Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol sabiex Triq id-Dwiemes fiż-Żejtun tinfed ma' Triq A. Buttigieg? X'inhu jżomm li dan ix-xogħol isir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprerpara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol f`dawn it-toroq isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li ilu għaddej għal ħafna xhur fl-erba' toroq li jdawru d-dar ta' l-anzjani f'Bormla jitlesta mill-aktar fis possibbli? Jaf il-Ministru li t-tfal li jmorru l-iskola fl-istess triq tad-dar: 1) jgħaddu minn fuq ħafna trabijiet; 2) qed ikollhom jgħaddu minn fuq twavel ta' l-injam biex joħorġu mid-djar? Meta hemm il-ħsieb li jitlesta dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol fid-dar ta` l-anzjani qed isir mid-Diviżjoni tax-Xogħolijiet tal-Ministeru għall-Ambjent. L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jieħu l-azzjoni meħtieġa biex isiru pelican lights ħdejn it-taraġ ta' Block 1 fi Triq id-Deheb Fin, Qormi minħabba l-periklu li hemm bħal kulmin jaqsam din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Irreferejt is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant għal konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.
Jista' l-Ministru jara li t-Triq Immakulata, Kunċizzjoni f'Bengħajsa, Birżebbuġa li kienet bdiet aktar minn għaxar snin ilu u baqgħet ma tlestiex, titkompla u tiġi mogħtija wiċċ biex tkun tista' sservi l-funzjoni tagħna billi l-kondizzjoni tagħha hija ħażina ħafna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li kienet saret stima tax-xogħol meħtieg u għalhekk tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara jekk dan ix-xogħol jistax jiġi nkluż mal-programm ta` din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħarrafna jekk il-jet skies barra li għandhom bżonn liċenzja għandhomx bżonn ikollhom insurance cover? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' insurance cover qed jesiġi d-dipartiment? Fid-dawl tat-traġedja li għadha kif seħħet fl-ibħra tagħna, x'miżuri addizjonali se jittieħdu biex jiġu evitati inċidenti simili?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li skond L.N. 19 ta` l-1985 `Regolamenti ta` l-1985 dwar Speedboats u skijar fuq il-Baħar`, min juża `speedboat (jet ski)` irid ikun assigurat kontra r-riskji ta` terzi persuni.
L-Artiklu 4 ta` dawn ir-regolamenti jgħidu:
1. Kif jidher mill-paragrafu li ġej ta` dawn ir-regolamenti, l-ebda persuna ma tista` ssuq, iġġiegħel jew tħalli lil xi persuna oħra ssuq `speedboat` sakemm dawk il-persuni ma` jkunux koperti bil-polza tas-sigurta` li jkopri terzi persuni.
2. Sabiex tkun skond il-ħtiġijiet ta` dan ir-regolament, il-polza ta` assigurazzjoni għandha tkun polza li tassigura lil dik il-persuna jew numru ta` persuni, kif ikun speċifikat fil-polza, kontra kull inċident li jikkawża mewt jew korriment ta` persuna jew persuni, liema inċidenti jiġu kkawżati mill-użu ta` l-`ispeedboat`
Għal dan il-għan, skond ir-regolamenti, l-Awtorita` Marittima tesiġi li dawn l-opri tal-baħar għandhom ikollhom `insurance cover`.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ix-xogħol f'ċerti toroq f'HOS, Phase III, Dingli, fosthom Triq il-Mediterran, Triq Claudette Agius, Triq Pawlu Ebejer u Triq Bir Mirdum, ġie abbandunat?
Meta se jitkompla x-xogħol f'dawn it-toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ma jirriżultax li x-xogħol f`dawn it-toroq huwa abbandunat, anzi jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq kellu jitlob l-approvazzjoni tad- Direttur tal-kuntratti biex il-kuntratt l-antik jinkludi wkoll ix-xogħol f`dawn it-toroq.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7473 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' taf li l-arloġġ fil-Port taċ-Ċirkewwa ilu ma jaħdem għal żmien twil? Taf li barra li dan l-arloġġ mhux jaħdem jinsab imgeżwer bi plastic iswed u qiegħed jagħti dehra kerha, speċjalment mal-barranin? Jista' l-Ministru jara li dan l-arloġġ jissewwa jekk inhu possibbli, u jekk le jinbidel ma' ieħor addattat aktar għal dak l-ambjent?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dan l-arloġġ se jinbidel peress li l-ħsara li saritlu bil-maltemp u l-baħar ma` tistax tissewwa.
