Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji dwar il-lista ta’ stennija li hemm għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Sapport?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar il-lista ta’ stennija li hemm għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Sapport qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji dwar il-lista ta’ stennija li hemm għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Sedqa?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar il-lista ta’ stennija li hemm għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Sedqa tinsab hawn taht:
Is-servizzi li mhux imnizzlin m’ghandhomx waiting list.
· Substance Misuse Outpatient Unit (Detox Out-Patients): 1
· Assessment and Stabilisation Unit: 9
· Zerniq (Alcohol Residential Programme): 3
· Alcohol and Gambling Community Team: 38 (Alcohol) & 2 (Gambling)
· Drugs Community Team: 34
· Psychology Team*: 68 (Adults) & 62 (Minors)
· Family Team*: 6 (Couples or Families)
* Jinkludu każijiet referuti wkoll mill-Aġenzija Appoġġ
Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali – postijiet/pożizzjonijiet vakanti
Question
Tista' l-Ministru tagħti l-lista ta' pożizzjonijiet vakanti li bħalissa għandhom il-Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali, l-Aġenzija Appoġġ, l-Aġenzija Sapport, u l-Aġenzija Sedqa? Għal liema minnhom ġà ħarġet sejħa?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tad-Djar – bini ta’ sheltered housing għall-anzjani
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar hux se tibni sheltered housing fil-komunità għall-anzjani?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bini ta’ sheltered housing hija biss idea waħda ta’ kif jistgħu jiġu mgħejjuna persuni anzjani fil-komunità. Bħalissa għaddej studju biex tiġi stabbilità strateġija ħolistika f’dan il-qasam, u mhux biss fuq il-bini ta’ sheltered housing.
specialised fostering benefit persuni li għalqu l-21 sena u għandhom diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk koppji jew individwi jistgħux jibbenefikaw mill-ispecialised fostering benefit minħabba li t-tfal tagħhom li huma ffosterjaw għalqu 21 sena u għadhom jgħixu magħhom billi għandhom xi forma ta’ diżabilità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li c-Child in Care Benefit li jagħmel parti mill-ispecialised fostering benefit, jibqa’ jitħallas sal-eta’ ta’ 21 sena. Il-kumplament tal-ispecialised fostering benefit bħalissa jkopri t-tfal li huma elegibbli għalih sa l-eta’ ta’ 18-il sena.
Tista’ l-Ministru tgħid minn liema pajjiżi barranin preżentement wieħed jista’ jimxi bi proċess ta’ adozzjoni? X’kuntatti għaddejjin u ma’ liema pajjiżi biex ġenituri prospettivi jkunu jistgħu jadottaw minn pajjiżi oħra?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’rigward ta’ adozzjoni tat-tfal bħalissa d-dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali għandu kuntatti mar-Russja, l-Albanija u l-Filippini.
Id-dipartiment qed jaħdem ukoll sabiex jiffinaliżża kuntratt mas-Slovakkja u għamel kuntatti mal-Vjetnam, iċ-Ċina, Ċile u l-Polonja.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn nies ta' nazzjonalità barranija li qed jaħdmu bħala carers fid-djar Maltin? Jista’ jgħid jekk is-salarju tagħhom jaqax taħt xi kategorija partikolari?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn persuni bla saqaf (homeless) ġewwa pajjiżna? X'qed isir biex tiġi indirizzata din il-problema? Tista’ tgħid jekk hemmx statistika li turi minn liema naħat qed jiġu identifikati dawn il-homeless?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kirjiet ta’ postijiet jew appartamenti residenzjali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kif jiġu kkalkulati l-kirjiet ta’ postijiet jew appartamenti residenzjali tal-Gvern? Dawn ivarjaw skont il-lokalità jew is-sitwazzjoni tal-individwu? Xi dħul għandu l-Gvern fis-sena minn dawn il-kirjiet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kirjiet ta’ postijiet jew appartamenti residenzjali tal-Gvern għalina qed jiġu kkalkulati skont:-
§ in-numru tal-kmamar tas-sodda,
§ il-lokalita’ tal-fond u
§ d-dħul tal-inkwilini. Is-sussdiju jingħata skont it-tabella t’hawn taħt
Dhul Annwali(€)
Sussidju
0,000 – 6000
85%
6,001 - 8,000
80%
8,001 -10,000
75%
10,001 u aktar
70%
Dan sakemm ma titlesta l-policy għal kirjiet soċjali li qed tkun zvilupatta mill-Awtorita’ tad-Djar. Dan qed isir anke f’kuntest ta’ l-istrategija għal housing soċjali li qed tinbena minn dan il-Ministeru.
Tista’ l-Ministru tara jekk hux possibbli li l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul fejn hemm ir-raġel tagħha peress li għandha 88 sena u qed issibha diffiċli biex tmur iżżuru?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuna msemmija sarilha assessment mit-Tim Multidixxiplinarju fid-13 ta’ Settembru 2013 u fit-18 ta’ Ottubru 2013 fejn ġie deċiz li l-applikazzjoni biex tiġi ammessa fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul hija ta’ Priorita’ Media. B’hekk din l-applikazzjoni tqiegħedet fil-lista ta’ stennija biex tkun annessa skond l-urġenza tal-Każ.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux vera li ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul se jibda jkun hemm il-wardens? Jekk iva, tista’ tikkonferma jekk dawn intalbux mit-tmexxija l-ġdida tar-Residenza San Vinċenz de Paul? Min se jħallas għas-servizzi ta’ dawn il-wardens?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Taqsima tas-Sigurtà tar-Residenza San Vinċenz de Paul intalbet biex tassigura li l-parkeġġ tal-vetturi jsir fil-post allokat għalihom. Bħalma jsir f’każijiet oħjran fejn tkun qed tinkiser il-liġi, il-Pulizija jew il-Gwardjani Lokali jistgħu jissejħu fuq il-post biex jittieħdu l-passi neċessarji. Huwa imperattiv li f’postijiet bħalma hija din ir-residenzja jiġi assigurat li ebda vettura ma tkun ipparkjata f’postijiet li jistgħu jkunu ta’ detriment għas-saħħa tar-residenti.
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-professjonisti u l-membri tat-tim multidixxiplinarju li assuma r-rwol tal-admission board biex jagħmel assessment u jara l-anzjani li jkunu applikaw biex jidħlu f’dar/residenza għall-anzjani?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjonijiet ta’ anzjani biex jiġu ammessi f’residenza għall-anzjani qed jiġu assessjati minn timijiet multi-dixxiplinarji fl-Isptar Karin Grech magħmula minn speċjalisti fil-qasam tal-anzjani, occupational therapists, fiżjoterapisti, infermieri, social assitants u ħaddiema soċjali. Dawn flimkien qegħdin jipprovdu assessjar komprensiv u ‘scoring’ skont prassi internazzjonali. Dan skont rakkamondazzjonijiet ripetuti tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u inpartikulari għar-rapport ta’ l-istess Awditur Ġenerali tal-2003, u bit-titolu ‘The Quality of Life for the Elderly at St Vincent de Paule Resident, li sfortunatament kienu għadhom qegħdin jiġu injorati sa ftit tax-xhur ilu.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm applikanti li qed jistennew is-servizz tal-handyman? Tista’ tgħid minn fejn huma l-applikanti lokalità b’lokalità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għadd ta’ applikazzjonijiet pendenti għas-servizz tal-Handyman jammontaw għal 34. Qiegħda npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tal-applikazzjonijiet pendenti skont il-lokalità.