Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #18658 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – xogħlijiet fiċ-Ċittadella

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar ix-xogħlijiet estensivi li qed isiru fiċ-Ċittadella? X'sar s'issa? Kemm hu proġettat li jiswa tali proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet estensivi li saru fiċ-Ċittadella huma parti mill-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea intitolat ‘Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Ċittadella ERDF 246. Ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu fi; · Restawr ta’ faċċati tal-binjiet storiċi fiċ-Cittadella · Riabilitazzjoni tal-foss biex jinbidel fi spazju rikreattiv · Tindif u konsolidazzjoni tar-rovini · Xogħlijiet infrastrutturali fit-triqat kollha ġoċ-Ċittadella u li jwasslu għaliha. Dawn jinkludu t-tqegħdid ta’ servizzi ġodda u pavimentar · Xogħlijiet fuq il-konverzjoni ta’ żewġ ġibjuni tal-ilma f’ċentru għall-viżitaturi · Xogħol fuq il-Mużew tal-Folklor biex jinbidel f’dar tal-periodu · Istallazzjoni ta’ sistema ġdida tad-dawl · Istallazzjoni ta’ lifting plarforms biex tiżdied l-aċċessibilta’ · Xogħijiet ta’ azzar f’diversi partijiet taċ-Cittadella · Espropjazzjoni ta’ rovini u ta’ dar li ser tintuża bħala uffiċini Dwar il-valur tal-proġett nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 22119
Leg 12 PQ #18659 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Marsalforn ––xogħlijiet fil-Menqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xoghol sar fil-Menqa ta' Marsalforn u kemm ġie jiswa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ix-xogħol fil-menqa kien jikkonsisti f’xogħolijiet fuq il-ħajt tal-menqa biex id-dgħajjes tas-sajjieda ikunu iktar protetti; rikostruzzjoni tas-Slipway; ftuħ ta’ landing office; titjib fid-dry standing area; installazzjoni ta’ Service Pillars; u tibdil tal-winch esistenti ma ieħor li hu iktar efficjenti. Il-proġett ġie jiswa madwar €789,000.
Leg 12 PQ #18660 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – profitti/telf

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm għamlet profitt jew telf il-kumpanija Gozo Channel f'dawn l-aħħar seba' snin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija elenkata fit-tabella hawn annessa u li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jinnota kif dawwarna r-rotta fil-Gozo Channel, minn telf qawwi fl-2012 u fl-2013 għal profit tas-sena 2015. Ta’ min jinnota wkoll kemm kienet tirċievi flus mill-PSO, il-Gozo Channel fis-snin tal-amministrazzjoni preċedenti u kemm qed tirċievi anqas illum wara r-revizjoni tal-PSO li saret taħt l-istess amministrazzjoni Nazzjonalista.
Leg 12 PQ #18661 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – bini ta’ pixxina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb għal pixxina li ilha snin sħaħ mistennija f'Għawdex? X'ġara taħt l-amministrazzjoni preċedenti dwar din il-pixxina?

Response (REFALO, ANTON)

Il-Ministeru għal Għawdex ikkonsulta ma’ dawk kollha nvoluti sabiex jassigura ruħu li jilħaq l-aspirazzjonijiet u l-esiġenzi kollha tas-soċjeta’ Għawdxija inġenerali. Il-Ministeru għamel ċert illi l-għaqdiet sportivi konċernati ikunu konsultati adegwatament sabiex jagħmel l-aħjar użu mill-fondi pubbliċi. Dan fl-ambitu illi aħna nemmnu bis-sħiħ illi proġett ta’ din id-dimensjoni jolqot kemm l-aspett sportiv kif ukoll dak soċjali taċ-ċittadini Għawdxin. Il-Ministeru għal Għawdex bil-maqlub ta’ Gvernijiet preċedenti ssottometta permezz ta’ RFP illi tagħlaq fl-aħħar ta’ Frar 2016 proġett fattibbli u vijabbli sabiex jagħmel ċert illi tali proġett ma jibqax biss fuq il-karta iżda jimmaterjalizza ruħu għall-ġid u benefiċċju ta’ wliedna, tal-anzjani tagħna, taż-żgħazagħ tagħna u kif ukoll l-isportivi tagħna. Għalkemm l-amministrazzjoni preċedenti kienet ilha twiegħed dan il-proġett għal diversi snin kull ma sar huwa li ġiet magħżula l-lokazzjoni u nġab il-permess tal-MEPA.
Leg 12 PQ #18662 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – mużew ta’ storja u heritage

