servizzi għal persuni bi problemi ta’ saħħa mentali
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 845, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jwaqqaf aġenzija (bħal Aġenzija Sapport) biex toffri servizzi professjonali għal persuni bi problemi ta’ saħħa mentali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ma’hemm l-ebda ħsieb li titwaqqaf aġenzija biex tipprovdi servizzi ta’ saħħa mentali.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kunsill Mediku, kemm dawk appuntati minnu u kemm dawk li ġew eletti? Kemm-il darba ltaqa’ dan il-Kunsill matul is-sena 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-kunsill mediku għadu fil-proċess biex jiġi kompost formalment.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Council for Professions Complementary to Medicine (CPCM), kemm dawk appuntati minnu u kemm dawk li ġew eletti? Kemm-il darba ltaqa’ dan il-Kunsill matul is-sena 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li rriżultat tal-elezzjoni wasal fil-Ministeru il-bieraħ, u għalhekk il-bord imsemmi għadu mhux iffurmat. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra r-rizultat ta’l-imsemmija Elezzjoni tal-Membri.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-iSpecialist Accreditation Committee, kemm dawk appuntati minnu u kemm dawk li ġew eletti? Kemm-il darba ltaqa’ dan il-Kumitat matul is-sena 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-membri eletti huma stabbiliti, pero jonqos xi membri li għadhom qed jiġu identifikati.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kunsill tal-Infermiera, kemm dawk appuntati minnu u kemm dawk li ġew eletti? Kemm-il darba ltaqa’ dan il-Kunsill matul is-sena 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista bil-membri tal-kunsill tal-infermiera.
Ninsab infurmat li se jiltaqgħa għall-ewwel darba fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kunsill tal-Ispiżjara, kemm dawk appuntati minnu u kemm dawk li ġew eletti? Kemm-il darba ltaqa’ dan il-Kunsill matul is-sena 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-membri eletti huma stabbiliti, pero jonqos xi membri li għadhom qed jiġu identifikati.
Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jintbagħtu separatament, li fil-11 ta’ Ġunju ddepożitat l-applikazzjoni sabiex tiġġedded il-kartuna s-safra ġewwa l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei, imma wara li ċemplet l-isptar fl-24 ta’ Ġunju sabiex tara jekk hix lesta, ġiet infurmata li għad trid tiġi pproċessata, bil-konsegwenza li ma tistax tiġbor il-pilloli, li wħud minnhom ma jinstabux għall-bejgħ minn spiżeriji privati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-kartuna s-safra tal-pazjent imsemmi ġiet ipproċessata fis-27 ta’ Ġunju 2013 u ntbagħtet bil-posta fit-28 ta’ Ġunju 2013. Il-pazjent mistenni li jirċievi l-kartuna s-safra fil-ġranet li ġejjin.
Sptar MAter Dei — Applikazzjonijiet mal-MEPA - swali ġodda
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk is-swali li dwarhom tkellem is-segretarju parlamentari responsabbli mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, u li suppost se jkunu lesti sal-aħħar tal-2015 humiex swali ppjanati ġodda, jew b'mod differenti mill-Gvern preżenti jew li kienu diġà maħsuba mill-Gvern preċedenti? Jista' jagħti tagħrif dwar meta saru l-applikazzjonijiet relevanti mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, u meta ħarġu l-permessi jekk inhu l-każ li l-permessi diġà ħarġu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għall-fondi tal-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett ġiet sottomessa lill- Planning & Priorities Co-ordination Divison (PPCD) fit 29 ta’ Ottubru 2012. Din l-applikazzjoni ġiet approvata fit 3 ta’ Lulju 2013. L-applikazzjoni għal dan l-iżvilupp ġiet sottomessa lill-MEPA f’Awwissu 2012 u l-proċess sabiex jinħareg il-permess għadu għaddej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tirrikjedi ammont ta’data, u għaldaqstant tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2918, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f`salarju u overtime tal-persuna li qabel kienet tieħu ħsieb il-ministeru fl-2012, u kemm se tkun l-ispiża f`salarju, allowances u overtime għas-sitt security guards ġodda li ġew ingaġġati b`kuntratt fis-segretarjat tiegħu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għas-Saħħa – Korrimenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ korriment fuq il-post tax-xogħol fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2010, 2011, 2012 u 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-statistika dwar korrimenti f’postijiet tax-xogħol, inkluzi dwar kemm seħħew f’Dipartimenti u entitajiet tal-Gvern tinġabar mid-Dipartiment tas-Sigurta Socjali, u mhux mill-OHSA.
Jista’ l-Ministru jgħid meta s-servizz ta’ clinical pharmacy ġewwa l-Isptar Mater Dei se jinfirex sabiex ikopri oqsma ta’ speċjalizzazzjoni oħra, apparti dawk l-oqsma li huma koperti bħalissa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s-servizz ta’ clinical pharmacy huwa wieħed siewi u bżonnjuż. Bħalissa ma jkoprix l-ispeċjalitajiet kollha minħabba li ilu ma jsir espensjoni ta’ dan is-servizz. Is-servizz ikompli jinfirex ladarba jiġu ngaġġati u mħarrġa aktar spizjara.
