Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #32653 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – Post Uffiċjal Prinċipali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32022, li kienet dwar is-sejħa għall-post ta' Uffiċjal Prinċipali mas-Servizz Pubbliku fejn minkejja li wara li ġie ppubblikat ir-riżultat kienu saru diversi petizzjonijiet mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u minkejja li d-deċiżjoni finali għalihom kienet għadha ma ngħatatx numru ta' applikanti kienu ġew appuntati fil-grad ta' Uffiċjal Prinċipali, u fit-tweġiba għall-mistoqsija msemmija ma ngħatatx risposta, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk kienx hemm individwi li, wara li ħareġ ir-riżultat tal-interview, dawn talbu biex jingħataw break down tar-riżultat u din it-talba ġiet milqugħa? Jekk fl-affermattiv jista' jispjega kif filwaqt li f'dan il-każ setgħet tingħata l-informazzjoni mitluba fil-każ tal-mistoqsija parlamentari 32022 qed jingħad li "Il-Kummissjoni dwar is-servizz Pubbliku hija korp kostituzzjonali awtonomu li jirregola l-proċeduri tiegħu"?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm applikanti li talbu breakdown tar-rizultat tagħhom u ingħatalhom skont paragrafu 5.1 tal-Manwal relatat mad-Direttiva Nru 9 tas-Segretarju Permanenti Ewlieni tat-18 ta’ Settembru 2015, liema estrat qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-mistoqsija 32022 tal-Onorevoli Interpellant kienet fuq suġġett differenti.
Leg 12 PQ #32111 Sitting 500 2017-03-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fidi ta’ ċens – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ biex jifdi ċ-ċens issa li saret ir-riforma fid-Dipartiment tal-Artijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu, li d-dettalji dwaru ngħataw separatement, m’għandu l-ebda talba quddiem l-Uffiċċju Konġunt għall-fidi taċ-ċens tal-propjeta’ in kwistjoni.
Leg 12 PQ #32112 Sitting 500 2017-03-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fidi ta’ Ċens – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ biex jifdi ċ-ċens issa li saret ir-riforma fid-Dipartiment tal-Artijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu, li d-dettalji dwaru ngħataw separatement, m’għandu l-ebda talba quddiem l-Uffiċċju Konġunt għall-fidi taċ-ċens tal-propjeta’ in kwistjoni.
Leg 12 PQ #32353 Sitting 500 2017-03-28 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inkjesti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il inkjesta saret minn Marzu 2013 sa llum, dwar liema suġġett kienet u x’kien l-eżitu ta’ kull inkjesta? Jista’ jgħid kemm u liema inkjesti għadhom pendenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #32367 Sitting 500 2017-03-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – Post Uffiċjal Prinċipali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32022, fejn kien ġie mitlub li tingħata r-raġuni li fl-aħħar sejħa għall-post ta' Uffiċjali Prinċipali fis-Servizz Pubbliku, minkejja li kien hemm diversi petizzjonijiet mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, ma ġietx applikata l-proċedura normali li ma jsirux ħatriet qabel ma tingħata risposta finali għall-petizzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-passat kienx hemm każijiet simili fejn il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku appuntat persuni qabel ma kien hemm risposta final għall-petizzjonijiet imressqa quddiemha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #32368 Sitting 500 2017-03-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizzi Pubbliku — Proċess ta’ Għażla kompettitiv għad-dħul fi grad ta’ Uffiċjal Prinċipali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32023 u ċjoè “B'referenza għall-aħħar sejħa dwar proċess ta' għażla għad-dħul fil-grad ta' Uffiċjal Prinipali fis-Servizz Pubbliku, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li kienu ġew inkarigati żewġ bordijiet għat-tieni parit tal-eżami u, jekk fl-affermattiv, jgħid kemm kandidati resqu u kemm għaddew minn kull bord" , peress li fit-tweġiba ġejt mitlub nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30925 u peress din it-tweġiba hi dwar suġġett differenti jista' l-Prim Ministru jagħti risposta hekk kif kien mitlub fil-mistoqsija oriġinali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #29798 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema b’diżabilità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #32046 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proċess tal-għażla tal-iskrivani

