Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22511 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tagħmir kontra n-nar

Question

Peress li hawn ħafna skejjel, kemm ta' l-Istat, tal-Knisja kif ukoll indipendenti, li ilhom mibnija is-snin, jista' l-Ministru jgħid x'apparat jeżisti fihom fil-każ ta' ħruq? Hemm għalliema/staff ieħor li huwa intiż kif issir evakwazzjoni ta' skola f'każ ta' ħruq? Isiru fire drills fuq bażi regolari? Fl-iskejjel ġodda, kemm ta' l-Istat u dawk privati, hemm tagħmir li jista' jintuża bħala l-ewwel ġlieda kontra xi nar?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dawn l-aħħar snin inħoloq għarfien fost l-awtoritajiet biex jiġi nstallat fl-iskejjel tagħmir kontra t-tifi tan-nar. Dan it-tagħmir hu f'forma ta' fire extinguishers ta' l-ilma, ragħwa, trab u carbon dioxide. Kutri ta' kontra n-nar sabu posthom ukoll fil-laboratorji u fil-klassijiet tal-Home Economics. Bdew isiru eżerċizzji ta' l-evakwazzjoni f'numru ta' skejjel. Bil-ħatra tal-Health and Safety Teachers/Instructors is-sena l-oħra dawn l-eżerċizzji bdew isiru f'aktar skejjel. Bdew jitwaħħlu sinjali ta' evakwazzjoni, dwal ta' emerġenza u sistemi ta' alarm. Bil-mod dawn l-eżerċizzji qed isiru regolarment f'għadd dejjem jikber ta' skejjel. Fl-iskejjel moderni, kemm statali u privati, qed ikunu nstallati dry/wet risers, fire hoses, fire extinguishers u anke bibien u materjal ieħor li jiflaħ għan-nar. Informat ukoll li fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti fire extinguisher jinstab kważi f'kull skola. F'xi każi l-iskejjel jitolbu u jingħatalhom fire drills. Dan ma jsirx fuq bażi regolari.
Leg 9 PQ #22512 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Private School Association — Finanzjament

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi progress kien hemm biex ġenituri ta' tfal li jmorru fi skejjel indipendenti jiġu appoġġjati finanzjarjament kif imħabbar fl-aħħar budget? Il-Ministeru rċieva l-informazzjoni meħtieġa mingħand il-private schools association jew xi għaqda oħra biex il-ġenituri jieħdu il-benefiċċju mwiegħed? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji dwar in-numru ta' studenti, ġenituri, eċċ.

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt l-iskejjel privati indipendenti jgħadduli mill-aktar fis ir-rapport kompilat beix il-Gvern jimplimenta l-miżura mħabbra fil-Budget.
Leg 9 PQ #22535 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istitut Ġuże' Micallef — Animal Husbandary & Holticulture

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti li jinsabu fl-ewwel sena tal-kors tal-Animal Husbandary & Horticulture fl-Istitut Ġuże' Micallef ġewwa Ħal Luqa għadhom qatt ma ngħataw l-istipendju dovut lilhom? Jista' jgħid meta se jitħallsu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti ta' l-ewwel sena tal-kors ta' l-Animal Husbandry and Horiclutre fl-Istitut Ġuże` Micallef għadhom ma ngħatawx il-Maintenance Grant. Dan ġara għax il-konferma min naħa tal-Kulleġġ dwar min kienu l-istudenti li bdew jattendu, ma waslitx qabel is-6 ta' Diċembru 2000. Skond ir-regolamenti tal-finanzi, dan kien tard wisq biex jirċievu l-grant sa l-aħħar ta' Diċembru 2000. Dawn l-istudenti ser jingħataw il-grant fl-aħħar ta' Jannar 2001. Il-kumplament ta' l-istudenti tal-Kulleġġ irċivew il-Maintenance Grant fil-ħin.
Leg 9 PQ #22398 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kostruzzjoni ta' Skola

Question

Jista' l-Ministru jagħti aktar tagħrif dwar il-wiegħda li saret fil-budget 2000 fir-rigward ta' xogħol ta' kostruzzjoni fl-iskola primarja fil-Fgura? Meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol ta' kostruzzjoni fl-Iskola Primarja tal-Fgura ilu lest sa minn Marzu 2000. Fil-preżent kull ma qiegħed isir hu xogħol ta' servizzi u finitura fuq l-iskola eżistenti.
Leg 9 PQ #22406 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Systems of Knowledge — Subject Co-Ordinators

