Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22439 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Lorenzo Gafa'

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fl-iskola Lorenzo Gafa'? Meta se jitlesta kull xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħlijiet ta' ġebel u konkos fuq il-blokk il-ġdid huma lesti u ngħata bidu għal xogħlijiet ta' servizzi elettriċi u mekkaniċi. Sejra tkun ippublikata offerta għal xogħlijiet ta' finitura biex jitlesta dan il-blokk u ssir ir-riabilitazzjoni ta' l-eżistenti. Hu previst li x-xogħol kollu jitlesta sa l-aħħar ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #22441 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Bieb is-Sultan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għal din is-sena għal xogħol fuq Bieb is-Sultan, Kottonera?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Kottonera Rehabilitation Committee.
Leg 9 PQ #22501 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Furjana

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi rimedjat il-fatt li Year 5a fl-iskola primarja fil-Furjana għadhom bla tagħlim u taħriġ fl-IT?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-"Project Office" tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni qiegħed jagħmel ħiltu kollha biex ikun hemm soluzzjoni immedjat f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #22519 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Isport — Żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-Isport għandux xi pjan biex jipprovdi post għad-dilettanti taż-żwiemel (mhux tat-tiġrija) biex ma jkomlux jużaw toroq pubbliċi, speċjalment il-Ħadd filgħodu, b'periklu għalihom u għal min ikun għaddej?

Response (GALEA, LOUIS)

Hemm il-ħsieb li l-korsa l-antika li hemm fil-Marsa tiġi rranġata sabiex id-dilettanti taż-żwiemel, li fil-preżent qed jipprattikaw id-delizzju tagħhom fit-toroq, jibdew jużaw l-imsemmija korsa. Il-Marsa Complex Co-ordinating Board flimkien mad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport qed jippjanaw biex jitfassal 'Master plan' dwar upgrading u użu aħjar tal-kumpless sportiv tal-Marsa fejn fost faċilitajiet oħra, ser ikopri korsa għad-dilettanti taż-żwiemel (mhux tat-tiġrija).
Leg 9 PQ #22536 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jispiċċaw studenti mit-tagħlim sekondarju tagħhom fl-aħħar ta'din is-sena skolastika? Jista' jagħti breakdown ta' kemm huma subien, bniet mill-iskejjel ta' l-Istat, privati u tal-knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li huwa stmat li numru ta' studenti li se jispiċċaw sa l-aħħar ta' din is-sena skolastika huwa hekk:- Subien Bniet Total General Secondary Schools 507 738 1245 Junior Lyceums 625 1170 1795 Boys'/Girls' Schools 145 78 223 Skejjel tal-Knisja 735 589 1324 Skejjel Indipendenti 197 96 293
Leg 9 PQ #22580 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Librerija Pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' (a) kotba (b) pubblikazzjonijiet Maltin skond il-Liġi li ġew depositati fil-Librerija Pubblika matul din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' kotba u pubblikazzjonijiet Maltin skond il-Liġi li ġew depositati fil-Librerija Pubblika matul is-sena 2000 u din is-sena kien: Sena Kotba Pubblikazzjonijiet 2000 414 575 2001 (sa l-10 ta' Jannar 2001) 13 10
Leg 9 PQ #22610 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Birgu - Skola Lorenzo Gafa

