Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #318 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterji — Mellieħa

Question

B'riferenza għat-talbiet tal-Mellieħin sabiex jiġi estiż iċ-ċimiterju tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jinformani bil-pożizzjoni tal-Gvern ċioe' meta se jiġi estiż dan iċ-ċimiterju ħalli l-familji Mellieħin jkollhom qabar għall-familja tagħhom? X'inhuma l-konsiderazzjonijiet tal-Gvern għall-iżvilupp tal-cremation fil-gżejjer tagħna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-cimiterju tal-Mellieħa li preżentament jintuża għad-dfin mhux possibli jigi estiż. Deċiżjoni għall-iżvilupp ta' crematorium għadha ma tteħditx.
Leg 9 PQ #847 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq il-programm ta' refurbishment ta' l-Isptar San Luqa matul is-sentejn ta' Gvern Laburista kif ukoll x'se jsir issa mill-Gvern preżenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul l-1998 sar dan ix-xogħol ta' refurbishment fl-Isptar San Luqa: 1 VIP Suite (2 Bed Unit) 2 Main Operating Theatre Corridor Soffit 3 Lithotripter Room in Endoscopy 4 2No New Day Theatre (Gynae) 5 Upgrading Ward M7 6 Airconditioners - Doctors Quarters Phase II 7 Upgrading Ward M7 8 Setting up of a Cytotoxic Reconstitution Room 9 Commissioning of New Oxygen Plant 10 Ward Bathrooms /Kitchens Programme Phase I 11 Renal Unit Extension 12 Improvements National Blood Transfusion Centre - Phase I 13 Upgrading works Computer Communications Room 14 External repair/repainting of all windows - Phase I 15 Completion of Health Information Department Matul l-1999 hu mistenni li jsir dan li ġej: 1 Catheter Laboratory/C.I.C.U. 2 Infectious Disease Unit 3 New Drainage system 4 Rewiring - Emergency Lab 5 Bleeding Room 6 M6 Side Ward 7 Chaplains Accomodation 8 Main electrical Intake improvements 9 Gynae Ward - 4 Additional Beds 10 Road Repairs 11 Continuation of: (a) Airconditioning - Doctors Quarters (b) Ward bathroom/Kitchen Programme (c) NBTC Improvements (d) External repair/repainting of all windows
Leg 9 PQ #897 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Cardiac surgeon

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm saru open heart surgeries fil-main operating theatre ta' l-Isptar San Luqa kemm ilu hawn Malta il-cardiac surgeon li ismu qed jintbagħat separatament? Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li tiġi tiswa CABG li ssir Malta minn team Malti u kemm tiġi tiswa li kellek tibgħat il-pazjent l-Ingilterra għall-istess operazzjoni? Jista' l-Ministru jgħid meta beda jopera Malta s-surgeon imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn April 1995 sa nofs Novembru 1998 saru b'kollox 1144 open heart surgeries fil-Main Operating Theatre ta' l-Isptar San Luqa. Dawn kollha saru mit-team multidixxiplinarju mmexxi mill-kirurgu msemmi mill-Onor Interpellant. Peress li l-kalkolu ta' l-ispiża jista' jkun meħtieg għal inizjattivi ta' natura kummerċjali fil-futur ma nħossx li għandi nizvela l-informazzjoni dwar l-ispiża. Minn kalkoli li saru jirriżulta illi l-ispejjeż addizzjonali għall-Gvern Malti biex jopera l-istess volum ta' pazjenti barra l-pajjiż kien kif gej- April 1995 sa Marzu 1996 - Lm 825,505 April 1996 sa Marzu 1997 - Lm 1,101,032 April 1997 sa Marzu 1998 - Lm 1,236,644
Leg 9 PQ #1388 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Servizz ta' breast cancer screening

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta beħsiebu jintroduċi servizz ta' breast cancer screening speċjalment fid-dawl ta' l-inċidenza qawwija ta' kanċer tas-sider hawn Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 9 u 803.
Leg 9 PQ #1397 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każijiet b'Ref. 6626/97R u 6596/97

