Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13435 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Xgħajra — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għal bozoz ġodda hemm pendenti għall-lokal tax-Xgħajra? Għal liema toroq huma dawn it-talbiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diga` ghidt fit-twegiba ghall-Mistoqsija numru 13283, fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha 11-il talba sottomessa mill-Kunsill Lokali tax-Xghajra biex jitwahhlu lampi godda fil-lokal. Ma narax il-htiega li noqghod nidhol fid-dettal dwar ghal liema toroq saret it-talba biex jitwahhlu lampi godda.
Leg 9 PQ #13436 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għal bozoz ġodda hemm pendenti għall-lokal ta' Ħaż-Żabbar f'dik il-parti magħrufa bħala St Peter's?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ma zzommx rekord ta` zoni ta` belt jew rahal. GHaldaqstant jekk l-Onorevoli Interpellant jindika t-toroq li jiffurmaw iz-zona maghrufa bhala St. Peter`s, inkun f`pozizzjoni li nwiegeb il-mistoqsija.
Leg 9 PQ #13437 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti listi tat-toroq f'Bormla fejn se jsir tibdil tal-mains u house service ta' l-ilma din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma, matul din is-sena, qed tippjana li tibdel mejnijiet u household service connections f`dawn it-toroq ta` Bormla: Triq il-Gdida, Triq Wigi Rosato, Triq il-Kuncizzjoni, l-inhawi ta` San Pawl, Triq Santa Margerita, Triq l-Oratorju, Triq Erin Serracino Inglott, Triq San Gorg, Pjazza Santa Margerita, Triq Verdala u Triq l-Mina l-Kbira sal-Birgu
Leg 9 PQ #13438 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Isla — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq f'l-Isla fejn se jsir tibdil tal-mains u house service ta' l-ilma din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma, matul din is-sena, qed tippjana li tibdel mejnijiet u household service connections f`dawn it-toroq ta` l-Isla: Triq il-Vittorja, Misrah il-Papa Benedittu, Triq l-Arcisqof Mattei, Triq George Mitrovich, Triq Monsinjur Panzavecchia, Triq il-Macina, Triq il-Habs l-Antik, Triq il-Vittmi tal-Gwerra, Triq il-Mina tax-Xatt, Triq iz-Zewg Mini, Triq is-Sur u Triq San Frangisk. Il-Korporazzjoni ma teskludix il-possibilta` li, wara li jitlesta l-progett imsemmi hawn fuq, jista` jkun hemm il-bzonn li jinbidlu mejnijiet u services f`toroq ohra f`dan il-lokal jekk dawn jibqghu jaghtu problemi fil-provvista lir-residenti.
Leg 9 PQ #13439 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birgu — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq fil-Birgu fejn se jsir tibdil tal-mains u house service ta' l-ilma din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma, matul din is-sena, qed tippjana li tibdel il-mejnijiet u household service connections f`dawn it-toroq tal-Birgu: Triq San Lawrenz, Triq ic-Centinarju tal-Parrocca, Triq Sant`Anton, Triq il-Mina l-Kbira, Triq Hilda Tabone, Triq Biswit il-Kwartier, Triq it-Torri San Gwann u Triq Pacifiku Scicluna. Il-Korporazzjoni ma teskludix il-possibilita` li, wara li jitlesta l-progett imsemmi hawn fuq, jista` jkun hemm il-bzonn li jinbidlu mejnijiet u services f`toroq ohra f`dan il-lokal jekk dawn jibqghu jaghtu problemi fil-provvista lir-residenti.
Leg 9 PQ #13461 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu l-bozoz ġodda fil-Gudja li jidhru fil-lista li qed nibgħat separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista li issottometta mhix l-istess bhal dik li l-Korporazzjoni Enemalta ghandha fil-pussess taghha u li ntbaghtet lilha mill-Kunsill Lokali tal-Gudja. Anke kieku kien il-kaz, ma nahsibx li wiehed jista` jikkommetti ruhu dwar data meta ser titwahhal bozza gdida jew aktar f`kull triq tal-lokal.
Leg 9 PQ #13463 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna ta' Malta — Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-pensjonanti tat-Tarzna se jieħdu l-flus dovuta lilhom mill-Collective Agreement?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li z-zieda dovuta lill-pensjonanti tat-Tarzna tinhadem mid-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali, nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jaghmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn dan id-Dipartiment.
Leg 9 PQ #13482 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħarsien ta' l-Ambjent

