Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2300 u jgħid liema huma dawk il-karigi, li jaqgħu taħt il-ministeru, dipartimenti jew entitajiet tiegħu, li skont il-kuntratt marbut ma’ tali kariga, huma intitolati għal fully-expensed car u kemm hu l-ammont ta’ fuel li huma intitolati għalih kull xahar? Kemm hemm uffiċjali li għażlu li jieħdu l-allowance relattiv, u kemm hu dan l-allowance f`kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2309 u jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi kif ukoll xogħlijiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’pagamenti pendenti li baqgħu jagħqu taħt il-Ministeru tas-saħħa u d-dipartimenti jew entitajiet tiegħu, jammonta għal €46,815,586.10.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba.
Sptar Mater Dei — Lista ta’ stennija għall-operazzjonijet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2310 u għid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei, u jagħti n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Jista’ jagħti informazzjoni dwar kemm hemm pazjenti li ilhom jistennew: Bejn 3 u 6 xhur; bejn 7 u 12-il xahar; bejn 13 u 24 xahar; bejn 25 u 36 xahar; u aktar minn 36 xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li qegħdin jistennew intervent/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei skont l-intervent/operazzjoni għal kull kategorija ingħata fil-mistoqsija parlamentari nru. 1068 fit-22 ta’ Mejju 2013. In-numru ta’ interventi maqsumin skont id-dipartiment u x-xhur ta’ stennija jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun l-ispiża fil-ġimgħa biex titmexxa l-klinika għall-mard tal-kliewi li nfetħet fiċ-ċentru tas-saħħa ġewwa Ħal Qormi? Kemm kien hemm appuntamenti bbukkjati fl-ewwel żewġ sessjonijiet, u kemm pazjenti attendew għall-appuntament?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li biex infetħet u qed titmexxa il-Klinika għall-Mard tal-Kliewi fiċ-ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal-Qormi, id-dipartiment ma nefaq xejn għax intużaw l-istess riżorsi li kienu ġa eżistenti.
Klinika tal-Mard tal-Kliewi – Appuntamenti u Konkorrenza
Data
Appuntamenti
Attendew
06/06/2013
4
3
13/06/2013
5
5
Sptar Monte Karmeli — Minorenni bi problemi mentali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1118 u jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt it-18-il sena li ddaħlu l-Isptar Monte Karmeli jsofru minn problemi mentali kkawżati minn xi tip ta' abbuż?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li għalkemm l-Isptar Monte Karmeli iżżomm statistika tan-numru ta’ pazjenti li jidħlu flimkien ma’ djanjożi tagħhom ma teżistix statistika li turi fiċ-ċert l-kawża tas-sintomi li jippreżentaw dawn l-istess żaghżagħ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-introduzzjoni tal-IVF fl-Isptar Mater Dei, u meta dan se jibda jilqa’ l-ewwel pazjenti u jsiru l-ewwel interventi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddej proċess ta’ tendering biex jinxtraw il-mekkinarji neċessarji li ser jintuża biex il-pazjenti li ha jirrikorru għall-IVF issirilhom l-investigazzjonijiet meħtieġa. Bħalissa qed issir evalwazzjoni tal-possibilitajiet varji li jistgħu jintużaw biex jingħata dan is-servizz tal-IVF bl-aħjar mod possibli. Il-Ministeru qed ifassal id-dokumenti neċessarji għall-ippjanar ta’ dan is-servizz, fejn huwa maħsub li jibda għall-aħħar ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie ġġennerat skart mill-Isptar Mater Dei fis-sena 2012 u anke f'din is-sena? Kif qiegħed jiġi disposed of dan l-istess skart, skont il-kategoriji differenti? X'miżuri qed jittieħdu sabiex l-iskart jiġi separat u l-iskart kliniku ma jitħallatx ma’ skart ieħor?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew għal MRI, kategorija b`kategorija, u meta hu l-aktar appuntament fil-bogħod?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura mill-Medical Imaging Department tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ persuni li qegħdin jistennew għal MRI, kategorija b’kategorija kif ukoll id-data tal-aħħar appuntament ibbukjat fuq is-sistema tinsab fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-maximum waiting time li wieħed jista’ jistenna fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei? Xi standards qed jintużaw fit-tfassil tal-pjanijiet sabiex jitnaqqas dan il-ħin ta’ stennija?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s’issa ma hemmx maximum waiting time stabbilit fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei. Dan għaliex il-prattiċi u r-risorżi biex dan jista jseħħ ma kienu qatt stabbiliti qabel. Però saru ħafna laqgħat mal-professjonisti fid-dipartiment u l-amministrazzjoni tal-isptar u numru ta’ proposti biex jitjieb is-servizz ġew maqbula u ser jiġu attwati fil-futur qarib. Fost dan it-tfassil tal-pjanijiet hemm proġetti għall-triage system ġdida u revizzjoni fil-prattiċi tat-tobba li se jkunu marbuta għall-ewwel darba ma target times għal kull prijorita tal-każ. L-istandards li qed jintużaw huma dawk internazzjonali u ibbażati fuq studji xjentifiċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn individwi, kull wieħed skont is-sess, l-età u ż-żona tal-pajjiż li ġejjin minnha, li għandhom problemi respiratorji? X'miżuri qed jieħu l-Gvern sabiex dawn il-problemi jonqsu speċjalment it-trab fin li jiġi ġġenerat mill-barrieri?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-uniċi sorsi ta’ informazzjoni eżistenti dwar mard respiratorju f’persuni residenti f’Malta u Għawdex huma n-National Hospital Information System u l-iStħarriġ Nazzjonali dwar is-Saħħa, li sar l-aħħar fl-2008. Minħabba li dan tal-aħħar sar fuq kampjun rappreżentattiv, l-istatistika qed tingħata maqsuma skont is-sess u reġjun ta’ Malta, kif definiti mis-sistema NUTS.
