Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm flus ivvotati fil-budget dwar il-wegħda elettorali tal-Partit Nazzjonalista Nru. 170?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed isiru l-analiżi neċessarji biex jiġu stabbiliti l-parametri li fihom irid jopera dan il-unit meta jitwaqqaf. Dan ser isir minn riżorsi finanzjarji u tekniċi eżistenti fid-Dipartiment tas-Saħħa. Fondi speċifiċi jiġu allokati aktar tard.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' imwiet minħabba inċidenti tat-traffiku matul iż-żmien li ilha li ddaħlet il-liġi tas-seat belt (1996) u fil-ħames snin ta' qabel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm minnhom ilhom hemm: anqas minn sena; bejn sena u ħames snin; bejn ħamsa u għaxar snin; bejn għaxra u 15-il sena; bejn 15 u 20 sena; bejn 20 u 25 sena; bejn 25 u 30 sena; u aktar minn 30 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fit-30 ta' Novembru 1998, fl-isptar Monte Carmeli, kien hemm 542 (281 irġiel u 261 nisa) residenti. Dawn il-pazjenti ilhom fl-isptar Monte Carmeli kif jidher hawn taħt:
Inqas minn sena sena u ħames snin ħames snin u għaxar
snin
irġiel 54 53 33
nisa 54 58 27
______________________________________________ ___________________
Total 108 111 60
għaxar u ħmistax- ħmistax u għoxrin għoxrin u ħamsa
il sena sena u għoxrin sena
irġiel 19 28 24
nisa 25 15 14
______________________________________________ ____________________
Total 44 43 38
ħamsa u għoxrin u tletin sena aktar minn tletin sena
irġiel 23 47
nisa 14 54
______________________________________________ _____________________
Total 37 101
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm occupational therapists jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm minnhom huma allokati on full time basis f'dan l-isptar u kemm huma maqsumin bejn l-Isptar Monte Carmeli u sptarijiet oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-isptar Monte Carmeli hemm għaxar occupational therapists li jaħdmu fuq bażi full time (il-principal, sebgħa junior staff u tnejn fuq rotation ta' erba xhur). Tnejn minn dawn l-għaxra jaħdmu għal ġurnata kull wieħed fil-ġimgħa ġewwa s-Psychiatric Unit fl-isptar San Luqa.
Barra dawn l-għaxra, hemm żewġ terapisti oħra jaħdmu fil-komunita' u huma allokati fil-Qormi Day Centre.
Jista' l-Ministru jinvestiga li jagħti tagħrif lill-Kamra dwar il-każ ta' pazjenta li isimha qed jintbagħat separatament, liema pazjenta hija omm ta' familja żgħira u li timxi fuq il-krozzi u li kellha tiġi operata f'daharha minn Dr Lehovski imma nqabżet biex jiġu operati każi anqas urġenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-kirurgu l-Profs. Jan Lehovski FRCS huwa espert fil-qasam ta' operazzjonijiet fuq l-ispina. Inġieb l-isptar San Luqa bejn it-23.11.98 u s-27.11.98. Waqt dawn il-ħamest'ijiem, huwa ra u eżamina 78 pazjent Malti u minnhom kien hemm 15 li kellhom bżonn intervent kirurġiku. Il-Professur Lehovski irnexxielu jagħmel 12-il operazzjoni, bosta minnhom ta' natura kumplikata u waħda jew tnejn li bħalhom qatt ma saru Malta. B'hekk il-pazjent Malti ġie moqdi bl-aqwa kura possibli u f'pajjiżu. L-istess professur kellu jagħżel liema operazzjonijiet kellhom jieħdu preċedenza. FFil-fehma esperta tiegħu, u b'deċiżjoni klinika u wara li ħa in kunsiderazzjoni ż-żmien għad-dispożizzjoni, huwa ddeċieda li l-każijiet maġġuri li saru kienu aktar urġenti mill-każ implikat f'din il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fid-Dipartiment tas-Saħħa mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Mil-liema dipartimenti u għal-liema dipartimenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-5 ta' Settembru sat-2 ta' Diċembru 1998 ġew trasferiti 80 impjegat li minnhom 69 ġo Dipartimenti li jaqgħu f'dan il-Ministeru u 11 f'Ministeri oħra. Minn dawn it-80 impjegat 48 talbu li jiġu trasferiti huma stess waqt li l-bilanċ kienu trasferiti skond l-esiġenzi tas-servizz.