Jista' l-Ministru jgħid meta St. Rita Street, Birkirkara se tiġi mogħtija t-tarmac u rranġata billi din tinsab fi stat vera ħażin u hija ta' inkonvenjent kbir għar-residenti ta' din it-triq u billi din it-triq tintuża kemm mir-residenti u anke mill-pubbliku inġenerali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsill Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol f`dawn it-toroq isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru eventwalment jikkonsidra u jintervjeni biex ir-rotta tal-karozzi tal-linja numru 60, magħrufa bħala tas-Savoy, issir aktar frekwenti fl-operazzjoni tagħha? Jaħseb il-Ministru li b'hekk tkun qed tintlaħaq aktar id-domanda u l-ħtiġijiet tan-nies li jgħixu fl-inħawi u li jużaw kontinwament dan is-servizz?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dan is-servizz tar-rotta tas-Savoy Nru. 60, ivarja skond l-esiġenzi tax-xogħol hekk kif ġie stabbilit matul iż-żmien. Tant hu hekk, li fil-maġġoranza tal-perjodu matul il-ġurnata, il-frekwenza tas-servizz hija ta` 15 il-minuta. Naturalment, jekk hemm xi perjodi li l-frekwenza ikollha bżonn tinbidel, allura n-neċessita` tiġi assessjata.
Billi Triq San Ġużepp f'Ħaż-Żabbar hi maqsuma bil-bypass ta' Wied il-Għajn, possibbli fil-bypass isiru xi traffic lights b'zebra crossing minħabba li hemm periklu kbir għar-residenti biex jaqsmu t-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-Traffic Control Board approva li ssir il-`pelican light` fil-lokalita` ikun magħżul l-aħjar post fejn jiġu nstallati. Minkejja din l-approvazzjoni wieħed irid jistenna wara siti oħra, li wkoll għandhom `pelican light` approvata, qabel issir l-istallazzjoni fil-post.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phones? 8) kemm hi l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għal mistoqsijiet parlamentari Nru 120, 134, 296, 3456 u 3513, jien infurmat li żewġ persuni oħra ffirmaw il-kuntratt - ftehim biex jaqdu dmirhom fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru.
Dawn huma:
Assistent Personali - Is-sur Joseph Vella - Uffiċjal Pubbliku
Segretarju Privat - Is-Sur Raymond Demicoli - Bil-kuntratt
Mill-uffiċjali l-oħra temm il-kariga tiegħu Alfred Ciantar
li kien jokkupa kariga fis-Secretariat Pool.
Il-persuni li qed jagħmlu użu mill-mobile phone huma Joseph
Vella u Raymond Demicoli. In -nefqa totali ndividwali bejn
Settembru 1998 u Marzu 1999 hija Lm91 u Lm252 rispettivament.
Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qiegħed jistaqsi l-Onorevoli Interpellant huma kollha konformi ma dak imniżżel fil-Memorandum `Engagement of Staff in Private Secretariats` li tqiegħed fuq il-mejda tal-kamra f`Novembru li għadda.
Irrid inżid li m`hemm l-ebda persuna ssekondata minn xi Organiżazzjoni Parastatali.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Rivista "Outlook"
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm swew flus l-artikli fil-ħarġiet tar-rivista "Outlook" li għamel il-Ministeru jew l-Awtorita' Marittima? Kemm saru artikli diġa' u kemm hu mistenni li jsiru fl-affermattiv?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita` Marittima nefqet total ta` Lm2,400 f`sitt artikli fil-ħarġa tar-rivista `Outlook Europe`.
S`issa ġew ippubblikati erba` (4) artikli u għad iridu jiġu ppubblikati tnejn (2) oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata u mogħtija t-tarmac it-Triq N/S in St. Venera Road, Imsida?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-toroq imsemmija qegħdin imniżżla fil-programm ta` xogħolijiet li qed iħejji d-Dipartiment flimkien mal-Kunsilli Lokali, u x-xogħol isir skond il-prijoritajiet li ser jiżviluppaw minn dan il-programm dwar it-toroq lokali, li hu differenti mill-programm dwar it-toroq arterjali.
Jikkonferma l-Ministru li fil-ġimgħat li ġejjin se joħorġu s-sejħiet għall-offerti għat-tarmac tat-toroq li huma biswit l-iskola primarja ta' Ħal Tarxien, ħdejn it-Triq tal-Barrani u b'hekk jinbeda t-tmiem tal-kalvarju tar-residenti ta' l-inħawi li ilhom ibatu għal snin sħaħ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-toroq imsemmija qegħdin imniżżla fil-programm ta` xogħlijiet li qed iħejji d-Dipartiment flimkien mal-Kunsilli Lokali, u x-xogħol isir skond il-prijoritajiet li ser jiżviluppaw minn dan il-programm dwar it-toroq lokali, li hu differenti mill-programm dwar it-toroq arterjali.