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament mhux qed jingħatawlha l-mediċini li għandha dritt għalihom skond riferenza 6626/97R u 6596/97? Meta se jibdew jingħatawlha l-mediċini msemmija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-każ imsemmi l-pazjenta tieħu l-mediċini għax għanda l-karta r-roża. Waħda mill-mediċina speċjali li trid l-approvazzjoni tad-Drugs and Therapeutic Committee. Il-permess taghħa għalaq u issa qed isiru l-arranġamenti biex dan jiġġedded.
Leg 9 PQ #1398 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament tingħata l-mediċini li għandha dritt għalihom skond il-kartuna safra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-applikazzjoni għall-Kartuna s-Safra ta' din il-persuna qed tiġi proċessata u dalwaqt tinħarġilha
Leg 9 PQ #1463 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Servizz ta'Assistenti soċjali każwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tintlaqa t-talba tal-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, sabiex ikollha s-servizz li jingħata mill-assistenti soċjali każwali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Domanda għandha tiġi rreferuta lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #489 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Każ b'Ref. 39/95/313

Question

Jista' l-Ministru jgħidli meta t-talba tal-persuna li applikat għal sit ta' qabar fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata b'referenza 39/95/313, se tiġi milqugħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata għas-sit ta' qabar fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata li għandha referenza DH 39/95/313, giet registrata fil-25 ta' Ottubru 1995. Din l-applikazzjoni qiegħda fuq il-waiting list u tinsab il-569 fil-lista msemmija.
Leg 9 PQ #831 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ? Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inklużi dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru, 1998' l hawn? Fil-każijiet kollha separatament, jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' ħaddiema f'dan id-dikasteru fuq bażi każwali huma 455. Il-grad tagħhom huma kif ġej: Consultant Opthalmic Surgeon 1 Psychologist 1 Medical Officer 2 Houseman 2 Pharmacist 39 Scientific Officer 1 Health Inspector 6 Medical Labaratory Technologist 27 Occupational Therapist 3 Podologist 14 Radiographer 5 Staff Nurse 66 Physiotherapist 17 Midwife 16 Speech Therapist 10 Enrolled Nurse 62 Pharmacy Technician 6 Nursing Officer 153 Cleaner/Labourer 1 Typist 15 Ward Clerk Assistant 8 TOTAL 455 Impjegati li huma ngaġġati b'kuntratt huma 8:- Chief Executive 1 Financial Controller 1 Catering Consultant 1 I.T. System Administrator 1 Accounts Officer 1 Secretaries 2 Messenger 1 Mill-5 ta' Settembru 1998 `l hawn 7 impjegati (4 fis-Segretarjat tal-Ministeru u 3 fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari) li kienu ġew ingaġġati b'kuntratt gie mitmum l-ingaġġ tagħhom. Il-Kumpens ta' kull wieħed kien ta' sitt (6) xhur salarju.
Leg 9 PQ #1334 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Direttur tan-Nursing

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jelenka l-prijoritajiet li qed taħdem fuqhom id-direttur tan-Nursing? Fejn hu l-uffiċċju tagħha llum u fejn ġiet offruta bħala uffiċċju taħt it-tmexxija preċedenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi l-prijoritajiet li qed taħdem fuqhom id-Direttur tan-Nursing huma: a. Eżerċizzju biex jiġu utiliżżati bl-aħjar mod ir-riżorsi umani. b. It-twaqqif ta' sotto kumitat minn kull livell tan-Nursing, biex għall-ewwel darba fuq livell ta' nursing, jiġu ndirizzati problemi relatati mall-professjoni ta' l-infermiera fil-livell mistenni fil-millenju l-ġdid. Wara l-bidla fl-amministrazzjoni f'Settembru li għadda, l-uffiċju tad-Direttur tan-Nursing ġie trasferit għall-ewwel sular tad-Dipartiment tas-Saħħa, taħt is-sular li jokkupa l-Ministeru tas-Saħħa. Taħt l-amministrazzjoni preċedenti, id-Direttur tan-Nursing, kien jokkupa biċċa kamra meħuda minn kuritur fid-Dipartiment tas-Saħħa, mingħajr arja ta' xejn u wisq iktar mingħajr għajnuna ta' ebda impjegat.
Leg 9 PQ #1335 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Infermiera