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 22000, jista' l-Ministru jgħid min kienu s-subject co-ordinators tas-Systems of Knowledge fl-iskejjel ta' l-Istat (u mhux fil-Junior College) bejn id-19-11-1997 u 22-05-1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul il-perjodu indikat, is-Sur Emanuel V. Borg u s-Sur George Gauci kienu s-Subject Co-ordinators tas-suġġett "Oqsma ta' l-Għerf" fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi u fil-Liċeo Superjuri Paolino Vassallo rispettivament.
Leg 9 PQ #22409 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assistent Kap ta' Skola

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21779?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ewwel erba' Assistenti Kapijiet kienu fost grupp ta' disa' li ġew irrikmandati biex jimlew vaganzi li nħolqu fost oħrajn minn: Assistent Kap li ġie appuntat Kap fid-9 ta' Mejju 1997 u 3 Assistenti Kapijiet li ġew irrikmandati biex jiġu appuntati Kapijiet fis-7 ta' Mejju 1997. L-aħħar ħames Assistenti Kapijiet kienu minn fost grupp ta' ħdax li ġew irrikmandati biex jimlew fost oħrajn vaganzi li nħolqu minn: 3 Assistenti Kapijiet li laħqu Kapijiet fl-1 ta' Ġunju 1998, wieħed li rtira fil-11 ta' Ġunju 1998 u wieħed li rtira fis-6 ta' Ġunju 1998.
Leg 9 PQ #22194 Sitting 464 2001-01-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kavallier ta' San Ġakbu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22085?

Response (GALEA, LOUIS)

L-ispiża tal-Gvern għaċ-Ċentru tal-Kreattivita` fil-Kavallier ta' San Ġakbu hi bil-bosta aktar minn Lm30,000. F'dan l-istadju ċ-Ċentru jirċievi għajnuna ta' eluf ta' liri f'pagi ta' impjegati governattivi mislufa mid-Dipartimenti ta' l-Edukazzjoni, Kultura u tax-Xogħlijiet kif ukoll għajnuna oħra mill-Ministeru li jidhru taħt il-voti rispettivi. Iċ-Ċentru, li fil-ftit xhur li ilu miftuħ wera sinjali psżittivi tal-ħidma artistika u kulturali li qed titwettaq f'pajjiżna, għadu fil-fażi organizzattiva tiegħu. L-MPO ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, b'tisħib mal-Ministeru tiegħi, qed jiffinalizzaw sejħa għall-impjegati tal-Gvern biex kemm jista' jkun ir-riżorsi umani, l-akbar spiża taċ-Ċentru, jittieħdu minn posthom fejn l-ispiża hi diġa` allokata taħt voti diversi. Meta jiġi kompletat dan l-eżerċizzju inkun f'qagħda aħjar niddefinixxi kif għandna nissodisfaw il-bżonnijiet finanzjarji taċ-Ċentru.
Leg 9 PQ #22181 Sitting 463 2001-01-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Budget 2001 — Skejjel Privati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 22109, kemm huwa l-ammont ta' studenti li mistennija jgawdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont ta' studenti li jattendu skejjel privati bi ħlas ta' miżati hu ta' 8347..
Leg 9 PQ #22190 Sitting 463 2001-01-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Nuqqas ta' Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għalliema nieqsa hemm fl-iskejjel Għawdxin? F'liema suġġetti? Meta se jintbagħtu l-għalliema nieqsa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel Għawdxin ma jirriżultax nuqqas ta' għalliema.
Leg 9 PQ #22178 Sitting 462 2001-01-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti f'Għawdex f'kull settur li temmew l-edukazzjoni sekondarja u l-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom fis-sena skolastika li għaddiet? Jista' jagħti t-tagħrif skola bi skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti f'Għawdex li spiċċaw l-iskola sekondarja fis-sena 1999-2000 kienu: Ninu Cremona JL - 58 Ninu Cremona Sec. S - 80 GF de Soldanis JL - 173 GF de Soldanis Sec. S - 41 Seminarju - 52 Skola tas-Snajja (Bniet) - 27 Skola tas-Snajja (Subien) - 16 In-numru ta' studenti f'Għawdex li spiċċaw l-iskola Post-Sekondarja (ie. Tieni Sena) huma: Sir M A Refalo Tech. Inst. - 16 Secretarial School - 21 Pre Vocational School - 11 Sir M A Refalo Upper Lyceum - 225 Sir M A Refalo Higher Sec. - 3
Leg 9 PQ #22179 Sitting 462 2001-01-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti Għawdxin

