tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani tad-Dipartiment tas-Saħħa, u jindika liema postijiet huma effettivament mimlija u liema huma vakanti? Xi pjanijiet hemm għall-futur għal dan id-direttorat? X`inhu t-tibdil li se jkun qed isir?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-pożizzjonijiet mimlija fid-Diviżjoni tar-Riżorsi Umani fil-Ministeru għas-Saħħa huma dawn: Direttur (Riżorsi Umani); Direttur (Prattiki tar-Riżorsi Umani); Assistent Direttur (People Management). Hemm vakanti pożizzjoni ta’: Direttur Ġenerali (Riżorsi Umani); Assistent Direttur (Riżorsi Umani); Assistent Direttur (Industrial and Employment Relations). Il-ħruġ ta’ iktar vakanzi f’din id-Diviżjoni jsir skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku.
Leg 12 PQ #3186 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Servizz tas-Saħħa mentali fil-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex tul din is-sena jkompli jespandi is-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li d-dipartiment huwa kommess li jkompli jikkonsolida s-servizzi eżistenti għas-Servizzi tas-Saħħa Mentali fil-komunità.