Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCAST — Bini tal-Campus

Question

Jista' l-Ministru jassigura lil din il-Kamra li l-bini tal-Campus tal-MCAST se jibqa għaddej kif ippjanat minn Gvern Nazzjonalista?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Bħalissa qed issir evalwazzjoni tal-pjan tal-Gvern Nazzjonalista u deċiżjoni tittieħed wara li tintemm din l-evalwazzjoni.

ITS — Bini tal-Campus

Question

Jista' l-Ministru jassigura lil din il-Kamra li l-bini tal-Campus il-ġdid tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) se jibqa għaddej kif oriġinarjament imħabbar minn Gvern Nazzjonalista?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi jaqa' taħt il-Ministeru għat-Turiżmu. L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għat-Turiżmu.

Kunsill Malti għall-Kwalifiki — rilokazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki ġiex mqiegħed f'post xieraq minn din l-amministrazzjoni wara li tneħħa minn Casa Leoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Se jsiru sforzi serji biex jinstab post aktar addattat mil-lum.

Skejjel — San Benedittu - pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għall-iskola sekondarja ġdida tal-bniet tal-iskola San Benedittu f'Ħal Kirkop? Se jkompli l-proċess biex tinbena? Jekk din mhux se tinbena, liema se tkun l-iskola sekondarja tal-bniet għal dan il-kulleġġ? Minn meta se tibda tintuża?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat min-naħa tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada li l-proċess tal-MEPA f'dan l-istadju għadu għaddej.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — transfers

Question

Jista'’ l-Ministru jagħti lista ta'’ impjegati fis-settur pubbliku inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta'’ Marzu 2013 '‘l hawn? Jista'’ jgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Eżamijiet tas-Servizz Pubbliku

Question

Peress li nhar it-3 ta' April 2013 fil-media lokali ġie rraportat li l-Kummissarju tal-Pulizija kien tqabbad jinvetiga każ dwar eżamijiet tas-Servizz Pubbliku li saru f'Jannar li għadda, jista' l-Ministru jikkonferma dan? Jekk fl-affermattiv, jista' jinforma l-Kamra fiex waslet din l-investigazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — membri tas-segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri kollha tas-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati? X'inhuma r-responsabbilitajiet ta' kull kariga? X'inhu s-salarju tagħhom, l-allowances li għandhom dritt għalihom kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lilhom f'dan l-impjieg? X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'kien l-impjieg jew il-kariga tagħhom bejn l-1 ta' Marzu 2012 u t-8 ta' Marzu 2013? X'kien id-dħul tagħhom minn dan l-impjieg?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni li tista' tingħata s'issa qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ETC — bord tad-diretturi u chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

KMS — bord tad-diretturi u chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Malti għall-Isports (KMS) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel Primarji — kuntatti internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kuntatti internazzjonali għandhom l-iskejjel primarji li jinsabu fis-7, fil-11 u fit-12-il distrett elettorali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-iskejjel Primarji tal-Istat fis-7, 11 u t-12-il distrett elettorali, l-iskejjel li se nsemmi għandhom il-kuntatti internazzjonali kif ġej: KULLEĠĠ MARIA REGINA Skola Primarja San Pawl il-Baħar: Mentor School for the Microsoft Partners in Learning Innovative Schools Program. Ninsab infurmat ukoll li l-Psycho-Social Teamtal-Kulleġġ hu nvolut f'in-sevice training biex itejbu l-professjoni tagħhom. L-in-service training qed isir f'Ċipru, l-Ungerija, Slovenia u d-Danimarka. KULLEĠĠ SAN NIKOLA Skola Primarja ta' Ħ'Attard: Proġett Comenius

Skejjel Sekondarji — Studenti bejn l-14 u s-16-il Sena - żgħażagħ li qed jattendu

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' żgħażagħ bejn l-14 u s-16-il sena li ġejjin mil-lokalitajiet tas-7, l-11 u t-12-il distrett elettorali li qed jattendu l-iskejjel sekondarji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' studenti li jattendu l-iskejjel sekondarji tal-Istat u huma bejn l-14 u s-16-il sena li ġejjin mil-lokalitajiet tas-7, l-11 u t-12-il distrett elettorali hu kif ġej: Is-7 Distrett: 539 Il-11-il Distrett:410 It-12-il Distrett: 495