Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13139 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ġobon — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jagħmel tajjeb għat-telf ta' madwar Lm3.5 miljun l-export refund li se jintilfu fis-sena fuq l-importazzjoni tal-ġobon, wara li Malta ssir membru fl-UE? Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-importaturi lokali fuq il-prodott imsemmi mportat minn barra l-pajjiż tal-UE wara li Malta ssir membru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13135 waqt is-Seduta ta` llum stess.
Leg 9 PQ #13140 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gwiez — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn se jagħmel tajjeb għat-telf tal-export refund fuq gwiez importat mill-UE, wara li Malta ssir membru fl-UE? X'effett se jkollu dan fuq l-industrija lokali tat-tjur u l-bhejjem? Jista' l-Ministru jgħi kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-importaturi lokali fuq gwiez importat minn barra pajjiżi tal-UE wara li Malta ssir membru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13135 waqt is-Seduta ta` llum stess.
Leg 9 PQ #13283 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Twaħħil ta' bozoz

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12829 u cioe': jgħid kemm-il bozza twaħħlet mill-Enemalta f'Malta u f'Għawdex, lokalita' b'lokalita', matul din is-sena? Kemm-il talba għandha l-Enemalta biex jitwaħħlu aktar bozoz f'Malta u f'Għawdex?

Response (BONNICI, JOSEF)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-informazzjoni li poggejt fuq il-Mejda tal-Kamra waqt is-Seduta numru 229 bi twegiba ghall-mistoqsija numru 13020. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi t-talbiet ghat-twahhil ta` lampi godda sottomessi mid-diversi Kunsilli Lokali. Din il-lista hija aggornata sa l-24 ta` Jannar 2000.
Leg 9 PQ #13284 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIMCOL/MGI Ltd — Shareholding

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12821 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' jgħid x'shareholding għandha l-MIMCOL u l-MGI Ltd f'entrapriżi/azjendi oħrajn? F'liema entitajiet, u kemm hu stmat li jiswa dan ix-shareholding f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MIMCOL ma ghandhiex shareholding f`intraprizi, azjendi jew entitajiet. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi x-shareholding `net` li ghandha l-MGI Limited f`azjendi li ghadhom `in operation`.
Leg 9 PQ #13285 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Limsuk — Assi/proprjeta'

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12827 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li ġiet rifetua lilek u cioe': jista' jgħid x'assi għandha l-kumpannija Limsuk, inkluż proprjeta' mmobbiljari? Jista' jgħid kemm daħħal il-gvern mix-shareholding tiegħu f'din il-kumpannija minn mindu twaqqfet sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ghajr ghal xi merkanzija li tinsab fl-imhazen tas-Suq, il-Kumpanija LIMSUK ma ghandha l-ebda assi li jappartjenu lilha. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-LIMSUK qatt ma ddikjarat `dividend`.
Leg 9 PQ #12705 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Tal-Virtu' - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jikkawża l-qtugħ tal-provvista tad-dawl u l-ilma fl-inħawi tal-Virtu, Rabat, Malta? Jista' jara li ssir il-manutenzjoni li hemm bżonn sabiex ir-residenti ma jiffaċċjawx aktar inkonvenjent? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-qtugh fil-provvista ta` l-elettriku fl-inhawi msemmija kien ikkagunat minn hsarat differenti u mhux relatati ma` xulxin. Dawn kienu fit-3 ta` dan ix-xahar minhabba hsara fuq cable tal-11kV, fit-8 tax-xahar minhabba hsara fuq Low Voltage feeder u fl-14 tax-xahar minhabba hsara fuq is-sistema tat-33kV. F`kull kaz ix-xoghol mehtieg sar fl-iqsar zmien possibbli biex il-provvista ta` l-elettriku regghet ghan-normal.
Leg 9 PQ #12808 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarznara — Vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vapuri li daħlu jissewwew fit-Tarzna matul is-sena 1999? X'kien il-gross tonnage tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-tunellagg globali tal-vapuri li ssewwew fit-Tarzna ta` Malta matul l-1999 kien ta`1,793,649 tunnellata. Peress li l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija hija ta` natura kummercjali, ma nhossx li din ghandha tinghata.
Leg 9 PQ #12809 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarznari — Ftehim

Question

Għar-rigward il-ftehim li sar bejn it-Tarzna ta' Malta u n-navy Amerikana, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' vapuri navali jikkwalifikaw bħala "support ships"? Jista' jgħid jekk fuq dawn il-vapuri jistax ikun hemm materjal splussiv u/jew armi nukleari? Jekk iva, in-navy Amerikana ġiet marbuta li tavża lill-awtoritajiet Maltin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ghalkemm il-ftehim li gie ffirmat bejn it-Tarzna ta` Malta u n-Navy AMerikana ma jispecifikax id-definizzjoni ta` `vapur awziljari`, madanakollu ghal dan it-tip ta` vapur wiehed jifhem vapur li m`ghandux `propulsive attack systems`. It-Tarzna ta` Malta ghandha d-dritt li ma titfax offerti ghal xi vapur li, matul iz-zmien li jkun f`Malta, ikollu fuqu splussivi jew armamenti nukleari, waqt li n-Navy Amerikana trid tiddikjara jekk dawn ikunux abbord.
Leg 9 PQ #12978 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Karozzi impressed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista'jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fid-Dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru tieghi hemm zewg karozzi impressed mad-Dipartiment ta` l-Industrija u wahda mad-Dipartiment ghall-Affarijiet tal-Konsumatur. Dwar l-ahhar parti tal-mistoqsija nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jigbor l-informazzjoni minghand il-Ministru tal-Politika Socjali.
Leg 9 PQ #12701 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Qtugh ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-qtugħ tad-dawl fi Triq Borg Olivier u Triq San Pubbliju fir-Rabat xi jiem ilu? Jista' jara li jsiru xogħlijiet ta' bdil ta' wires u manutenzjoni oħra fil-lokal tar-Rabat ħalli ma jiġux kawżati ħsart simili?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ghal bdil ta` wires u manutenzjoni ohra fis-sistema ta` l-elettriku fir-Rabat, giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta biex tinghata attenzjoni xierqa.
Leg 9 PQ #13107 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Siġġiewi — Dawl

