Malta Public Transport Services – kriterji għall-assistant manager
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8532, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji intgħażel l-Assistant Manager (Route Network) sabiex jiġi sekondat għall-pożizzjoni ta’ Operations Director meta fl-istess sezzjoni kien hemm Senior Manager fuq it-Trasport Pubbliku li kien ilu jmexxi din is-sezzjoni għal dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jgħid x’livell akkademiku għandu dan is-Senior Manager u x’livell akkademiku għandu l-Assistant Manager li ġie sekondat bħala Operations Director mal-Malta Public Transport Services?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ntgħażlet minħabba li għandha esperjenza estensiva ta’ diversi snin fil-qasam tal-operat tat-trasport pubbliku.
Malta Public Transport Service – tnaqqis ta’ overtime lix-xufiera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex tnaqqas drastikament l-overtime tax-xufiera tal-Malta Public Transport Service? Min qed jaħdem ir-rotot li kienu qed isiru mill-istess xufiera? Min hu responsabbli minn din l-ordni? Kemm qed tiswa ta’ kuljum din id-deċiżjoni liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni pprovduta mill-operatur tat-trasport pubbliku, il-livell ta’ siegħat ta’ overtime tax-xufiera minn Novembru 2013 sa’ Marzu 2014 baqgħa relattivament kostanti. Dan minbarra fix-xahar ta’ Jannar 2014 fejn l-ammont ta’ overtime kien 26% għola mill-medja. Għaldaqstant mhux minnu li l-ammont ta’ sigħat ta’ overtime li jingħata lix-xufiera tnaqqas drastikament.
Transport Malta – San Pawl il-Baħar – loading u unloading bays
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm parkeġġi riservati approvati minn Transport Malta fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Kemm hemm parkeġġi riservati għal persuni bi bżonnijiet speċjali, ukoll fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Kemm hemm loading/unloading bays li huma approvati fl-istess lokalità? Jista' jgħid f'liema toroq huma approvati dawn l-istess parkeġġi?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sleeping policemen li ġew approvati minn Transport Malta fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Fejn jinsabu dawn l-istess sleeping policemen li ġew approvati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li, minn riċerka li saret fl-arkivji tal-Awtorità tat-Trasport, ġew approvati seba’ (7) round topped road humps fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar fit- toroq li ġejjin:
Lista ta’ Toroq
Numru ta’
Round Topped Road Humps
approvati
Triq il-Knisja
2
Triq il-Ġifen
1
Triq il-Parroċċa
1
Triq il-Ġebel Għażżara
1
Triq Manuel Bonniċi
1
Triq il-Konventwali
1
Jista’ l-Ministru jgħid x’raġunijiet kontrattwali kellha Transport Malta sabiex aċċetat li twaqqaf il-concession agreement, li kien mistenni jiġġenera aktar minn miljun ewro matul il-ħames snin ta’ dan il-ftehim, għall-moll magħruf bħala Xatt il-Faħam? Jista’ jgħid jekk:
(a) tħallsitx l-
concession fee
għal perjodu li dan il-ftehim dam fis-seħħ;
(b) ġietx miżmuma l-garanzija bankarja li ġiet provduta ai termini ta’ dan il-ftehim; u
(c) tħallsitx penali talli l-kuntratt ġie itterminat qabel iż-żmien?
Jista’ jindika jekk il-Gvern jew Transport Malta humiex fi stadju avvanzat ta’ negozjar sabiex jallokaw dan il-moll b’direct order? Jekk fl-affermattiv, x’inhi r-raġuni għala dan il-moll se jingħata b’direct order minflok tinħareġ tender? Il-bidders li pparteċipaw fit-tender oriġinali, se jkunu mistiedna sabiex jipparteċipaw fin-negozjati li qed isiru? U x’se jkunu t-termini u d-durata tal-ftehim il-ġdid?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-concession agreement li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ġie itterminat fuq qbil unanimu bejn l-Awtorità u l-operatur, u fuq talba tal-istess Awtorità. Infurmat ukoll li l-concession fee ġiet mħallsa sal-perjodu meta ġie tterminat il-kuntratt. Il-garanzija bankarja ma ġietx miżmuma u ma tħallset l-ebda penali minħabba li l-kuntratt twaqqaf fuq qbil unanimu u mhux minħabba xi nuqqas tal-operatur.
Għall-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9521.
