Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7940 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Karozzi misruqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li ġew rapportati misruqa mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li għall-perijodu mill-01/09/98 sal-25/10/98 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 108, ninsab infurmat li bejn is-26/10/98 u l-15/06/99 ġew irrapurtati lill-Pulizija 637 każ ta' serq ta' vetturi.
Leg 9 PQ #7941 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Xiri ta' karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi ġodda mixtrija mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #7944 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rapporti ta' overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' overdosages din is-sena sal-lum? Kemm kienu minn droga u kemm minn sustanzi tossiċi oħra? Kemm mietu persuni kawża ta' dawn l-overdosages?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sas-17 ta' Ġunju, ġew irrapurtati lill-Pulizija 61 każ ta' overdose li 13 minnhom kienu permezz ta' droga ta' abbuż. Ninsab infurmat ukoll li minn dawn it-13 kien hemm 3 każijiet li rriżultaw f'mewt.
Leg 9 PQ #7945 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rapporti ta' overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' overdosages mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum? X'kienu l-etajiet tal-persuni nvoluti u x'kien is-sess tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8032 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati — Nies il-qorti fuq sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti din is-sena: (i) għax saqu b'veloċita' qawwija; (ii) għax ma libsux is-seat belt; (iii) għax saqu b'mod perikoluż? Jista' jaqsam l-informazzjoni f'irġiel u nisa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellanti ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
Leg 9 PQ #8033 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru speed cameras fit-toroq fejn l-aktar jiġru inċidenti minħabba sewqan eċċessiv?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5456.
Leg 9 PQ #8088 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Ħlas ta' kera

Question

Peress li jirriżulta li residenti fi Flat fl-Imtarfa li d-dettalji qed jintbagħtu separatament ġew mitluba jħallsu Lm469 fis-sena kera flok Lm181 u dan għaliex iddikjara dħul ta' Lm222 aktar fl-income fuq is-snin preċedenti, jista' l-Ministru jinvestiga u ċioe' jgħid kif filwaqt li tiddikjara Lm222 tiżdiedlek il-kera b'aktar minn Lm320 fis-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-fond li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant hu amministrat mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali u għalhekk nitolbu jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #8093 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Iinċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti tat-traffiku rrapportati lill-pulizija fejn ittajru pedestrians bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali u f'liema toroq saru? Jista' l-Ministru jestendi l-informazzjoni għall-perijodu ta' dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena, in-numru ta' inċidenti tat-traffiku rappurtati lill-Pulizija fejn ittajru pedestrians kien ta' 114. Minn dawn, 2 kienu fatali u seħħew f'Tower Road, tas-Sliema, u f'National Road, il-Furjana. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8159 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Ġugarelli f'forma ta' armi tan-nar — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-importazzjoni u l-bejgħ ta' ġugarelli f'forma ta' armi tan-nar huma illegali? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, għaliex dawn qed jinbiegħu bil-miftuh minn diversi ħwienet u fi stands fil-festi?

Response (BORG, TONIO)

Il-bejgħ ta' ġugarelli b'forma ta' armi hu projbit bil-liġi. Il-Pulizija tieħu l-passi meħtieġa kull meta ssir taf b'xi abbuż tal-Liġi f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #8264 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Siġġiewi - Bienja Ħesri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru allokazzjonijiet bl-offerti mid-Dipartiment ta' l-Art fuq il-garaxxijiet li kienu available f'Binja Ħesri fis-Siġġiewi għal skopijiet ta' ħwienet? Kemm kienet il-kera għal kull allokazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li saru erba` allokazzjonijiet bl-offerti mid-Dipartiment ta' l-Art fuq il-garaxxijiet f'Binja Ħesri fis-Siġġiewi u li l-kirjiet kienu ta' Lm180, Lm230, Lm232, Lm160.
Leg 9 PQ #8273 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Telefonati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija nterċettawx telefonati oriġinati minn jew għal membru parlamentari Laburista?

Response (BORG, TONIO)

L-interċettazzjonijiet telefoniċi huma regolati mis-Security Service Act, 1996. Kull interċettazzjoni trid tiġi sanzjonata b' warrant maħruġ fuq il-firma tal-Prim Ministru / Ministru tal-Intern. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 2040 fl-aħħar leġislatura fejn il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien kien anki rrifjuta li jwieġeb kemm -il darba inħarġu warrants aħseb u ara lil min u kontra min. Wieħed għalhekk japprezza li tweġibiet bħal dawn ma jistgħux jingħataw għax jinħoloq preċedent ikrah u mhux fl-interess pubbliku li tingħata din l-informazzjoni. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi indizju speċifiku ta' xi abbuż, jinformani u jittieħdu passi mmedjati.
Leg 9 PQ #8274 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Telephone tapping