Minbarra dawn kien hemm 16 impjegat ieħor li talbu u marru fis-Segretarjati ta' Ministri u Segretarji Parlamentari oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mid-Dipartiment tas-Saħħa fl-ewwel 11-il xahar ta' din is-sena u fl-istess żmien is-sena l-oħra għal dak li jirrigwarda mediċini?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Flus li tħallsu mid-Dipartiment fuq xiri ta' mediċini fl-ewwel 11-il xahar ta' din is-sena u s-sena l-oħra kienu dawn:
Sena Perjodu LM
__________________________________________________
1997 01-Jan-97 sa 30-Nov-97 6737,812 (*)
1998 01-Jan-98 sa 30-Nov-98 6,377,896 (#)
__________________________________________________ __
(*) Iċ-ċifra tikkorispondi maċ-ċifri uffiċjali kif jidhru
fil-kotba tat-Teżor.
(#) Din iċ-ċifra hija estimu peress li r-rikonċiljazzjoni
mat-Teżor għax-xahar ta' Novembru għada ma saritx.
Jista' l-Ministru jgħid liema tfal ta' l-iskola qed jitlaqqmu kontra l-Hepatitis B mid-Dipartiment tas-Saħħa?
Kemm tlaqqmu tfal s'issa? Kemm sewa dan it-tilqim?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-programm ta'tilqim fl-iskejjel kontra l-Hepatitis B isir fil-ħames sena tal-iskola primarja. Dan il-programm jinkludi l-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja kif ukoll dawk privati.
Fis-sena skolastika 1997-98 kienu tlaqqmu 82% ta' dawk eliġibbli. Il-programm ta' din is-sena għadu għaddej u għalhekk mhux possibli li wieħed jgħid kemm tlaqqmu tfal.
Saħħa — Każijiet ta' Haemophilis Influenzae Type B
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' Haemophilis Influenzae Type B (HIB) meningitis mindu d-Dipartiment tas-Saħħa sar joffri dan il-tilqim b'xejn?
Kemm kien qed ikun hemm minn dawn il-każijiet qabel, sena b'sena?
Kemm sewa dan it-tilqim, sena b'sena mindu sar jingħata fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-tilqim tal-Haemophilis Influenzae Type B (HIB) bdiet tingħata b'xejn mid-Dipartiment tas-Saħħa mill-20 ta' Ġunju 1996. Minn dak iż-żmien sa llum kellna żewġ każi konfermati ta' Meningite kaġunata mill-HIB. Iż-żewġ każi seħħew din is-sena (1998).
Fit-tabella t'hawn taħt tidher statistika li turi sena b'sena kemm kellna każi ta' Meningite kaġunata minn Haemophilis Influenzae f'residenti Maltin mill-1990 sa l-aħħar ta' Novembru 1998.
Sena Nru. ta' każi
_________________________________
1990 2
1991 2
1992 2
1993 2
1994 4
1995 -
1996 1
1997 -
sa Novembru 1998 2
____________________________________
Għal dan it-tilqim fl-1996 ntefqet is-somma ta' Lm16,101.78 u fl-1997 ntefqet is-somma ta' Lm26,210.22.
Jista' l-Ministru jibda jara li jsiru analiżi tad-diversi gassijiet tossiċi minħabba l-inċineratur ta' l-Isptar San Luqa bħalma tagħmel il-Korporazzjoni Enemalta fil-każ tal-Power Station tagħha peress li d-Dipartiment tas-Saħħa għandu jkun minn ta' l-ewwel biex jagħti eżempju għal dak li jirrigwarda tniġġis ta' l-arja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tas-Saħħa qed jistudja x'metodi ta' analiżi għall-gassijiet tossiċi f'arja jistgħu jsiru f'akwati ta' madwar l-inċineratur ta' l-Isptar San Luqa.