Question

Jikkonsidra l-Ministru li jiltaqa' f'laqgħa apposta man-nurses kollha li jaħdmu fl-Isptar San Luqa biex jiddiskuti magħhom il-problemi li qed jiltaqgħu magħhom waqt il-qadi ta' dmirijiethom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi l-infermiera ta' l-isptarijiet kollha, mhux biss ta' San Luqa, għandhom jirreferu u jiddiskutu mad-Direttur tan-Nursing fuq kull suġġett jew problemi li jiltaqgħu magħhom waqt il-qadi ta' dmirijiethom. Ninsab infurmat illi, l-infermiera kollha ġew infurmati permezz ta' ittra maħruġa mid-Direttur tan-Nursing, li d-Direttur alloka ġurnata fil-gimgħa biex tiltaqa' ma l-infermiera fuq bazi individwali.
Leg 9 PQ #1425 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Rapport ta' Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu sal-lum wara li ġie mxandar ir-rapport tal-Ombudsman dwar il-kondizzjonijiet fi Sptar Monte Carmeli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Interim Hospital Management Team qiegħed jagħmel laqgħat regolari speċifikament indirizzati lejn miżuri konnessi mar-rapport ta' l-Ombudsman. S'issa qegħdin fi proċess biex: 1. JInxtraw oġġetti neċessarji bħal lockers, purtieri, inkwadri u affarijiet simili biex `il-quality of life' tal-pazjenti titjieb. Dawn għandhom jitlestew f'qasir żmien. 2. Admission Wards. Qiegħed isir studju ta' l-erbgħa swali, jiġifieri MW2, FW6, MW10, FW10, bil-ħsieb illi s-secure facilities ta' MW10 u FW10 jistgħu jiġu provduti b'mod iżjed adattat. Wara li tlesta x-xogħol fil-FW8 u FW7, xi ġimgħa u nofs ilu beda l-face lifting tal-FW6 u dan ser jitkompla għal xogħol iżjed estensiv. 3. Seclusion Policy. Kien diġa ġie ppreparat `Draft Policy' illi dan qiegħed jiġi introdott ġo l-Isptar. 4. Customer Care Service. Ġie mħejji `Patients Information Leaflet', li jinkludi informazzjoni fuq kif wieħed jista' jagħmel ilmenti. Ġiet inkarigata wkoll persuna li qegħda tħejji `complaints procedure'. 5. Kategorizazzjoni ta' pazjenti. Dan ix-xogħol ilu li beda ħafna qabel l-Ombudsman Report. Qiegħed jitkompla iżda jeżistu problemi fis-sens ta' reżorsi limitati li ma jistgħux jiġu indirizzati mill-lum għal għada.
Leg 9 PQ #1460 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Flus imħallsa f'overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'overtime għax-xhur ta' Settembru u Ottubru, 1998 għall-impjegati fid-diviżjoni tas-Saħħa? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kif tqassmu dawn il-flus għall-overtime fid-dipartiment tal-Onchology u Radiotherapy fl-Isptar Sir Paul Boffa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul ix-xhur ta' Settembru u Ottubru 1998 tħallset is-somma ta' LM105,749 u LM135,153 rispettivament. Fid-Dipartiment tal-`Onkoloġija u Radjoterapija' tħallsu LM369.79 f'Settembru u LM644.66 f'Ottubru.
Leg 9 PQ #1558 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Każi ta' MRSA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir mid-dipartiment biex tittaffa l-problema li għandu l-Isptar San Luqa b'MRSA u kemm hi gravi? F'liema wards id-dipartiment qed isib l-iktar każi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Isptar San Luqa għandu struttura ta` sorveljanza kontinwa tal-każijiet kollha ta` MRSA bbażata fuq prattiċi Ewropej. Kull każ ta` MRSA li jinstab wara analiżi batterjoloġika jiġi notifikat lill-Infection Control Unit ta` l-Isptar. Kull pazjent jiġi trattat jew dekolonizzat skond policy stabbilita u miktuba. Sabiex jitnaqqas il-potenzjal ta` 'cross-contamination' ġiet stabbilita ward speċjali sabiex dawn il-pazjenti jiġu iżolati ġewwa fiha sakemm jingħataw it-trattament neċessarju. Il-livell tal-MRSA ġewwa l-Isptar San Luqa jikkompara ma' dawk li ssib fi sptarijiet Ingliżi. Ma tistax ssemmi wards partikolari għaliex is-sitwazzjoni hija waħda varjabbli.
Leg 9 PQ #1580 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Female Admission Ward