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb għall-Mużew li jinkorpora kull mhu ta' storja u heritage Għawdxi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Ministeru bi ħsiebu jinawgura Mużew t’ Għawdex li ser ikopri l-aspetti kollha ta’ l-istorja u l-kultura ta’ Għawdex. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-temi ġenerali li ser jiġu eżebiti f’dan il-mużew. Aktar informazzjoni tingħata fil-gimgħat li ġejjin.
Leg 12 PQ #18663 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Bini ta’ Qorti ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb għal bini ta' Qorti ġdid f'Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Nikkonferma li l-bini ta’ qorti ġdid għal Għawdex hu wieħed mill-prijoritajiet ta’ dan il-Gvern. Qeghdin fil-fasi finali sabiex nottjenu l-permess relattiv minghand il-MEPA.
Leg 12 PQ #23390 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li l-Gozo Channel tat matul is-sena 2015 u f’Jannar 2016, u kemm kien il-valur tagħhom? Jista’ f’kull każ jgħid x’inxtara jew x’servizz ingħata, mingħand minn u kemm sewa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista relattiva hija hawn annessa u qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #23391 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – proġetti u inizjattivi li saru minn fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti u inizjattivi li saru f’Għawdex li kienu ko-finanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea mill-programm ta’ finanzjament 2007-2013? Jista’ jgħid meta ġew approvati l-fondi Ewropej għal dawn il-proġetti jew inizjattivi, meta nbdew dawn il-proġetti jew inizjattivi u meta spiċċaw? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kien l-ammont approvat inizjalment ta’ fondi Ewropej għal kull proġett u inizjattiva u kemm fil-fatt ġew intużati fondi Ewropej meta għalaq il-perjodu ta’ finanzjament imsemmi fl-aħħar tal-2015?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #18652 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – ħolqien ta’ xogħol bil-ftuħ ta’ kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jiddeskrivi l-viżjoni tal-Gvern għal Għawdex fir-rigward tal-ħolqien tax-xogħol, fid-dawl tal-ftuħ f’Għawdex tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-viżjoni inter alia hija li: · Għawdex ma jibqax ta’ piż għal Malta imma jsir mutur tal-ekonomija nazzjonali · Nattiraw investiment barrani dirett lejn din il-gżira · Noħolqu identita’ ekonomika li tagħmel sens lill-gż ira Għawdxija · Inwettqu l-programm tal-SME’s biex dil-ħolma ta’ l-fuq minn kwart ta’ seklu, issir realta’ · Inkomplu nsaħħu t-turiżmu u nagħmluh aktar sostenibli u responsabli, dejjem taħt il-kappa ta’ Eko-Għawdex · Nistudjaw b’kull mod u mezz l-aċċessibilita’ ta’ din il-gżira · Nikkrejaw xogħol Għawdex għall-Għawdxin · Neliminaw il-burokrazija.
Leg 12 PQ #18653 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ix-Xewkija – Triq l-Imġarr - pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjan hemm għas-sit preċedentament okkupat minn Malta Dairy Products fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija u dak magħruf bħala Tal-Ħofra fl-istess lokalità?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġa ġie spjegat l-esperjenza tal-passat urietna li dak li hu tajjeb ghal Malta mhux necessarjament tajjeb ghal Ghawdex. Nahseb naqblu li Ghawdex m’ghandu qatt jigi kkunsidrat bhala annex jew backyard ta’ Malta. Hu proprju ghalhekk li gew identifikati dawn is-siti tant importanti sabiex nikkreaw creative u digital hubs u iehor ghal SMEs rispettivament minflok il-Malta Dairy Products u f’tal-Hofra, limiti tax-Xewkija.