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'xogħlijiet jonqsu li jsiru ġewwa l-iskola Lorenza Gafa, u jistgħux jiġu indikati jekk kemm-il darba tteħdux passi legali kontra d-dewmien imprevist?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Iskola Sekondarja Lorenzo Gafa' fil-Birgu jonqos isiru xogħlijiet ta' servizzi elettriċi u mekkaniċi li għalihom diġa` ġie mogħti kuntratt relattiv. Sejra tkun ippubblikata offerta għal xogħlijiet ta' finitura fuq il-blokk il-ġdid li nbena diġa`. Ma jidhirx li hu l-każ li d-Dipartiment tal-Kuntratti għandu jieħu passi legali kontra d-dewmien imprevist peress li saru xogħlijiet addizzjonali fuq kuntratt għal xogħlijiet ta' ġebel u konkos li fih kien hemm ukoll xogħlijiet ta' finitura li, peress li kien hemm varjazzjoni sostanzjali b'riżultat ta' problemi estensivi strutturali, id-Dipartiment tal-Kuntratti jippreferi li tiġi ppubblikata offerta ġdida għax-xogħlijiet li fadal.
Leg 9 PQ #19876 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Parapethic Teachers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm parapethic teachers fl-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u tal-privat? F'liema skejjel jattendu? Għalkemm ħin? Kemm hemm studenti fl-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u tal-privat li jeħtieġu s-servizz ta' dawn l-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Settembru 2000, in-numru ta' peripatetic teachers fl-iskejjel ta' l-istat laħaq il-170. Dawn jattendu fl-iskejjel Primarji kollha u uħud, bħal dawk tal-PSE, Home Economics u Drama jinkludu l-iskejjel sekondarji wkoll fil-ħidma tagħhom. Il-ħin tas-servizz ta' dawn l-għalliema huwa preċiż dak ta' l-għalliema l-oħra u jinżamm l-istess 'record' statutorju ta' l-attendenza tagħhom fl-iskejjel jew ċentri fejn jagħtu servizz. Fil-każ tal-peripatetic service kollu, barra dawk tal-Complementary Education, l-istudenti kollha jistgħu u għandhom dritt igawdu mis-servizz ta' dawn l-għalliema: fil-waqt li bħal issa hawn mat-800 tifla u tifel li ġew identifikati mill-iskejjel tagħhom li għandhom bżonn is-servizz tal-peripatetic teachers tal-Complementary Education.
Leg 9 PQ #21172 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fortizza Della Grazja

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 2352 u dawk sussegwenti, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'progress sar għar-rigward l-Fortizza Della Grazja ġewwa x-Xgħajra billi din għandha bżonn ta' restawr tajjeb u immedjat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li, kif kien imfisser fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 11844, l-isem korrett ta' l-hekk imsejħa Fortizza della Grazzja huwa fil-fatt It-Torri tat-Triq il-Wiesgħa u tinsab fil-limiti tal-Kunsill Lokali ta' Marsaskala. It-Torri tat-Triq il-Wiesgħa (li ta' spiss tissejjaħ bi żball bħala "della Grazzja") hija fortifikazzjoni ta' żmien l-ordni ta' San Ġwann iżda li sofriet matul iż-żminijiet ħafna ħsarat kif rappurtat fir-risposta partalmentari 11844. Fil-11 ta' Ottubru 2000 il-Kunsill ta' Marsascala kiteb lid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet sabiex jinbeda x-xogħol ta' restawr fuq dan il-bini storiku. Informat ukoll li d-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, li huwa l-enti responsabbli għar-restawr tal-monumenti arkitettoniċi fil-propjeta` tal-Gvern - ħa nota ta' din ir-rikjesta u daħħal dan il-monument fil-programm tiegħu għal fortifikazzjonijiet li jeħtieġu xogħol ta' restawr. Jidher ukoll li enti privat qed jieħu interess fir-restawr ta' dan il-bini, għalkemm s'issa ma ntlaħaq ebda arranġament. Ta' min jinnota li l-Fortizza della Grazzja kienet teżisti fil-limiti tax-Xgħajra imma din m'għadhiex teżisti billi ġiet imwaqqa fiż-żmien l-Ingliżi. Fix-Xgħajra teżisti wkoll l-hekk imsejħa Batterija della Grazzja, li huwa bini ta' żmien l-Ingliżi. Ninsab informat illi d-Dipartiment tax-Xogħlijiet ma rċieva ebda rikjesta, jew proposta għar-restawr ta' din il-Batterija.
Leg 9 PQ #21191 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Ġurnalista