Servizz ta’ Trasport Pubbliku – Unscheduled Bus Services
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma r-rotot li qed jinħadmu mill-Unscheduled Bus Services fuq is-servizz tat-trasport pubbliku? Jista’ jgħid x’inhi kull rotta li qed tinħadem individwalment mill-Unscheduled Bus Service u kemm qed tiġi tiswa kuljum? Jista’ jgħid kull rotta x’patrunaġġ għandha mill-1 ta' Jannar 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal- Unscheduled Bus Service qed jintuża fejn u meta ikun hemm il-ħtieġa.
Transport Malta – Unscheduled Bus Services — uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol li qed isir minn numru ta’ uffiċjali ta’ Transport Malta u persuni oħra li huma subcontracted ma’ Transport Malta u li ta’ kuljum qed ikunu jduru ma’ numru ta’ rotot li qed jinħadmu mill-Unscheduled Bus Service? Jekk qed isir xi eżerċizzju speċifiku, jista’ jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra kopja tar-riżultati li qed jinħarġu minn tali eżerċizzju?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi x-xoghol li qieghed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant jikkonċerna studju dettaljat li twettaq fuq ir-rotot kollha li fil-preżent huma subcontracted lill-Unscheduled Bus Services. Dan l-eżerċizzju twettaq fuq medda ta’ ġimgħa fuq kull waħda minn dawn ir-rotot.
L-eżerċizzju kellu diversi miri x’jilħaq fosthom:
· Li jiddetermina kemm passiġġieri jagħmlu użu minn dawn ir-rotot;
· Patterns ta’ użu fuq dawn ir-rotot;
· Jiġi determinat jekk il-vetturi wżati humiex ilaħqu mad-domanda;
· In-numru ta’ passiġġieri li jagħmlu użu minn diversi bus stops fuq dawn ir-rotot.
Ir-riżultati ta’ dan l-eżerċizzju għadhom qed jiġu analizzati.
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ġewwa Transport Malta u kemm ilha f’dan il-grad? Jista’ jgħid x’inhu x-xogħol ta’ din il-persuna preżentament u kemm hemm ħaddiema li jirrapurtaw direttament lil din il-persuna? X'inhi r-rinumerazjoni inkluż 'allowances' u perkaċċi oħra li qed tieħu din il-persuna?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-grad tal-persuna ndikata huwa dak ta’ Assistant Manager (Compliance). Din il-persuna ilha f'dan il-grad għal dawn l-aħħar sena u sitt xhur. Ix-xogħol ta’ din il-persuna huwa primarjament li timmaniġġja r-riżorsi adekwati biex tara li l-ispezzjonijiet u l-moniteragg li jirrigwarda t-trasport pubbliku qed isiru b’mod sodisfaċenti u effettiv. Hija timmaniġġja ukoll l-operazzjonijiet relatati mal-Public Transport Control Room. Din il-persuna għandha tim ta’ 5 uffiċċjali. Ir-rinumerazzjoni tagħha hija ta’ €23,129 p.a. kif ukoll disturbance allowance ta’ €1,800 fis-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid minn hi l-persuna li tagħmel ix-xogħol ta’ Customer Care Officer/Executive ġewwa l-uffiċċju tal-NID fi ħdan Transport Malta li hemm ġewwa Birkirkara? Jista’ jgħid x’inhu x-xogħol ta’ din il-persuna? X'inhi r-rinumerazjoni nkluż 'allowances' u perkaċċi oħra li qed tieħu din il-persuna?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba raġunijiet ta’ Data Protection, l-isem tal-persuna li tagħmel ix-xogħol ta’ Customer Care Officer ġewwa d-Direttorat tat-Toroq u Infrastruttura fi Transport Malta ġewwa Birkirkara, ma jistax jiġi ppubblikat. Ix-xogħol ta’ din il-persuna huwa li tkun il-kuntatt bejn il-klijent u l-Awtorita’ u tipprovdi informazzjoni u tikkomunika mal-klijenti esterni. Ir-rimunerazzjoni ta’ din il-persuna hija fil-firxa tal-iskala tas-salarju li huma intitolati għalih il- Customer Care Representatives.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hux qed tagħmel xogħol ta’ overtime? Jekk fl-affermattiv, jista’ jindika l-ammont ta’ overtime li ħadmet kull xahar għal dawn l-aħħar sitt xhur u fejn sar l-overtime, jiġifieri kienx relatat max-xogħol tagħha jew inkella f’xi dipartiment ieħor?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament tagħmel overtime jekk u meta jkun hemm il-ħtieġa.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija li id-dettalji tagħha ingħataw separatament ingħatat b’ kemm jiswew €2301.84 minn Transport Malta kif ukoll minn ex-ADT u ex-MMA bejn is-sena 2004 u 2013. Għall-istess perjodu ingħata xogħol ukoll b’kemm jiswew €14,038.53 mill-Ministeru tiegħi u dipartimenti li jaqgħu taħtu. F’ kull każ ma jidhirx li sar ħruġ ta’ tenders. L-informazzjoni kollha mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema ditta qed jirreferi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W192, jista' l-Ministru jgħid jekk is-sitwazzjoni ġietx analizzata? Jista' jgħid jekk ġiex investigat għalfejn fil-leġiżlatura li għaddiet dawn il-persuni ngħataw dawn ir-responsabilitajiet meta ma kellhomx il-ħiliet li jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara analiżi li għamel l-operatur tat-trasport pubbliku, ikkonfermawli li l-persuni li fil-preżent jokkupaw il-kariga ta’ Supervisors għandhom ir-rekwiżiti meħtieġa sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.