Jista’ l-Ministru jgħid meta s-servizz ta’ top up tal-mediċini ġewwa s-swali tal-Isptar Mater Dei se jinfirex sabiex ikopri s-swali u t-treatment rooms (inkluż dawk fl-outpatients) kollha?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat lis-servizz ta’ top up tal-mediċini ġewwa s-swali tal-Isptar Mater Dei ser jiżdied malli jiġu impjegati aktar spiżjara fl-isptar.
Jista’ l-Ministru jgħid x`inhi r-raġuni li numru ta’ spiżjara ġew trasferiti reċentement mingħajr ma ġew ikkonsultati minn qabel, dan meta s-sistema preċedenti hekk kif maqbula mal-unions, u li dejjem ġiet użata, kienet tistipula li l-persuni li jkunu se jieħdu promotion jagħmlu l-għażla tagħhom skont l-order of merit tar-riżultat hekk kif maħruġ mill-Public Service Commission? Jikkonferma l-istess Ministru li sejjaħ laqgħa għal dawn l-ispiżjara fl-uffiċċju li hu fetaħ ġol-emerġenza tal-Isptar Mater Dei sabiex ikun hu stess li jħabbar dawn it-transfers? Jista’ l-Ministru jgħid jekk tali aġir jistax jiġi interpretat bħala indħil politiku fir-rigward ta’ dawn it-transfers?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-allokazzjoni tar-riżorsi umani hija prerogattiva tal-management tal-istess Ministeru għas-Saħħa, u li għaldaqstant, l-ispiżjara inkwistjoni ġew trasferiti skont il-ħtiġijiet tas-servizz.
Il-laqgħa saret fil-bini tal-Ministeru fejn ġie diskuss il-pjan ta’kif hu propost l-operat fil-qassam tal-Mediċini.
Ministeru għas-Saħħa — Deputy chief of staff/head of secretariat
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux Deputy Chief of Staff/Deputy Head of Secretariat, u jekk iva min hu/hi l-persuna li qed tokkupa dik il-pożizzjoni bħalissa fis-segretarjat privat tiegħu u/jew l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fejn applikabbli?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-kariga ta’Deputy Chief Of Staff mhix inklużi fil-compliment tas-Segretarjat tal-Ministeru tas-Saħħa.
Fid-dawl tal-fatt li mijiet ta' residenti qegħdin isofru minn inkonvenjent kontinwu minħabba razzett, u fiċ-ċirkostanzi li nbdew proċeduri legali mill-Ministeru tas-Saħħa kontra s-sid tar-razzett li hemm fi Triq San Tumas Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan ir-razzett fil-preżent huwiex qiegħed jopera kontra l-liġi minħabba l-fatt li m'għandux demmiela kif titlob l-istess liġi?
Jekk iva jista' jgħid x'passi u x'moniteraġġ qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jiġu protetti l-interessi tar-residenti tal-madwar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jikkonferma li r-razzett kif indikat m’għandux demmiela kif titlob il-liġi iżda proċeduri legali fil-konfront ta’ sid ir-razzett kienu nbdew minn uffiċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fis-6 ta’ Lulju 2012, dwar akkumuli ta’ ħmieġ tal-baqar u dan wara li s-sid kien ġie avżat diversi drabi kif ukoll ngħata żmien raġonevoli sabiex ineħħi dawn l-akkumuli ta’ ħmieġ u li fil-fatt kien baqa ma neħħiex. Saret spezzjoni oħra fuq il-post minn uffiċċjal ta’ dan id-Direttorat fit-8 ta’ Lulju 2013 fejn ġie nnotat li qed jitneħħa xi demel antik mir-razzett.
Dan il-każ għadu qiegħed jinstema quddiem il-Qorti u qiegħed appuntat għas-seduta tal-15 ta’ Novembru 2013.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess amministrattiv sabiex ikun hemm tkabbir taċ-Ċimiterju tal-Addolorata li kien inbeda fil-leġiżlatura li għaddiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li t-tender għall-iskavar u l- kostruzzjoni ta' oqbra fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata issa ġie evalwat u qiegħed id-dipartiment tal-kuntratti biex tittieħed deċiżjoni dwar l-għoti tiegħu. L-applikazzjoni għal din l-estensjoni li saret mal-MEPA issa ġiet approvata.
Ministeru għas-Saħħa — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tirrikjedi numru ta’snin ta’ informazzjoni, u għaldaqstant tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2295 u jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' infermiera li jaħdmu mal-Gvern u li bħalissa qed jattendu xi tip ta' postgraduate course f'Malta jew barra? F'liema speċjalizzazzjonijiet u fejn qed jistudjaw dawn l-individwi, u kemm hu t-tul tal-korsijiet li qed jattendu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li hemm 63 infermier li jaħdmu mal-Gvern u li bħalissa qed jattendu xi tip ta’ postgraduate course f’Malta jew barra.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.