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid sa fejn waslu fl-ordni tal-mertu tal-proċess tal-għażla tal-iskrivani sabiex dawk li ġabu passmark jingħataw il-ħatra ta’ skrivan? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li dawk kollha li għaddew se jingħataw il-ħatra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ingaġġ ta’ skrivani qed isir bi gwida mal-HR plans li l-Ministeri ntalbu jħejju għal-ewwel darba, fuq bażi ta’ tliet snin. Infurmat li bħalissa għaddej it-taħriġ tal-iskrivani skont l-order of merit u l-vakanzi jimtlew skont l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 12 PQ #32064 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-Enemalta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u qed jingħata l-appoġġ meħtieġ mit-tim tal-customer care tal-Kumpanija.
Leg 12 PQ #32074 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Użu ta’ ilma mit-tisfija tad-drenaġġ

Question

Billi qed jingħad li l-ewwel ilma mit-tisfija tad-drenaġġ hu mistenni li jibda jintuża fil-futur qarib, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema nħawi hu mistenni jibda jintuża u liema parti mill-mains li kellhom jitqiegħdu, fil-fatt qegħdin fil-post? Meta hu mistenni li jitqiegħdu l-mains kollha meħtieġa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma li se tingħata iktar informazzjoni fil-futur.
Leg 12 PQ #32108 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każ ta' dawl — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' dawl?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Arms Ltd li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata, l-każ ġie mistħarreġ, u ttieħdu l-provvedimenti meħtieġa biex il-każ jiġi solvut.
Leg 12 PQ #32134 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – complement tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien il-complement tal-ħaddiema fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’Diċembru 2013, 2014, 2015 u 2016? Kemm hu mistenni li jiġu impjegati ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? F'liema kategorija ta’ impjieg mistennija jidħlu dawn il-persuni? X’proċedura qed tintuża għall-inġagg ta’ dawn il-persuni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-complement tal-ħaddiema fil-Korporazzjoni f’dawn l-aħħar snin kien : Sena Numru 2013 912 2014 975 2015 968 2016 987 Matul dawn l-aħħar erba’ snin il-Korporazzjoni tejbet is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha tant li minn telf issa qed tagħmel profit. Din is-sena l-Korporazzjoni se tkun qed tiftaħ tliet impjanti ġodda ta’ produzzjoni ta’ new water li mistennija jiġġeneraw mas-7 miljun metru kubu ta’ ilma ġdid mid-drenaġġ. Minkejja li l-produzzjoni tal-ilma ser tiżdied b’terz permezz tan-new water, il-Korporazzjoni ser iżżomm l-istess livell ta’ impjiegi. Filfatt l-ingaġġ ta’ multi skilled fitters li qed isir se jindirizza dawk il-persuni li rtiraw mix-xogħol tagħhom f’dawn is-snin u l-ispiża tal-pagi ta’ dawn il-ħaddiema ser tkun cost neutral sal-2018. Il-proċedura li tintuża hi dik li normalment tintuża f’każi ta’ reklutaġġ, ċioe’ b’talba lil Jobs Plus.
Leg 12 PQ #32136 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – persuni fi grad ta’ multi-skilled fitters

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm iddaħħlu jaħdmu persuni fi grad ta’ multi-skilled fitter (MSF) mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma wara l-aħħar sejħa li saret?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għadu mhux finalizzat.
Leg 12 PQ #32137 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #32177 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Is-Siġġiewi – Żona magħrufa bħala Tal-Ħofor – tfigħ ta’ drenaġġ tal-annimali fit-triq

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18530, jista' l-Prim Ministru jindika x'inhi l-possibbiltà li tittieħed azzjoni diretta permezz tal-Awtorità tal-Ippjanar peress li dan l-abbuż qiegħed jibqa' għaddej minħabba burokrazija u proċeduri legali oħra li ilhom pendenti għal numru ta' snin għad-detriment tas-saħħa tan-nies u tal-ambjent tal-madwar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill l-Awtorità li l-istess Awtorita diġa wettqet Direct Action fuq is-sit inkwistjoni fejn gie imbattal id-demel li kellu il barra mid-demmila u ordnat lis sid sabiex jibni il-ġwiebi reqwisiti fil permess biex jigi evitat ħruġ ta’ dranagg fil-madwar. L-Awtorità ordnat ukoll sabiex jattempera ruhu mall-permess billi fost affarijiet ohra idahhal Waste Management Plan. Huwa fl-obbligu tas-sid li l-ġwiebi ma jkunux imfawwra bil-materjal. Fin nuqqas ta’ dan l-Awtorità mhux teskludi li tiskala l-azzjonijiet fil-konfront tas-sit inkwistjoni. L-Awtorità hija nfurmata li għaddejjin diversi kazijiet legali minn Awtoritajiet/Dipartimenti kontra sid ir-razzett u għaldaqstant kull tip ta’ azzjoni li tittiehed għandha tkun konġunta.
Leg 12 PQ #32178 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żebbuġ – Triq Dun Salv Ciappara – ċint madwar għalqa