Malta Transport Services Limited – Director of Operations
Question
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat f’mistoqsija parlamentari 8546, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-grad li għandu dan l-istess persuna ġewwa Transport Malta? Jista’ jgħid x’pakkett finanzjarju u allowances oħra (fosthom mobile phone u car allowances) jingħataw lill-persuni tal-istess grad?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jerġa jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8546, ninfurmah li l-grad li għandha din il-persuna ġewwa Transport Malta huwa dak ta’ Assistant Manager (Route Network).
Malta Transport Services Ltd – Operations Director
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għala l-Operations Director tal-Malta Transport Services Ltd ġie mibgħut għal erbat ijiem fuq xogħol ġewwa l-Ingilterra? Jista’ jgħid minn akkumpanja lill-istess uffiċjal ġewwa l-Ingilterra? Jista’ jikkonferma jekk dawn l-uffiċjali marrux ġewwa l-Ingilterra sabiex jinnegozjaw fuq il-kuntratt li sar mill-Gvern sabiex jikri 45 karozza tal-linja għal fuq is-servizz tat-trasport pubbliku?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għar-risposta li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 9019 fejn ġie spjegat li l-għan ta’ din is-safra kien sabiex jiġu spezzjonati l-vetturi.
Infurmat ukoll li n-negozjati ġew ko-ordinati mill-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija bl-approvazzjoni tal-Bord tal-istess kumpanija.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar mill-Gvern sabiex jinkrew 45 xarabank tal-linja biex jintużaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li hija meqjusa bħala kummerċjalment sensittiva.
Minħabba li l-Gvern qed jopera s-servizz tat-trasport pubbliku u fid-dawl tal-kuntratt riċenti li sar mill-Gvern sabiex jinkrew 45 xarabank tal-linja, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-telf proġettat għas-sena 2014 assoċjat mal-operat tas-servizz tat-trasport pubbliku? Jista’ jgħid kif dan it-telf se jiġi ffinanzjat? Jista’ jgħid jekk hux se jiżdied is-sussidju u jekk fl-affermattiv, b’kemm se jiżdied?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li peress li għadhom għaddejjin in-negozjati fir-rigward ta’ operatur ġdid tat-trasport pubbliku, mhux prudenti li din l-informazzjoni sensittiva tingħata f’dan l-istadju.
Transport Malta – bidla fid-direzzjoni tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema bidliet fid-direzzjoni tat-traffiku ġew approvati minn Transport Malta matul l-aħħar 15-il xahar, għal dak li jirrigwardja t-traffiku fit-Triq San Franġisk, Triq it-Torri u Triq San Ġeraldu, f'San Pawl il-Baħar? Min għamel it-talba biex id-direzzjoni tat-traffiku tinbidel minn kif kienet? Meta saru l-verifiki neċessarji minn Transport Malta dwar dan it-tibdil, u meta ġie approvat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li, minn riċerka li saret fl-arkivji tal-Awtorità tat-Trasport, irriżulta li fil-25 ta’ Settembru 2013 il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għamel talba sabiex parti minn Triq San Ġeraldu tinqaleb id-direzzjoni tat-traffiku. Din it-talba ġiet approvata fis-27 ta’ Settembru 2013 iżda għadha ma ġietx implimentata mill-kunsill lokali.
Sussegwentament, minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċċjali tal-awtorità irriżulta li hemm żewġ tabelli tan-NO ENTRY neqsin fi Triq it-Torri u tabelli ta’ NO LEFT TURN neqsin fi Triq San Pawl. Dawn it-tabelli neqsin qed joħolqu problema fl-inkroċju bejn Triq it-Torri w Triq San Ġeraldu u għalhekk il-kunsill ġie notifikat sabiex jitwaħħlu dawn it-tabelli neqsin.