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Settembru, 1998 sal-lum approvax l-ittapjar ta' telephone personali tad-dar jew ta' l-uffiċċju ta' membru parlamentari Laburista?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8273 f'din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #8294 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji ta' shotguns

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru refunds lil dawk il-persuni li ħallsu l-liċenzja to keep a functional shotgun or shotguns fi Frar, 1999 fl-ammont ta' Lm19 meta din ġiet ridotta għal Lm7 ladarba diġa' qegħdin jingħataw refunds lil dawk li ħallsu f'Marzu ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-ewwel parti tat-Tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6342.
Leg 9 PQ #8298 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiftħu applikazzjonijiet għall-gwardjan fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li għaddej il-proċess biex toħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-gwardjani fil-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin.
Leg 9 PQ #8303 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Kottonera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Planning Authority rigward bdil ta' aperturi fil-Kottonera? Jistgħu aperturi ta' l-injam jinbidlu f'ta' l-aluminium? Jikkonsidra l-Ministru sabiex il-Planning Authority terġa' toħroġ l-iskema dwar bdil ta' gallarijiet ta' l-injam fil-Kottonera?

Response (BORG, TONIO)

Il-bdil ta' aperturi, gallarijiet u strutturi oħra simili fil-Kottonera huma regolati mill-policies dwar iż-Żoni ta' Konservazzjoni Urbana, u dan peress li t-tliet ibliet huma kollha kemm huma f'din iż-żona minħabba l-fizjonomija u l-karattru tagħhom. Normalment il-bdil ta' aperturi ta' l-injam għal aperturi ta' l-aluminium ma jkunx permess. Rigward l-iskema ta' għotjiet għal restawr ta' gallarijiet ta' l-injam li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar kienet nediet għal sentejn, fi żmien qasir ser terġa` tiġi estiża b'ammont ta' Lm15,000 għall-Kottonera.
Leg 9 PQ #8317 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vetturi ttowjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi towed f'Ħal Qormi fil-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru, 1998 u l-31 ta' Diċembru, 1998?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7651.
Leg 9 PQ #8318 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-inċidenti tat-traffiku rapportati mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum fit-toroq imsemmija: 1) Triq il-Ħelsien kantuniera ma' Triq ix-Xitwa, Qormi; 2) Triq il-Mitħna kantuniera ma' Triq il-Wied, Qormi; 3) Triq il-Mitħna kantuniera ma' Triq il-Belt Valletta, Qormi; u 4) Triq San Bastjan kantuniera ma' Triq l-20 ta' Jannar, Qormi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar inċidenti tat-traffiku rrapurtati lill-Pulizija bejn l-1 ta' Jannar u t-22 ta' Ġunju, 1999, f'Ħal Qormi, fit-toroq speċifikati mill-Onorevoli Interpellant, kien kif ġej : - Triq il-Ħelsien, kantuniera ma' Triq ix-Xitwa 5 Triq il-Mitħna, kantuniera ma' Triq il-Wied 3 Triq il-Mitħna, kantuniera ma' Triq il-Belt Valletta xejn Triq San Bastjan, kantuniera ma' Triq l-20 ta' Jannar 2
Leg 9 PQ #8332 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlestew il-pjani lokali tal-Ħamrun u ta' Tal-Pieta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ewwel abbozz tal-Pjan Lokali tal-Ħamrun huwa maħsub illi għandu jitlesta fil-bidu tas-sena 2001. Meta jitlesta jrid isir l-eżerċizzju ta' konsultazzjoni pubblika dwaru. Ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali tal-Pieta` jifforma parti mill-pjan lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana (North Harbours Local Plan). Dan il-pjan jinstab fi stat avanzat ta' preparazzjoni u jinvolvi disa` kunsilli lokali b'kollox. Hu maħsub li l-abbozz tal-pjan għal kunsiderazzjoni tal-pubbliku joħroġ matul din is-sena li qegħdin fiha.
Leg 9 PQ #8386 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rave parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu r-regolamenti dwar ir-rave parties? Jekk dawn huma lesti, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Ir-regolamenti li qed jiġu ibbażati fuq diskussjonijiet li saru bejn il-Ministeru ta' l-Intern, tal-Politika Soċjali, il-Pulizija, u Sedqa, kif ukoll fuq id-diskussjonijiet u rakkomandazzjonijiet li saru fuq is-suġġett fil-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali, issa tlestew bħala abbozz mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Dawn ġew approvati mill-Kabinett u se jiġu pubblikati dalwaqt.
Leg 9 PQ #7826 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq tal-pittura Caravaggio

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar il-każ ta' serq tal-Pittura tal-Caravaggio?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ kien ġie nvestigat, ittellgħet persuna l-Qorti, u l-każ qed jistenna li jiġi appuntat għall-ġuri.