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12745 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Ambjent u li ġiet riferuta lilek, ċioe' jagħti raġuni għaliex kumpannija f'Malta li tirriċikla l-karti u li kienet tuża siti fil-RDC qabel l-1996, u li ġie terminat l-arranġament tiegħu mill-amministrazzjoni preċedenti hemmx il-ħsieb li terġa' tingħata l-istess għajnuna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-prezent il-Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta m`ghandhiex applikazzjonijiet ghal dan it-tip ta` industrija, cioe` riciklar tal-karti, u lanqas ghandha l-facilita` li tiddisponi mis-siti ta` l-RDC peress li dawn ma jiffurmawx parti mill-art industrijali amministrata mill-Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #13487 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Valletta — Triq l-Ifran - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bozza li hemm quddiem Nru. 35 Triq l-Ifran, il-Belt tissewwa peress li ilha mitfija għal ħafna xhur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ghaddejt l-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta biex jittiehdu l-passi mehtiega.
Leg 9 PQ #13504 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żebbuġ — Triq l-Anġlu - Dawl

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13087 imwieġba fil-31 ta' Jannar 2000 jista' l-Ministru jgħidli għaliex din il-lampa fi Triq l-Anġlu damet tiġi rrappurtata aktar minn xahar u ħadet xahar sħiħ biex tissewwa? Jikkonferma l-Ministru li għal dan id-dewmien huwa l-foreman tad-distrett il-bniedem responsabbli?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nahseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li l-Korporazzjoni Enemalta ta` kuljum jaslulha numru konsiderevoli ta` talbiet ghal bdil ta` bozoz fost talbiet ohra. Zgur li jifhem ukoll li mhuwiex umanament possibbli li kull talba tigi ezawrita appena din tkun saret. Min-naha l-ohra mhuwiex accettabbli li talba ddum pendenti zmien twil esagerat. Dwar l-ahhar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Membru ghall-ahhar parti tat-twegiba ghall-mistoqsija 13087.

Kottonera — Mains ta' l-ilma

Question

JIsta' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm il-darba sarx studju rigward il-mains ta'l-ilma ġewwa t-tlett ibliet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta'l-Ilma u jekk iva,jista' jqiegħed kopja ta' dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra u jekk le,jistax dan isir,b'riferenza speċjali għal partijiet tal-Belt tal-Birgu li qegħdin fi stat li jimmeritaw dan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #13566 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kunsill lokali ta' Santa Luċija għandu talbiet skond il-lista mibgħuta separatament li ntbagħtet lill-Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-lista sottomessa mill-Onorevoli Interpellant giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tigi verifikata u aggornata.
Leg 9 PQ #13650 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Promotions