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibda jsir ir-refurbishment tal-Female Admission Ward fl-Isptar Monte Carmeli? Hemm il-ħsieb li jingħalqu darba għal dejjem Wards 10 fl-istess sptar? Kemm hu maħsub li hemm pazjenti mhux b'mard mentali residenti f'dan l-isptar? Kemm minnhom għadhom imħalltin ma' pazjenti b'mard mentali fl-istess wards?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Wara li tlesta x-xogħol fil-FW8 u FW7, xi ġimgħa u nofs ilu beda l-face lifting tal-Female Admission Ward bi preparazzjoni għal xogħol iżjed estensiv. Qiegħed isir studju ta' l-Admission Wards MW2, FW6, MW10, FW10 biex wieħed jara jekk tistax tinħadem illi l-funzjoni ta' Security tal-Wards, 10 jistax jiġi assorbit fi swali oħra, jew jekk hemmx rimedju aħjar. Il-maġġoranza tal-pazjenti illi jidhru f'dan l-isptar ikollhom mard mentali jew inkella biżżejjed suspett illi jkun hemm bżonn li wieħed jissorvelja l-pazjent. Huwa minnu illi wara tgħaddi l-fażi akuta tal-marda numru ta' pazjenti fl-imgħoddi baqgħu ġo l-isptar. Numru konsiderevoli minn dawn għadhom ibagħtu minn xi konsegwenzi jew aspetti tal-marda, iżda m'għadhomx fil-bżonn ta' sptar mentali. Għalissa l-bżonnijiet tagħhom ma jistgħux jiġu milqugħa fil-komunita' minħabba nuqqas ta' servizzi. Oħrajn tant draw ġo l-isptar illi tkun ħaġa krudili illi wieħed jisforzahom joħorġu. Il-proċess illi l-morda ma jibqgħux imħaltin ilu li beda u qed titkompla. Huwa minnu li minħabba nuqqas ta' spazju dan ix-xogħol ma jistax isir b'pass iżjed mgħaġġel.
Leg 9 PQ #1587 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Għajnuna mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna rċieva d-Dipartiment tas-Saħħa mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u f'liema areas, matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Għajnuna li rċieva d-Dipartiment tas-Saħħa mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa matul dawn l-aħħar ħames snin kienet tikkonsisti fi `sponsorship' għal attendenza f'Konferenzi u laqgħat kif jidher hawn taħt, fejn tħallsu parti mill-ispejjeż jew kollox skond dan li ġej: 1994 Standing Committee of the Regional Committee of WHO 1994 WHO/CINDI Quit and Win Campaign Co-ordinators Meeting 1994 Fourth WHO Seminar for Tobacco-Free Europe 1994 CINDI Programme Director's Meeting - Lubiljana 1994 Information for Health for Europe - Copenhagen 1995 12th Advanced Course in Food Technology at the University of Surrey 1995 Medium Term Collaboration Programme between Malta and WHO 1995 First Meeting of the European Committee for Health Promotion Development 1995 Third European Meeting for the Implementation of the St. Vincent Decleration 1995 Conference on CINDI Working Group on Healthy Children in Healthy Families 1995 Meeting of National Counterparts on WHO Fellowship Policies 1995 2nd International Heart Health Conference 1995 Advanced Course in Food Microbiology 1995 Health Promotion - Dublin WHO 1995 CINDI Programme Director's Meeting 1995 Annecy France - EPI Programme Managers 1995 Training courses in (i) Special Baby Care Unit (ii) Renal Transplants (iii) ITU (General plus Cardiac) (iv) Neurosurgery (v) Cardiothoracic Surgery 1996 CINDI Programme Director's Meeting - Rome 1997 Workshop on New Trends in Leishmaniasis Epidemiology and Control in Mediterranean Area 1997 Fourth Workshop on Quality Development in Perinatal Care 1997 7th meeting of EPI Programme Managers 1997 Consensus Conference on Rolionyelites 1997 Inter health Meeting sponsored by WHO - Montreal - CINDI Programme Director's Meeting - Montreal 1997 EPI Programmer Managers Meeting - Berlin 1997 Polio Eradication - Vienna 1998 7th Seminar for Leading Public Health Administrators 1998 HIV/AIDS Seminar 1998 CINDI Programme Director's Meeting - Lisbon 1998 EPI Programme Managers Meeting - Warsaw 1998 Southnet - Thessaloniki Greece