B’referenza għall-artiklu li deher fuq il-faċċata tal-Maltatoday tal-Ħadd 13 ta’ April rigward Coal Wharf Outer, il-moll fil-Port il-Kbir li ngħata għall-użu esklussiv lill-kumpanija privata li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mingħajr ma ħarġet sejħa għall-offerti, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar u jista’ jgħid kemm se jkun il-ħlas tal-kera? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Bord ta’ Transport Malta kienx jaf b’dan il-kuntratt qabel ma ġie ffirmat u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti relattivi tal-istess bord? Jista’ jgħid x’inhi l-“immediate, realisable opportunity that ought not to be missed” li semma ċ-Chairman ta’ Transport Malta fl-istess artiklu? Jista’ jgħid jekk il-Gvern u/jew Transport Malta diġà kellhom talbiet għall-użu fit-tul jew żvilupp tal-istess moll għall-istess attività relatata mat-tiswija tal-yachts u għalfejn dawn it-talbiet ma ġewx milqugħa jew jekk min għamel it-talba ngħatax l-impressjoni li kellha toħroġ sejħa għall-offerti pubblika? Jista’ jgħid x’esperjenza reali u diretta għandha din il-kumpanija u l-kumpaniji assoċċjati magħha fit-tiswija tas-superyachts?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li fil-prinċipju m’għandi l-ebda diffikultà nippublika l-kuntratt msemmi, ninfurmak li qiegħed jittieħed parir legali dwar jekk tali kuntratt għandux jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra minħabba li jinkludi informazzjoni li hija kummerċjalment sensittiva.
Ninsab infurmat li l-Bord ta’ Transport Malta ġie nfurmat bid-dettalji kollha ta’dan il-kuntratt fil-laqgħa tal-Bord li saret nhar id-9 ta’ Mejju 2014. Il-Bord tad-Diretturi approva dan il-kuntratt. Infakkrek li l-Bord tad-Diretturi jiddiskuti l-aktar materji ta’ policy u dan il-kuntratt kien fil-parametri tal-policies u prassi ta’ Transport Malta u l-materja kienet purament ta’ natura eżekuttiva vestita fir-responsabbilitajiet tal-management tal-kumpanija. Ninfurmak ukoll li jien, bħala Ministru għat-Trasport u Infrastruttura, kont ukoll involut fid-diskussjonijiet inizjali u kontinwament infurmat bl-andmanet tan-negozjati dwar dan il-kuntratt.
Ninsab infurmat ukoll li hija prassi aċċettata li konċessjonijiet ta’ din in-natura jingħataw mingħajr sejħa għall-offerti u fil-fatt diversi konċessjonijiet simili ngħataw bl-istess mod fil-passat mill-amministrazzjoni preċedenti. F’dan il-każ partikolari l-operatur kellu kuntratt ta’ xogħol għal tiswija ta’ superyachts b’investiment sostanzjali, u li kieku din l-konċessjoni ma ngħatatx dan l-investiment kien ser jintilef.
Mhux infurmat li l-Gvern u/jew Transport Malta kellhom xi talbiet ufficjali għall-użu fit-tul jew żvilupp tal-istess moll għall-istess attività relatata mat-tiswija tal-yachts.
Rigward l-operatur in kwistjoni, infurmat li din il-kumpanija tifforma parti minn grupp ta’ kumpaniji li ilha fl-industrija tal-yachts u superyachts għal dawn l-aħħar 20 sena, u li kienet responsabbli minn diversi xogħlijiet u proġetti relatati f’dan il-qasam.
B’referenza għall-artiklu li deher f’ “The Malta Independent” tal-25 ta’ Marzu 2014, jista’ l-Ministru jindika fejn ġiet ippubblikata l-lista ta’ kumpaniji li huma nteressati li jħaffru għaż-żejt f’Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dak li jidher fil-ġurnali jien m’għandix kontroll fuqu. Il-ġurnal kien qiegħed jirraporta id-diskors tiegħi fil-Parlament u għalhekk nistenna li bħala Deputat responsabbli, qabel ma jagħmel il-mistoqsija parlamentari jiċċekja li dak li hu rapportat fil-ġurnal jaqbel ma’ dak li jiena inkun għidt. Fil-fatt jien ġibt transcript uffiċjali mill-Parlament. Id-diskors tiegħi jgħid li aħna ippublikajna fil-ġurnal uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea dawk l-areas li m’humiex liċenzjati sabiex kumpaniji taż-żejt ikunu jistgħu japplikaw għal dawn l-areas. Jien għidt ukoll li hemm interess kbir iżda qatt ma għidt illi ippublikajt il-lista ta’ applikanti.