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar eżami tas-Sec u l-Matsec kemm kien hemm studenti Għawdxin li jattendu skejjel Għawdxin u li qagħdu għall-eżamijiet tas-Sec u l-Matsec? Kemm minnhom għaddew fis-suġġetti differenti?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjon mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22180 Sitting 462 2001-01-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Sekondarja — Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22113?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li temmew l-ekukazzjoni sekondarja tagħhom fis-sena 1999-2000 huwa: Skejjel tas-Snajja` - 616 Skejjel Sekondarji tal-Gvern - 1349 Junior Lyceum - 1818 Skejjel tal-Knisja - 1332 Skejjel Indipendenti - 1618 Informat ukoll l-għadd ta' studenti li bdew l-Edukazzjoni Post-Sekondarja huwa: Skejjel tal-Gvern - 2969 Junior College - 1385 Institute for Tourism Studies - 251 Skejjel tal-Knisja - 322 Skejjel Indipendenti - 107
Leg 9 PQ #22139 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Sick leave ta' l-impjegati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 21971 meta seħħ l-assenteiżmu ta' 11.6% għal skala 18 tul l-1999?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22140 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Staff Akkademiku — Promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena akkademika min mill-istaff akkademiku ngħata promozzjoni? Fuq liema kriterji ngħataw dawn il-promozzjonijiet? Liema struttura u min kienu l-persuni li taw dawn il-promozzjonijiet? Sal-aħħar ta' din is-sena akkademika, kemm hemm il-ħsieb li jingħataw promozzjonijiet u f'liema oqsma?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista ta' l-istaff akkademiku u l-kriterji fuq liema ngħataw dawn il-promozzjonijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li l-Promozzjonijiet jingħataw mill-Kunsill fuq rakkomandazzjoni tal-Promotions Board. Il-Promotions Board huwa magħmul minn: Chairman : Ir-Rettur Membri : Dr A Camilleri - Professur D Darmanin - Professur CJ Farrugia - Professur J Lauri L-eżerċizzju għadu għaddej għaliex il-Bord qed jistenna assessments fuq numru ta' applikanti. Dawn l-assessments isiru minn akkademiċi barra minn Malta magħżula mill-Association of Commonwelath Universities.
Leg 9 PQ #22173 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Qasam tar-Restawr u ta' l-Edukazzjoni tal-Bini

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21826?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li l-persuna konċernata m'hiex eliġibbli għal post tal-fiss bħala Instructor fid-Diviżjon ta' l-Edukazzjoni kif jipprovdi l-ftehim għal din il-kategorija ta' impjegati. Ir-reklutaġġ f'din il-kariga huwa determinat minn kriterji fissi. Informat li l-persuna konċernata ma tissodisfax dawn il-kriterji.
Leg 9 PQ #22174 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kunsilli Skolastiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22034?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22280 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21273?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21273 f'Seduta 447 fl-4 ta' Diċembru 2000.
Leg 9 PQ #22323 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużew ta' l-Istorja Naturali — Restawr

Question

B'referenza għad-domanda parlamentari nru. 11595, jista' l-Ministru jinforma l- Kamra, x'xogħol sar tul is-sena 2000 fuq l-Palazz tal-Gran Mastri fl-Imdina fejn kien hemm l-Mużew ta' l-Istorja Naturali u jistax jiġi wkoll indikat f'liema stadju wasal illum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 2000, tbajdet il-bitħa interna u l-loġġja interna tal-Palazz tal-Gran Mastru fl-Imdina fejn hemm il-Mużew ta' l-Istorja Naturali u bdiet ukoll it-tiswija fuq is-soqfa ta' l-istess palazz.
Leg 9 PQ #22324 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Latin

Question

B'referenza għad-domanda parlamentari nru. 11596, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba l-Latin huwiex jiġi mgħallem għas-sena akkademika 2000/2001 fl-iskejjel sekondarji u jekk iva, kemm hemm studenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel Sekondari tal-Gvern, matul is-sena akkademika 2000/2001, ma kienx hemm studenti li talbu biex jiġu mgħallma l-Latin.
Leg 9 PQ #22136 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Sickleave ta' l-impjegati

Question

B'riferenza għat-tagħrif mogħti għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari nru. 21971, partikolarment għaċ-ċifra ta' 18.5% assenteiżmu fi skala 9 fl-1998, jista' l-Ministru jgħid f'liema xhur seħħ dan l-assenteiżmu xahar b'xahar tul 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.