Leg 12 PQ #18654 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – uffiċċji li joffru servizzi pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jelenka x'uffiċċji li joffru servizzi pubbliċi nfetħu f’Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn u nofs, u xi rwol għandhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #18655 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għajnsielem – Xogħlijiet fuq id-dar għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministeru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq id-dar għall-anzjani f'Għajnsielem?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li nħarget is-sejħa għall-Bini ta’ dar ġdida għall-anzjani u x-xogħol tal-bini mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 12 PQ #18656 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista' l-Ministru jelenka x’xogħlijiet infrastrutturali u f'kemm-il triq u pjazza saru, jew qed isiru taħt din l-amministrazzjoni? Xi flus intefqu u għal kemm-il kilometru jammontaw tali xogħlijiet?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista relattiva hija hawn annessa u qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jinnota illi t-toroq li tlestew fl-aħħar sentejn u nofs huwa bil-wisq aktar minn dawk li tlestew fl-aħħar ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti. A rigward, l-ispejjez involuti fil-bini ta’ dawn it-toroq, nistqarr illi din se tingħata f’seduta oħra, peress illi qed isir il-kalkolu ezatt tagħhom.
Leg 12 PQ #18657 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pipeline bejn il-Qala u s-Sannat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir u x'sar fir-rigward tal-proġett tal-pipeline bejn il-Qala u s-Sannat?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellantil l-proġett tal-Pipeline f’Għawdex bidel il-main tal-ilma minn Ħondoq ir-Rummien fil-Qala sa Ta’ Ċenċ fis-Sannat, liema main kien ilu ma jinbidel madwar 40 sena u kien jinsab fi stat ħażin ħafna. F’dan il-proġett se jkun qed isir resurfacing tat- toroq ikkonċernati, liema toroq se jkunu qed jikkaverjaw medda ta’ madwar 10 Kilometri ta’ tarmac. Ix-xogħol miexi u wasalna fl-aħħar fażijiet. Ġie mibdul u ġie ikkonnetjat il-main ta’ l-ilma minn Ħondoq ir-Rummien, Qala sa ta’ Ċenċ, Sannat. Dan il-main ġie ittestjat u beda jiffunzjona. Ingħata tarmac f’diversi toroq fil-Qala, fix-Xewkija u f’ ta’ Sannat. Din il-ġimgħa se jitkompla x-xogħol fuq l-“storm water culvert” neċessarja fi Triq Gruwa f’ Ta’ Sannat u wara jingħata t-tarmac tul it-triq kollha. Jifdal biss l-istorm water culvert fil-Qala eżatt fi Triq il- Kunċizzjoni, liema culvert se jibda x-xogħol fuqha eżatt kif jitlesta l-culvert f’ Ta Sannat. Apparti dan ix-xogħol kollu, ġew installati sistemi ta’ pajpijiet għall-ilma tax-xita u fejn kien hemm il-bżonn, ġew ikkoreġuti ukoll l-livelli tat-toroq biex l-ilma tax-xita ma jinġemax f’għadajjar. Barra minn hekk fejn inqala l-bżonn li tinbena t-triq bħal fil-każ tal-Qala, dan sar ukoll. Ix-xogħlijiet huma mistennija li jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 12 PQ #23370 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Bajja ta’ Marsalforn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudji konnessi mal-protezzjoni tal-bajja ta’ Marsalforn mill-maltemp, kienux ġew iffinalizzati? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienu r-rakkomandazzjoni ta’ dan l-istudju? Jekk dan l-istudju jirrakomanda li għandha ssir xi forma ta’ protezzjoni, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru biex il-bajja ta’ Marsalforn tkun protetta mill-effett tal-maltemp?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru qed jesplora l-finanżjament ta dak li jirrekjedi b’ mod holistiku l-port ta Marsalforn.
Leg 12 PQ #18648 Sitting 358 2016-02-17 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Cruiseliner passengers