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-ġurnalist tal-PBS li akkumpanja lill-Prim Mnistru fuq kull safra li għamel f'dawn l-aħħar sentejn? Għalxiex u kif intgħażel? Kemm u fejn siefer u kemm swiet lil PBS kull safra?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista li turi l-ismijiet tal-ġurnalisti li akkumpanjaw lill-Prim Ministru fuq id-diversi żjarat uffiċjali matul is-snin 1999 u 2000, kif ukoll id-destinazzjoni taż-żjarat u kemm swiet kull żjara qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-għażla ssir mill-PBS.
Leg 9 PQ #21316 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21477 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati l-Universita' li qabżu l-eta ta' irtirar u ngħataw estensjoni fis-sena 1999 u s-sena 2000? Jista' jgħid min kienu? Liema grad kienu jokkupaw? Għal kemm qed tingħata l-etensjoni? Liema grad qed jokkupaw issa u jekk humiex full-time jew part-time?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li meta l-membri ta' l-Academic Staff jgħalqu l-61 sena matul is-sena akkademika normalment l-impjieg tagħhom jiġi estiż awtomatikament sa tmiem is-sena akkademika. Fejn tingħata estensjoni ġeneralment din tingħata għal sena. Informat li m'hix il-prassi li tingħata informazzjoni personali dwar impjegati partikolari.
Leg 9 PQ #21615 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Policies

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policies fuq l-użu ta' l-iskejjel primarji wara l-ħin normali ta' l-iskola minn entitajiet mhux governattivi jew mill-kunsilli lokali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kunsill ta' l-Iskola jikkonsidra talbiet għall-użu ta' skejjel wara l-ħin normali ta' l-iskola u jiddeċiedi l-kundizzjonijiet (inkluż il-ħlas), għall-użu ta' l-iskejjel, u jimxi fuq il-'legal notice' dwar il-Kunsilli Skolastiċi. Il-Policy dwar l-użu ta' l-iskejjel wara l-ħin normali qed tiġi riveduta.
Leg 9 PQ #22513 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sena tal-Lingwi

Question

Peress li din is-sena hija s-sena tal-lingwi, jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jorganizza d-dipartiment biex iqajjem aktar il-kuxjenza, mhux biss ta' l-istudenti iżda anke ta' l-adulti, għal tagħlim tal-lingwi, kemm dik mitkellma kif ukoll dik miktuba?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta din il-ġimgħa
Leg 9 PQ #22514 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sena tal-Lingwi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar xhur x' konsultazzjoni kien hemm bejn uffiċjali tad-dipartiment, kapijiet ta' l-iskejjel ta' l-Istat u dawk ta' l-iskejjel tal-Knisja u indipendenti biex jiġi ċċelebrat kif jixraq "Is-Sena tal-Lingwi"?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kumitat Nazzjonali għas-Sena Ewropea tal-Lingwi kien kompost minn uffiċjali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kif ukoll rappreżentanti ta' l-Iskejjel Indipendenti u tal-Knisja, ta' l-Universita` ta' Malta u ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli ta' l-Iskola. Sar kumitat ta' l-Uffiċjali Edukattivi tal-Lingwi biex jgħinu f'din il-ħidma. Il-Koordinatur Nazzjonali għamel preżentazzjoni dwar is-Sena fis-sessjoni tas-Senior Staff Development Programm tal-bidu tas-sena skolastika 2000-1. Saret ukoll laqgħa dwar is-Sena għall-Guidance u l-PSS teachers. Intbagħtet ċirkulari lil-librara ta' l-iskejjel. Intbagħtet ċirkulari lill-Iskejjel dwar is-Sena biex barra milli tħeġġiġhom jiffukaw b'mod speċjali fuq il-lingwi matul din is-sena kif ukoll jipparteċipaw fl-attivitajiet nazzjonali, jsawru l-Programm ta' l-Iskola għas-Sena Ewropea tal-Lingwi.
Leg 9 PQ #22515 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Privati — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kif id-dipartiment beħsiebu jħaddem l-iskema biex ġenituri ta' tfal li jmorru fl-iskejjel indipendenti jieħdu xi benefiċċju kif imħabbar fl-aħħar budget?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija ta' l-istess Onor. Membru numru 22512.
Leg 9 PQ #22516 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel term tas-sena skolastika 2000/01 x'kien l-assenteiżmu fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti? Jista' jagħti breakdown fil-primarji, sekondarji, sixth form, etc.? Jista' jgħid f'liema skejjel f'kull kateorija kienu l-aktar fejn kien hemm studenti assenti?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar mill-iskejjel u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22604 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xgħajra — Fortizza della Grazja