Sabiex tkun komparabbli, l-istatistika ġiet standardizzata skont il-
European Standard Population
, sabiex jiġu ndirizzati d-differenzi fl-età medja tal-popolazzjoni tar-reġjuni differenti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm kienet l-ispiża ta' overtime fix-xhur ta' April u Mejju 2013 f`kull dipartiment u entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2966, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux diġà xi reġistru li fih hemm imiżżla dawk li għandhom bżonn l-IVF? Minbarra hekk, jista' jagħti tagħrif dwar lejn liema ċifra ta' persuni intitolati twassal l-ipotesi msemmija fir-risposta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li f’dan l-istadju bikri m’hemmx reġistru formali li fih qed jitniżżlu dawk il-pazjenti li għandhom bżonn l-IVF. Dan huwa parti mill-proċess tal-ippjanar li bħalissa qed jiġi mħaddan mill-Ministeru tas-Saħħa. Din l-informazzjoni ser tibda tiġi miġbura meta naslu fi stadju iżjed avvanzat għall-introduzzjoni ta’ dan is-servizz. Il-bażi fejn se tibda tinġabar din l-informazzjoni se tkun fid-Dipartiment tal-Obstetrija u Ġinekoloġija fil-Fertility, Gynaecology, Endocrinology Outpatients and Assisted Conception Service.
Jikkonferma l-Ministru li l-programm tal-iscreening tal-musrana l-kbira se jiġi trasferit għal Għawdex?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li t-Test tad-demm moħbi fl-ippurgar, li huwa l-iscreening test għall-Programm tal-Kancer fil-Musrana, isir id-dar, sew jekk Malta u anki Għawdex.
Dawk li jirriżultaw pożittivi minn dan it-test u jiġi deċiz li għandhom bżonn test ta' l-istrument (colonoscopy), qed jiġu offruti dan is-servizz fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, minħabba żmien twil ta' stennija fl-Isptar Mater Dei. B'hekk qed niżguraw li ma’jkunx hemm dewmien fid-dijanjozi ta' dawn l-individwi.
Ministeru għas-Saħħa – applikazzjonijiet għal security officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’se jsir mis-sejħa għall-applikazzjonijiet għal security officers fil-Ministeru tas-Saħħa li kienet inħarġet is-sena li għaddiet u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Bord tal-Għażla qed jiffinalizza r-rapport tiegħu sabiex ikun jista’ jimxi l-proċess tal-ingaġġ.
Jista’ l-Ministru jgħid sa meta hu maħsub jew mistenni li l-Gvern ikun ħabbar iż-żmien massimu li wieħed għandu jistenna biex issirlu operazzjoni? X’timeframes ta’ stennija se jkun hemm għal liema interventi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li qed isir studju tal-benchmarks internazzjonalment qabel jiġi stabbilit l- benchmarks tal-operazzjonijiet fuq bażi lokali. Dawn flimkien mal-Costings tal-proċeduri tal-isptar għandhom ikunu definiti sa’ l-aħħar ta’Ottubru li ġej.
Ninsab infurmat ukoll li hemm għaddej proċess ta’ evalwazzjoni u konsultazzjoni sħiħa mal-professjonisti konċernati, sabiex jiġu stabbiliti protokolli, ħalli jkun hemm żmien speċifikat massimu ta’ stennija għall kull operazzjoni.
Wieħed jifhem li dan l-eżercizzju ta’ volum kbir, delikat u ta’ mportanza kbira, u li għaldastant jirrikjedi fih innifsu li jsir b’kawtela iżda b’ritmu moderat, ħalli niżguraw illi ż-żmien ta’ stennija għall kull operazzjoni jkun f’’time frames’ ġusti u rejalistiċi.
Kif tinġabar din l-informazzjoni kollha u jiġi finalizzat dan il-proċess, il-Ministeru tas-Saħħa jkun jista’ jagħti din l-informazzjoni kollha u sħiħa b’mod trasparenti sabiex kullħadd ikun infurmat.
Ninsabu konvinti illi dak li ser jiġi stabbilit, lkoll flimkien kemm mal-professjonisti u ħaddiema kollha nvoluti, ser naraw li dawn il-miri jintlaħqu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu ċittadini Maltin u Għawdxin bil-kanċer tal-pulmun f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ każijiet ta’ mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta’ l-Imwiet li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati minn kanċer tal-pulmun bejn l-2008 u l-2012 kienu tmien mija (800). Kien hemm mija u disa u erbgħajn (149) fl-2008, mija u tnejn u ħamsin (152) fl-2009,mija u disa u ħamsin (159) fl-2010,mija seba u ħamsin (1570 fl-2011 u mija tlieta u tmenien (183) fl-2012.
Din l-informazzjoni tapplika għal residenti Maltin u Għawdxin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1334 u jagħti statistika ta’ kemm sewa kull software fid-Dipartiment tas-Saħħa, mingħand liema kumpaniji nxtara u kemm tħallas f’manutenzjoni għalih għal dawn l-aħħar sitt snin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li din l-istatistika u informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1335 u jagħti informazzjoni ta’ kemm kien hemm mediċina li skadiet f’kull spiżerija tal-Gvern f'dawn l-aħħar tliet snin u kemm kienet tiswa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija twieġbet fil-mistoqsija Parlamentari numru 1335.