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 22501, 24977 u 27162, jista' l-Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni neċessarja peress li ma kien hemm l-ebda żviluppi dwar is-sitwazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill l-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Awtorita wettqet spezzjoni fuq is-sit li huwa suggett ghall ECF 14/09 fejn irrizulta li is-sit huwa diga mdawwar b’cint baxx li jindika dimarkazzjoni ta’ l-art. Intant ser jigu organizzati laqgħat mall-Kunsill Lokali ta’ Haż-Żebbuġ sabiex jintlahaq ftehim dwar ix-xogħolijiet meħtiega ghar-rigward ta’ kostruzzjoni ta’ ċint li qed jigi riferut għalih.
Leg 12 PQ #32261 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpens tal-espropju – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-flus għall-art inkluża fil-file li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, konsistenti f'żewġ biċċiet art, humiex disponibbli biex bihom jitħallsu s-sidien għall-kumpens tal-esproprju?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħti aktar dettalji għaliex il-każ indikat ikopri 4 siti u jindika fuq pjanta għal- liema sit/siti jew isem is-sidien qed issir referrenza.
Leg 12 PQ #32266 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tqegħid ta’ Madum u Irħam fl-iskola ġdida tal-bniet f’Tal-Ħandaq f’Ħal-Qormi – quantity surveying

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux konflitt ta’ interess minħabba li tqabbad mill-IAID (Internal Audit and Investigations Department) biex jagħmel xogħol ta’ quantity surveying b’rabta mal-investigazzjoni rigward it-tender tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada (FTS) ta’ supply u tqegħid ta’ madum mill-kuntratur b’konnessjoni ma’ Tender CT 2206/2011 (Provvista u Tqegħid ta’ Madum u Irħam fl-iskola ġdida tal-bniet f’Tal-Ħandaq f’Ħal-Qormi), liema skola tifforma parti mill-Kulleġġ Sant’Injazju, meta l-istess individwu sa ftit taż-żmien ilu kien impjegat tal-FTS stess?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat illi l-Internal Audit and Investigations Department (IAID) innotat ir-rapport tat-Times of Malta tas-27 ta’ Frar 2017 li fih jissemma l-punt imqajjem fil-mistoqsija tiegħu u qed tagħmel l-istħarriġ tagħha dwar dak li ngħad. Fl-istess hin ngharraf lill-Onor Interpellant li l-Gvern ma jidholx fl-operat tal-IAID.
Leg 12 PQ #32328 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Luqa – Triq l-Iskola — art

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-art li d-dettalji dwarha qed tingħata separatament u li hi mmarkata b'kaxxa ħamra li tmiss ma' Triq l-Iskola Ħal Luqa u li hija proprjetà tal-Gvern ngħatatx lill-privat jew kienx hemm talba biex tingħata lill-privat jew jekk hemmx il-ħsieb li tingħata lill-privat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li l-art in kwestjoni hi tal-privat, fejn ittieħdu proċeduri ta’espropriajzzjoni separati biex tinfetah triq u għall estenzjoni tal-l-iskola primarja. Parti mill-art li giet esproprijata b’GN 399 dtd.23/7/94 għas-spejjez ta terzi biex tigi iffurmata triq. Din giet rilaxxata bil-Gazzetta tal-Gvern Nru.467 datata.14/7/94. Parti ohra ġiet esproprijata b’GN 397 dtd.23/7/94 ghall-estenzjoni ta l-iskola. Din ġiet rilaxxata bil-Gazzetta tal-Gvern Nru.244 datata.28/5/1982. Parti ohra esproprijata b’GN 397 dtd.23/7/94 u b’Dikjarazzjoni tal-President 263 datata 10/3/2004 ukoll għall-estenzjoni ta l- iskola Skond informazzjoni fil-file is-sidien qed jitolbu biex din tigi irrilaxxata. Id-dipartiment għadu qed jistenna risposta mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni rigward it-talba tas-sidien. Parti ohra mill-art indikata qatt ma giet esproprijata.
Leg 12 PQ #32334 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

FIAU – rapporti — investigazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il rapport sar mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) fl-2016 u fl-2017 li ġie mgħoddi għall-investigazzjoni mill-FIAU lill-pulizija dwar il-Panama Papers u l-persuni konnessi direttament jew indirettament magħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.