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ġew mogħtija promotions fl-MIA lil żewġ managers u lil erba' executives mingħajr sejħa jew avviż għal applikazzjoni biex jimtlew dawn il-postijiet? Jista'jagħti raġuni għaliex sar hekk?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li la l-Managers u lanqas l-Executives impjegati ma` l-M.I.A. ma huma koperti bi ftehim kollettiv u ghaldaqstant il-Kumpanija mhix obbligata li tohrog sejha interna ghall-applikazzjonijiet meta jkun mehtieg li jimtlew vakanzi f`dawn il-gradi. Hekk kien sar f`Awissu 1998 meta kienu gew appuntati erba` Division Managers u Manager. Ta` min ifakkar li bejn Mejju u Awissu 1998, kien hemm persuni li ghalkemm koperti bi Ftehim Kollettiv, xorta wahda inghataw kariga fi hdan il-Kumpanija minghajr ma` saret sejha ghal applikazzjonijiet. Dwar dan il-kaz, issa hemm pendenzi ma` l-unions. Dwar il-hatriet li qed issir riferenza ghalihom, irid jinghad li f`dawn l-ahhar sena u xahrejn bdiet issir struttura ta` management li tirrispondi ghall-bzonnijiet tal-Kumpanija wara li n-numru ta` persuni impjegati maghha tela` ghal madwar 750. Dan fisser li xi persuni li diga` kienu jahdmu mal-Kumpanija inghataw kariga f`din l-istruttura, filwaqt li kien hemm xi vakanzi li mtlew minn persuni barra l-Kumpanija. F`dan l-ahhar kaz, l-M.I.A. dejjem segwiet il-proceduri kif stabbiliti mill-ligi. Ta` min jghid li l-istruttura tal-management ghadha ma gietx finalizzata.
Leg 9 PQ #13651 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Uffiċini ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sejra tkun l-ispiża għal uffiċini ġodda li sejrin isiru fis-second floor fl-MIA, peress li skond il-management ta' l-MIA m'hemmx spazju biżżejjed għal dawk li ngħataw promotions u l-impjegati ġodda li daħlu issa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bhalissa fl-M.I.A. ghaddej programm ta` xoghol biex jigu rrangati diversi postijiet fejn jahdmu l-impjegati taghha. Dawn ix-xogholijiet jinkludu s-Sezzjoni tal-Fire, ic-Centru tal-Kontroll tat-Traffiku ta` l-Ajru, is-Sezzjoni tal-Building u Engineering, is-Sezzjoni ta` l-Enginerija Mekkanika u Elettronika, l-ufficini ta` l-Ufficju Metejorologiku, is-Sezzjoni tat-Trasport kif ukoll l-ufficini tat-Taqsima ta` l-Amministrazzjoni tal-Kumpanija. L-ispiza ghal dan ix-xoghol kollu hi stmata li tlahhaq Lm250,000. Dan il-programm ta` xoghol f`dawn il-postijiet jinkludi titjib generali, installazzjoni ta` units ta` arja kondizzjonata, titjib fl-installazzjonijiet ta` dawl u ilma, bdil ta` ghamara, installazzjoni ta` network tal-kompjuters u xoghol iehor. Ta` min ifakkar li f`Mejju ta` l-1998, madwar 500 persuna li kienu jahdmu jew ma` l-Armata inkella mad-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Civili, marru ma` l-M.I.A. Minkejja din iz-zieda, ma kien sar ebda pjan serju biex is-sistema amministrattiva ta` l-M.I.A. tkun tista` tassorbiha. Dan jixduh dokumenti tal-Kumpanija li saru dak iz-zmien. Ghalhekk inhasset il-htiega li jkun hemm zieda fin-numru ta` persuni li jahdmu fit-taqsima amministrattiva tal-Kumpanija, kif ukoll li tissahhah l-istruttura manigerjali. Kien ghalhekk li kien hemm il-bzonn ta` aktar spazju, u b`rizultat ta` ezercizzju li ghamlet il-Kumpanija, seta` jinstab post ghall-impjegati godda li dahlu jahdmu fil-qasam tal-finanzi, ta` l-I.T., tar-rizorsi umani u tal-business development minghajr ma jizdied l-ispazju okkupat mill-M.I.A. fil-bini tat-Terminal. Huwa stmat li dan ix-xoghol ser jigi jiswa madwar Lm50,000. Dan l-ammont jinkludi wkoll is-sahra li ssir mill-haddiema stess tal-Kumpanija bhala parti minn dan ix-xoghol.
Leg 9 PQ #13652 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni jekk il-pensjonanti tat-Tarzna humiex sejrin jibbenefikaw miż-żidiet li ngħataw bħala arretrati meta ġie ffirmat il-ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tat-Tarzna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Iz-zieda li ghaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ma tinhadimx mit-Tarzna izda mid-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali. Ghaldaqstant nissuggerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru li d-Dipartiment imsemmi jifforma parti mid-dekasteru tieghu.
Leg 9 PQ #13653 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birkirkara — Triq Vittorja - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bozza fi Triq Vittorja, Birkirkara, fuq id-dar "Concetta", tinbidel b'waħda aktar qawwija għaliex dik li hemm m'hi qed turi xejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi mistharreg u jekk ikun il-kaz tittiehed l-azzjoni necessarja.
Leg 9 PQ #13660 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Tabib