Billi fl-Isptar San Luqa kif ukoll fl-isptarijiet l-oħra hemm nuqqas ta' plumbers, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib jiġu mpjegati plumbers li kienu segwew kors fl-iskema ESTS fil-plumbing u kienu sponsored mid-Dipartiment tas-Saħħa u allura jafu sew dan ix-xogħol fl-isptarijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li m'hemmx nuqqas ta' plumbers fl-isptarijiet tad-Diviżjoni tas-Saħħa u għalhekk m'hemmx ħsieb li jiġu mpjegati xi plumbers.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk id-Dipartiment tas-Saħħa għamilx studji li minnhom jirriżulta li l-proċess msejjaħ bħala grit blasting huwa ta' ħsara għas-saħħa tal-bnedmin u fil-każ li iva, dawn jiġu ppreżentati, u fil-każ le, dawn isiru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda studju mid-Dipartiment tas-Saħħa dwar l-effetti tal-grit blasting fuq is-saħħa tal-bniedem. Id-Dipartiment qed jikkonsidra jekk dan għandux isir fil-futur.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 939 dwar il-ftuħ ta' uffiċċju distrettwali tas-saħħa pubblika fl-Isla, jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment għandux xi target date meta se jinfetaħ l-uffiċċju għal pubbliku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kif diġa ndikajt fit-tweġiba għall-Interpellanza Nru. 939, id-Dipartiment qiegħed jiffinalizza proċeduri mad-Dipartiment tal-Politika Soċjali sabiex l-Uffiċċju distrettwali tas-Saħħa Pubblika fl-Isla jiġi funzjonabbli. Għaldaqstant id-Dipartiment, waqt li qed jagħti prijorita' lil din il-kwistjoni, ma jistax jiffissa target date speċifika meta l-uffiċċju se jinfetaħ għall-pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni bl-HIV li jieħdu l-benefiċċji mogħtija mid-Dipartiment tas-Saħħa sena b'sena fl-aħħar ħames snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-persuni bl-HIV illi ħadu benefiċċju bi flus mogħtija mid-Dipartiment tas-Saħħa fl-aħħar ħames snin huwa kif ġej:
1994 - 10
1995 - 9
1996 - 7
1997 - 7
1998 - 7
Il-persuni bl-HIV illi bbenefikaw minn trattament mediku mogħti mid-Dipartiment tas-Saħħa huwa bejn wieħed u ieħor kif ġej:
1994 - inqas minn 10
1995 - inqas minn 10
1996 - inqas minn 10
1997 - 11
1998 - 20
Billi din il-ġimgħa isemma li persuna b'interess f'mard venerju qed tiġi mħajjra taħdem f'Malta, jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki ta' speċjalizzazzjoni għandha din il-persuna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant għandha diplomi ta' speċjalizzazzjoni fil-Venereoloġija u Dermatoloġija prattika mill-Universatijiet ta' Londra u Wales rispettivament. Din il-persuna tokkupa l-post ta' konsulent fil-Genitouninary Medicine mal-Ministru tad-Difiża Ingliż u ilha taħdem bħala speċjalista f'dan il-qasam sa mill-1984 f'diversi sptarijiet militari tar-Renju Unit.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm hemm nisa? Kemm hemm irġiel? Xi spektrum ta' eta' hemm - mill-iżgħar sa l-ikbar? Kemm hemm pazjenti li ilhom hemm: 1) sena; 2) minn sentejn sa ħames snin; 3) minn ħames snin sa għaxar snin; 4) minn għaxar snin sa 15-il sena; 5) minn 15-il sena sa 20 sena; 6) minn 20 sena sa 25 sena; u 7) iżjed minn 25 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fil-25 ta' Novembru 1998, fl-Isptar Monte Carmeli, kien hemm 539 (280 irġiel u 259 nisa) residenti.
L-iżgħar persuna hija tifel ta'9 snin u l-ikbar persuna hija mara ta' 95 sena.
Dawn il-pazjenti ilhom l-isptar kif jidher hawn taħt:
inqas minn sena sena sentejn sa ħames snin
__________________________________________________ _________
irġiel 53 16 37
nisa 52 14 44
Total 105 30 81
__________________________________________________ _________
5 snin sa 10 snin 10 snin sa 15-il sena
__________________________________________________ _________
irġiel 33 19
nisa 27 25
Total 60 44
__________________________________________________ _________
15-il sena sa 20 sena sa 25 sena u aktar
20 sena 25 sena
__________________________________________________ ____________
irġiel 28 24 70
nisa 15 14 68
Total 43 38 138
__________________________________________________ _____________