Question

Jista' l-Ministru jelenka kemm waslu cruiseliner passengers, sena b’sena f'dawn l-aħħar ħames snin f'Għawdex? Kien hemm xi żieda fl-2015 meta pparagunat ma' snin preċedenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Nikkonferma li matul is-sena 2015 kien hemm żieda konsiderevoli ta’ passiġġieri fuq cruise liners li daħlu Għawdex meta mqabbel mas-snin preċedenti.
Leg 12 PQ #18649 Sitting 358 2016-02-17 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – baga fix-Xlendi

Question

Jista' l-Ministru jinforma kemm kienet ġiet tiswa l-baga li tniżżlet fix-Xlendi taħt l-amministrazzjoni preċedenti, kemm-il darba intużat, għalfejn ma baqgħetx tiffunzjona, u xi pjan hemm għall-futur?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-baga li tniżżlet fix-Xlendi taħt l-amministrazzjoni preċedenti giet tiswa €195,029. Dan l-ammont jinkludi ix-xiri u t-tpoggija tal-baga u €9,600 f’manutenzjoni. Din intużat darba waħda. Din il-baga ma baqgħetx tiffunzjona għaliex il-pożizzjoni tagħha u il-baga nnifisha ma kienux adekwati għal użu intenzjonat u l-livell ta’ sigurta’ meħtieġ. Ser tiġi disinjata baga oħra li ser titpoġġa f’post differenti barra l-bajja tax-Xlendi
Leg 12 PQ #18650 Sitting 358 2016-02-17 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – ħolqien ta’ impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-impjiegi li nħolqu f'Għawdex minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #18651 Sitting 358 2016-02-17 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Digital Hub

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar id-digital hub li l-Gvern fi ħsiebu jistabbilixxi f'Għawdex u għalfejn tali hub hija tant essenzjali għal Għawdex? Kien sar xi żvilupp f'dan ir-rigward mill-amministrazzjoni preċedenti?

Response (REFALO, ANTON)

Il-Gvern għandu intenzjoni li jiżviluppa l-qasam tas-servizzi f’Għawdex u, bil-għan li tingħeleb l-insularità u jiżdied it-tkabbir ekonomiku, saret sejħa għal offerti f'Ġunju 2014 (CT 3114/2014 ko-finanzjat 85% ERDF u 15% fondi lokali) biex sar studju bejn Jannar u Ġunju 2015 bil-għan li ssir analiżi socjo-ekonomika dettaljata dwar il-potenzjal, fattibilita' u vijabilita' li tkun żviluppata Digital Hub f’Għawdex. Peress li l-implimentazzjoni ta’ din id-Digital Hub, kif ukoll kull investimet ieħor f’Għawdex, jiddependu minn konnettivita diġitali b’saħħitha, effettiva u li tista’ torbot fuqha, dan l-istess studju kien ikopri wkoll studju tekniku u finanzjarju dwar l-implimentazzjoni tat-tieni submarine fibre optic link bejn il-g¿ejjer. L-istudju issa huwa lest u l-konklużjonijiet prinċipali huma li kemm id-Digital Hub, kif ukoll it-tieni submarine fibre optic link bejn il-gżejjer għandhom jitwettqu it-tnejn li huma għaliex fil-fatt jikkumplimentaw lil xulxin. Barra minn hekk, l-istudju wera wkoll il-bżonn li jiġu żviluppati aħjar business ecosytems relatati ma’ tassazzjoni, infrastrutturi edukattivi, business development u l-utilizzar aħjar tal-fond soċjali Ewropew. Bħalissa qed isiru wkoll diskussjonijiet biex ikun determinat l-aħjar mod kif issir l-infrastruttura kollha tal-cable bejn Malta u Għawdex.
Leg 12 PQ #22988 Sitting 358 2016-02-17 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex, dipartimenti u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ma tawx xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija imsemmija mill-2004 sa Marzu 2013.