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swit kull vista li għamel t-tabib lill-kumpannija ta' l-MIA?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-hlas professjonali ghal kull vista li jaghmel it-tabib lill-impjegati ta` l-M.I.A. huwa ta` natura kummercjali u ghalhekk ma` narax il-htiega li din l-informazzjoni ssir pubblika. Madanakollu nista` nghid li r-rati ghadhom l-istess kif kienu meta gew iffissati fl-1 ta` Gunju 1995, minkejja li skond il-kuntratt suppost li gew riveduti fl-1 ta` Gunju 1997 u fl-1 ta` Gunju 1999.
Leg 9 PQ #13661 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħa paga mill-MIA l-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament għas-servizz tiegħu għas-sena 1998 - 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ma hijiex impjegata ta` l-M.I.A. u ghaldaqstant ma tiehux paga minghand din il-Kumpanija.
Leg 9 PQ #13135 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EU — Export Refund

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12282 dwar l-export refund fuq iz-zokkor u l-fatt li l-Ministru spjega li l-export refund huwa sussidju li l-UE tagħti lill-bdiewa tal-pajjiżi membri li jipproduċu u jesportaw il-prodott agrikoli bħal fil-każ iz-zokkor, jikkonferma l-Ministru li l-bdiewa tagħna la qabel u wara li nsiru membri m'hu se jkun f'pożizzjoni li jipproduċu u jesportaw iz-zokkor? Jista' l-Ministru jgħid minn se jagħmel għat-telf ta' madwar Lm5 miljun f'export refund li titlef l-industrija lokali u l-poplu li jużaw iz-zokkor fuq l-importazzjoni ta' 22,200 tunnellata li jiġu mportati kull sena f'pajjiżna, wara li Malta ssir membru fl-UE? Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-importaturi lokali fuq zokkor importat minn barra l-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kemm l-`export refunds` kif ukoll l-`import levies` l-Unjoni Ewropea, jinhadmu skond il-prezz tal-mument fuq is-swieq internazzjonali ta` tali prodotti. Ghaldaqstant mhux realistiku li fil-prezent isiru kalkoli dwar sussidji u taxxi li jistghu jigu applikati minn hawn u xi tlitt snin ohra. Barra minn dan, anke li kieku dan it-tip ta` kalkolu kien vijabbli, it-twegiba ghall-mistoqsija ta` l-Onorevoli Interpellant tkun tiddependi hafna mir-rizultati tan-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea dwar it-thaddim tal-politika agrikola komuni (common agricultural policy) ta` l-Unjoni fil-konfront ta` Malta bhala membru gdid. Fuq kollox, it-twegiba ser tiddependi wkoll mill-bidliet li huma mahsuba fl-istess politika komuni agrikola ta` l-Unjoni Ewropea bhala parti mir-riforma ta` din is-sistema in vista tat-tkabbir ta` l-Unjoni.
Leg 9 PQ #13138 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Butir — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' madwar Lm2 miljun f'export refund li se jintilfu fis-sena fuq l-importazzjoni tal-butir, wara li Malta ssir membru fl-UE? Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-importaturi lokali fuq butir importat minn barra l-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13135 waqt is-Seduta ta` llum stess.