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li partijiet mis-Siġġiewi ta' kuljum qed tkun, f'xi ħin jew ieħor, bla dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-interruzzjonijiet fid-distribuzzjoni tad-dawl fis-Siggiewi li kien hemm matul Jannar kienu dovuti ghal hsarat fuq is-sistema ta` Vultagg Gholi u minhabba ragunijiet ta` overloading. Is-sospensjoni tal-provvista minhabba Vultagg Gholi kienet darba u kien effetwat is-Siggiewi kollu, waqt li f`hames okkazjonijiet kien hemm sospensjoni f`partijiet differenti ta` dan ir-rahal minhabba overloading.
Leg 9 PQ #13175 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Impjant tar-Reverse Osmosis — Ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13059?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul Dicembru 1999, l-ammont ta` ilma prodott mill-impjanti tar-Reverse Osmosis kien ta` 1.47 miljun metru kubu, filwaqt li l-ammont ta` ilma mtella` mill-acquifer, kemm minn Malta kif ukoll minn Ghawdex kien ta` 1.54 miljun metru kubu. Il-percentagg ta` l-ilma prodott mill-impjanti tar-Reverse Osmosis, matul dak ix-xahar, imqabbel mal-produzzjoni totali huwa ta` 49.16 fil-mija, filwaqt li dak imtella` mill-acquifer huwa ta` 50.84 fil-mija tal-produzzjoni totali ta` l-ilma.
Leg 9 PQ #13179 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Vapuri Amerikani

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12390?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn l-1991 u l-1999, fit-Tarzna ta` Malta dahlu 87 vapur amerikan biex isirilhom xoghol fuqhom. Il-valur tax-xoghol matul dawn is-snin kien jammonta ghal madwar Lm19.5 miljun.
Leg 9 PQ #13180 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Vapuri Għarab

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12387?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn l-1991 u l-1999 mill-pajjizi Gharab dahlu 110 vapuri biex jissewwew fit-Tarzna ta` Malta. Il-valur tax-xoghol minn dawn il-vapuri kien jammonta ghal madwar Lm19,840,000.
Leg 9 PQ #13196 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ilment tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar li l-Enemalta għadha ma pprovdietx fittings biex ikunu jistgħu jsiru arbli tad-dawl fil-ġenb ta' Triq is-Santwarju, Zabbar, li l-ispejjeż tagħhom, inkluż il-konsum, jien informat li se jitħallas mill-istess kunsill lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #13270 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żebbuġ — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tliet familji fi Triq it-12 ta' Mejju, Ħaż-Żebbuġ, (fil-bidu tagħha tal-parti li tagħmel ma' Triq il-Kbira) qegħdin ħafna drabi jkunu mingħajr dawl elettriku fid-djar tagħhom? X'inhi l-kawża? Meta, jekk hemm ħsara, din se tissewwa b'mod permanenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #13308 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żebbuġ — Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li diversi partijiet ta' toroq f'Ħaż-Żebbuġ qegħdin ikunu mingħajr dawl elettriku partikolarment filgħaxija? X'inhu jsir mill-Enemalta dwar dawn ir-rapporti? Għaliex fi Triq 12 ta' Mejju, Triq Paris, Triq ġdida fi Triq G.B.Debono qegħdin ikunu mingħajr dawl? Jikkonsidra l-Ministru li ssir investigazzjoni dwar il-kawża ta' dan il-qtugħ ta' dawl kollu f'Ħaż-Żebbuġ? Min hu responsabbli li jsewwi din il-ħsara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #13400 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Riċevuti fiskali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta hijiex marbuta li tagħti rċevuti fiskali meta jinxtraw ċilindri tal-gass, kemm ġodda kif ukoll bdil?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li l-Korporazzjoni Enemalta ma tigborx Taxxa fuq il-Valur Mizjud meta tbiegh prodotti taghha hlief fejn jidhol bejgh ta` petrol u diesel. Is-servizzi l-ohra provduti mill-Korporazzjoni huma ezenti mill-hlas tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud. Ta` min jinnota li fil-kaz tac-cilindri tal-gass, dawn jitqassmu mid-distributuri u mhux direttament mill-Korporazzjoni Enemalta. Id-distributur mhuwiex obbligat johrog ricevuta fiskali lil kull konsumatur, izda johrog wahda fl-ahhar tal-gurnata li tkun tkopri l-bejgh kollu ta` dik il-gurnata partikulari. Il-bejgh kollu ta`cilindri tal-gass huwa kkontrollat mill-Korporazzjoni li min-naha taghha tinforma lid-diversi dipartimenti tal-Gvern dwar bejgh li jkun sar minn kull distributur.
Leg 9 PQ #13407 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid/Fgura — Wied Blandun - Tindif

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13015 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' jgħid meta se jibda jitnaddaf Wied Blandun f'Raħal Ġdid/Fgura? Hemm ħsieb li dan il-wied jiġi żviluppat? Jekk iva, x'tip ta' żvilupp hu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #12432 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minhabba l-problema tal-Y2K (Millenium Bug) ma rrizultaw ebda problemi fil-kompjuters u apparat elettroniku iehor li hemm fil-Ministeru, dipartiment, korporazzjonijiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tieghi.