Question

B'riferenza għad-domanda parlamentari nru. 2352 u dawk l-oħra sussegwenti jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sarx rapport rigward il-Fortizza Della Grazja ġewwa x-Xgħajra billi din għandha bżonn ta' restawr tajjeb u immedjat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Batterija della Grazzja fix-Xagħjra (u mhux il-Fortizza della Grazzja liema bini m'għadux jeżist) qiegħed f'idejn il-Kunsill Lokali tax-Xagħjra. Dan il-Kunsill Lokali għamel applikazzjoni għar-restawr ta' din il-fortizza ma' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar (PA No. 0394/00) Id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet u d-Dipartiment tal-Mużewijiet qed jaħdmu f'kollaborazzjoni fuq din il-proposta sabiex tassigura li x-xogħol ikun ta' livell sodisfaċenti. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet jikkunsidra din l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tax-Xagħjra f'dawl pożittiv u lest jikkunsidra mezzi sabiex jikkolabora mal-kunsill lokali f'dan il-proċess.
Leg 9 PQ #22426 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Kumpless sportiv

Question

Issa li jidher li x-xogħol fuq il-kumpless sportiv tal-Kottonera beda, jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex trakkijiet mgħobbija bil-ħamrija u terrapin ma jibqgħux iħammġu t-toroq tal-Kottonera?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li waħda mill-kundizzjonijiet li kien hemm fit-'tender' kienet li l-kuntrattur li jiġi magħżul biex jieħu x-xogħol ikollu l-obbligu li jara li kull inġenji li joħorġu mis-sit ikunu mnaddfa qabel ma dawn joħorġu fit-triq. Għaldaqstant minħabba li din il-klawżola ġiet imposta fuq il-kuntrattur, hi r-responsabilita` diretta tiegħu li jippreveni dan milli jsir, jiġifieri li t-trakkijiet mgħobbija bil-ħamrija u terrapien iħammġu t-toroq. Il-kuntrattur qed ikun imfakkar regolarment dwar dan.
Leg 9 PQ #22510 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ tal-Biedja — Stipendji

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika l-istudenti post-sekondarji tal-kulleġġ tal-biedja ngħatawx l-istipendju li huma ntitolati għalih? X'inhi r-raġuni? Meta se jieħdu l-istipendji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena skolastika l-istudenti post-sekondarji ta' l-ewwel sena tal-Kulleġġ tal-Biedja Ġuże` Micallef għadhom ma ngħatawx il-grant. Dan ġara għax il-konferma min naħa tal-Kulleġġ dwar min kienu l-istudenti li bdew jattendu, ma waslitx qabel is-6 ta' Diċembru 2000. Skond ir-regolamenti tal-finanzi, dan kien tard wisq biex jirċievu l-grant sa l-aħħar ta' Diċembru 2000. Dawn l-istudenti ser jingħataw il-grant fl-aħħar ta' Jannar 2001. Il-kumplament ta' l-istudenti tal-Kulleġġ irċivew il-Maintenance Grant fil-ħin.