B'riferenza għall-mistoqija parlamentari numru 7370, id-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr fili huwa sodisfatt li fil-pajjiż kollu m'hemmx preżentement interferenza fuq it-TVs minn xi stazzjonijiet televiżivi li għandhom antenna ma' l-arblu tan-Naxxar, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull talba li rċieva d-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr fili minn Jannar sal-31 ta' Mejju, 1999 fis-sens mil-liema raħal u belt f'Malta u f'Għawdex?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji ta' l-ismijiet, dati, ħinijiet u raġuni li ġew recorded mis-security guard ta' l-awtorita' li jkun hemm għassa fejn l-arblu tan-Naxxar, minn Jannar sal-31 ta' Mejju, 1999?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fit-2 ta` Ġunju 1999, tekniċi mid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili marru jinvestigaw numru ta` lmenti li rċieva l-istess Dipartiment biex jikkonfermaw jekk kienx hemm interferenzi. Minn dawn l-investigazzjonijiet jirriżulta li ma dehret jew instemgħet ebda interferenza fuq it-TVs minn stazzjonijiet televiżivi li għandhom antenna ma l-arblu tal-Għargħur. Barra minn hekk il-maġġoranza tan-nies li aktar qabel ilmentaw mad-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili stqarrew li issa ma kienux qegħdin ikollhom interferenza.
Jien infurmat ukoll li minn Jannar sa l-aħħar ta` Mejju, d-Dipartiment kien irċieva dawn l-ilmenti:
Mosta 22
Paola 2
Qormi 7
Hamrun 1
Zebbuġ 2
Gzira 2
Ta` Xbiex 1
B`Kara 4
Sta Venera 4
Naxxar 10
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li din l-informazzjoni ma tinġabarx mid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-penali għal min ma jħallasx il-liċenzja tas-satellite disk fil-pront?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li skond il-liġi tat-Telegrafija mingħajr Fili min ma jħallasx għat-tiġdid tal-liċenzja ta` l-apparat mingħajr fili fi żmien stipulat jeħel penali li tkun daqs darbtejn id-dritt tal-liċenzja, fil-każ ta` dritt tal-liċenzja sa tnax `il lira u ħamsa u għoxrin lira fil-każ ta` drittijiet tal-liċenzja ta` iżjed minn tnax `il lira b`żieda mad-dritt dovut għat-tiġdid tal-liċenzja.
Fil-każ ta` min ma jġeddidx il-liċenzja ta` Lm25 tas-satllite `Television Receive Only (TVRO)`, jew kif isibuħ is-`satellite dish`, fil-ħin stipulat jeħel penali ta` Lm25.
Peress li r-residenti tal-Pieta' jsibu problemi kbar biex jipparkjaw, b'mod partikolari fil-ħinijiet tad-dħul ta' l-isptar u matul in-nofs ta' nhar ta' filgħodu, ma jaħsibx il-Ministru li r-residenti ta' Pieta' għandu jkollhom parkeġġ allokat għalihom?
Jista' l-Ministru jara wkoll li l-istaff ta' l-isptar ikollhom parkeġġ allokat għalihom peress li l-parkeġġ ta' l-isptar huwa riservat għal konsulenti biss? Jaf il-Ministru li dawn l-istaff jokkupaw il-ftit parkeġġ li jistgħu jsibu r-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-problema tar-`residents` parking` fil-Pieta` kif ukoll f`żoni oħra qed tiġi diskussa fuq skala nazzjonali biex tinħoloq `policy` f`dan ir-rigward. Bl-introduzzjoni tal-`Local Wardens` it-twettieq ta` `policy` ta` `residents` parking` għandu jkun aktar possibli.
Għal dak li huwa parkeġġ ta` l-istaff ta` l-isptar, hija r-responsabilita` ta` l-awtoritajiet ta` l-istess sptar biex jalloka l-ispazju li għandu għad-disposizzjoni tiegħu bl-aħjar mod possibli.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Riċevimenti
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4461, jista' l-Ministru jirrikonsidra r-risposta tiegħu peress li l-pubblikazzjoni ta' l-irċevuti konnessi huma fl-interess pubbliku peress li jikkonċernaw infiq pubbliku?
Response (GALEA, ĊENSU)
M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 4461.
Jista' l-Ministru jgħid kif se jintużaw il-fondi li hemm allokati sabiex jitkompla t-tieni fażi ta' Triq Żabbar/Hompesch?
Kemm hemm fondi allokati? Meta hemm ħsieb li jibda?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li din is-sena hemm ivvutati Lm50,000 għax-xogħol fuq dan il-proġett.