Leg 9 PQ #1590 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Ċumnija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex tittaffa l-problema ta' ħruġ ta' nugrufun miċ-ċumnija ta' l-Isptar San Luqa? X'qed isir fil-preżent rigward hospital wastes?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Diversi passi qegħdin jittieħdu biex tittaffa l-problema ta' ħruġ ta' nugrufun miċ-ċumnija ta' l-Isptar San Luqa. Dawn jinkludu: 1. Il-Boilers huma mħaddma b'mod u manjiera biex inaqqsu n-nugrufun kemm jista' jkun; 2. Materjal bħal plastics u ħwejjeġ oħra flok jiġu maħruqa qegħdin jiġu autoclaved; 3. Qegħdin isiru taħdidiet bejn id-Dipartimenti tas-Saħħa, ta' l-Ambjent u ta' l-Agrikoltura flimkien ma' l-MIA biex l-iskard ta' dawn id-dipartimenti jiġu proċessati flimkien.
Leg 9 PQ #1625 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dijabetiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm dijabetiċi ngħataw screening ta' għajnejhom bejn Settembru 1997 u Settembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm minn dawn kienu nisa jew irġiel; (b) kemm kienu taħt it-30 sena; (ċ) kemm kienu dawk fuq is-60 sena; (d) kemm kienu dawk li ilhom li jafu li għandhom id-dijabete aktar minn ħames snin; (e) kemm kienu dawk li saru jafu li għandhom id-dijabete f'din is-sena msemmija hawn fuq; (f) kemm kienu dawk li kellhom diġa' kumplikazzjonijiet oħra taċ-ċirkolazzjoni; u (g) kemm kienu dawk li kellhom diġa' kumplikazzjonijiet tan-nervituri?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għall-mistoqsija Parlamentari nurmu 1625 qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #1626 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Klinika tad-Dijabete — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-pazjenti li attendew il-klinika tad-dijabete għall-ewwel darba bejn Settembru 1997 u Settembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll: (a) kemm minn dawn kienu nisa jew irġiel; (b) kemm kienu dawk taħt it-30 sena; (ċ) kemm minn dawk kienu fuq is-60 sena; (d) kemm minn dawn kienu konfermati fl-ewwel viżta li għandhom id-dijabete; (e) kemm minn dawn ġew riferuti għall-OGTT; (f) kemm minn dawk li marru għall-OGTT kienu fil-fatt konfermati dijabetiċi wara dan it-test; (g) kemm minn dawk konfermati dijabetiċi nbdew: (i) bl-insulina fl-ewwel vista; (ii) kemm pazjenti nbdew bil-pilloli; u (iii) kemm inbdew b'dieta' biss; (h) minn dawk li attendew, kemm minnhom kienu diġa' jafu li għandhom id-dijabete u kemm minnhom kienu diġa' qed jieħdu: (i) l-insulina; u (ii) il-pilloli tad-dijabete; (i) kemm minn dawk konfermati f'din l-ewwel vista diġa' kellhom komplikazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1626 qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #1626 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Klinika tad-Dijabete — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-pazjenti li attendew il-klinika tad-dijabete għall-ewwel darba bejn Settembru 1997 u Settembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll: (a) kemm minn dawn kienu nisa jew irġiel; (b) kemm kienu dawk taħt it-30 sena; (ċ) kemm minn dawk kienu fuq is-60 sena; (d) kemm minn dawn kienu konfermati fl-ewwel viżta li għandhom id-dijabete; (e) kemm minn dawn ġew riferuti għall-OGTT; (f) kemm minn dawk li marru għall-OGTT kienu fil-fatt konfermati dijabetiċi wara dan it-test; (g) kemm minn dawk konfermati dijabetiċi nbdew: (i) bl-insulina fl-ewwel vista; (ii) kemm pazjenti nbdew bil-pilloli; u (iii) kemm inbdew b'dieta' biss; (h) minn dawk li attendew, kemm minnhom kienu diġa' jafu li għandhom id-dijabete u kemm minnhom kienu diġa' qed jieħdu: (i) l-insulina; u (ii) il-pilloli tad-dijabete; (i) kemm minn dawk konfermati f'din l-ewwel vista diġa' kellhom komplikazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Numru ta' pazjenti li attendew il-klinika tad-dijabete għall-ewwel darba bejn Settembru 1997 u Settembru 1998: 1603 Kemm minn dawm kienu rġiel: 788 Kemm minn dawn kienu nisa: 815 Kemm kienu taħt it-30 sena: 69 Kemm kienu fuq is-60 sena: 699 Kemm kienu konfermata fl-ewwel vista li għandhom id-Dijabete: 1107 Kemm marru għal OGTT: 464 Kemm minn dawn ġew konfermati dijabetiċi: 195 Kemm minn dawn inbdew fuq l-Insulina: 37 Kemm minn dawn inbdew fuq il-pilloli: 151 Kemm minn dawn inbdew fuq id-dieta biss: 565 Kemm minn dawn kienu konfermati fl-ewwel vista li diġa kellhom komplikazzjonijiet: 40