Jista' l-Ministru jaħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' żgħażagħ li ppartecipaw fil-Parlament taż-Żgħażagħ kemm ilu jiġi organizzat l-istess Parlament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Minn informazzjoni miksuba mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jirriżulta li din is-sena hija l-ħdax-il edizzjoni. Madwar 200 żgħażugħ/a japplikaw kull sena.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern għandux xi pjanijiet partikolari biex jinkoraġixxi liż-żgħażagħ jipparteċipaw fil-ħajja pubblika permezz tal-politika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Aġenzija Żgħażagħ għandha l-proġett tal-Kunsill Lokali Żgħażagħ biex tħarreġ liż-żgħażagħ fil-politika.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 153, jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies li qed jaħdmu full-time mal-Kunsill Malti għall-Isport u fejn kienu jaħdmu qabel ħadu dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Qed inpoġġi wkoll lista tal-impjegati full-time mal-Kunsill Malti għall-Isport.
Università ta' Malta — Prospectus - Diploma in Facilitating Inclusive Education
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kors ta' Diploma in Facilitating Inclusive Education hux se jkun fil-prospectus tal-Università għas-sena skolastika li ġejja jew le? Dan il-kors se jkun full-time jew part-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Universita' ta' Malta sejra toffri l-kors li jwassal għad-Diploma in Facilitating Inclusive Education kemm fil-Kampus ta' Malta kif ukoll f'dak ta' Għawdex fis-sena akademika 2013/14 fuq bażi part-time.
Din l-informazzjoni qiegħda fuq il-website tal-Università ta' Malta: http://www.um.edu.mt/_data/assets/pdf_file/0020/142175/oct-course-list.pdf
(Informazzjoni addizzjoni tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 16 tas-7 ta' Mejju 2013 p.l. 229)
Diploma in Facilitating Inclusive Education — mature students
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kors ta' Diploma in Facilitating Inclusive Education ikun fil-prospectus tal-Università għas-sena skolastika li ġejja, mature students ikunux jistgħu japplikaw biex isegwu dan il-kors? Jekk fl-affermattiv, ikollhom jagħmlu proficiency tests jew interview jew it-tnejn li huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi applikanti li jkollhom aktar minn 23 sena fl-01 ta' Ottubru 2013 ikunu jistgħu japplikaw biex isegwu l-kors li jwassal għad-Diploma in Facilitating Inclusive Education skont il-provvedimenti għall-'maturity clause'. L-applikanti li jaqgħu f'din il-kategorija huma meħtieġa li jgħaddu minn 'proficiency tests' fl-Ingliż u fil-Malti, ikollhom ic-ċertifikat tal-ECDL u jgħaddu minn eżami bil-miktub.
L-applikanti jkunu meħtieġa ukoll jissodisfaw lill-Bord, permezz ta' intervista, li għandhom id-dispożizzjoni meħtieġa biex isegwu l-kors b'suċċess.
Din l-informazzjoni tinsab ukoll fuq il-website:- http://www.um.edu.mt/registrar/regulations/faculties/educ/dip-fie-bl-2005
Dawn l-applikanti jiġu kkunsidrati flimkien mal-applikanti l-oħra kollha biex issir il-lista fl-ordni ta' mertu minħabba li fil-kors jiġu aċċettati massimu ta' 50 student.
(Informazzjoni addizzjoni tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 16 tas-7 ta' Mejju 2013 p.l. 229)
Diploma in Facilitating Inclusive Education — studenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk in-numru tal-istudenti li jistgħu jsegwu il-kors ta' Diploma in Facilitating Inclusive Education hux se jkun marbut ma' numru jew jekk kull min jista' u jikwalifika jkunx jista' jsegwi dan il-kors?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li kif avżat fuq il-website tal-Universita' ta' Malta http://www.um.edu.mt/_data/assets/pdf_file/0020/142175/oct-course-list.pdf il-kors li jwassal għad-Diploma in Facilitating Inclusive Education huwa limitat għal massimu ta' 50 student fil-kors li sejjer isir f'Malta u 50 student ieħor fil-kors li sejjer isir f'Għawdex.
(Informazzjoni addizzjoni tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 16 tas-7 ta' Mejju 2013 p.l. 229)
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) għandha applikazzjonijiet pendenti għall-permessi tax-xogħol ta' persuni li ġejjin minn pajjiżi mhux membri fl-Unjoni Ewropea? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tan-nazzjonijiet li ġejjin minnhom dawn il-persuni u għal liema xogħol intalab il-permess?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għandha preżentement ħames mija u tliet applikazzjonijiet pendenti għal ħruġ ta' Liċenzji tax-Xogħol għal ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea. L-applikazzjonijiet skont il-pajjiżi u t-tip ta' xogħol huma murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-istatistika ma tinkludix persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta, detenturi ta' protezzjoni umanitarja temporanja jew protezzjoni sussidjarja u refuġjati.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-complement ta' kull sezzjoni fi ħdan il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) u jindika l-vakanzi kollha li jeżistu bħalissa f'kull sezzjoni fi ħdan l-istess korporazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 211 u 212, jista' l-Ministru jgħid sa meta huwa maħsub li jkollna l-pjan ta' Gvern Laburista għall-introduzzjoni tat-tablets mill-Year 4?
Response (BARTOLO, EVARIST)
M'għandix xi nżid mat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 211 u 212.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa ppjanat li se jdum il-proċess biex kull tifel u tifla u kull edukatur f'Malta jkollhom f 'idejhom tablet computer b'kontenut edukattiv għall-użu edukattiv tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid jekk sa tmiem il-Leġiżlatura l-istudenti kollha tal-iskejjel primarji jkunux qed jużaw tablet mogħti mill-Gvern bħala għodda edukattiva?
Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Evalwazzjoni
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 213, jista' l-Ministru jgħid sa meta huwa mistenni li titlesta l-evalwazzjoni dwar l-operat tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.
Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Evalwazzjoni
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 213, jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni invouti fl-evalwazzjoni tal-operat tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li l-iskola primarja Rosa Magro fix-Xewkija Għawdex għandha diversi ħteġijiet u kif ukoll bżonn ta' manutenzjoni urġenti u peress li l-ġenituri ilhom ħafna żmien jipprotestaw biex dawn l-affarijiet isiru iżda inutilment, jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol isir kemm jista' jkun malajr?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qiegħed iħejji rapport dwar il-bżonn ta' xogħlijiet ta' tisbiħ u manutenzjoni li jeħtieġu l-iskejjel statali ta' Malta u Għawdex.
Il-bżonnijiet tal-Iskola Primarja Rosa Magro fix-Xewkija Għawdex se jiġu kkunsidrati flimkien mal-bżonnijiet tal-iskejjel l-oħra kollha.
Employment Aid Programme — ingaġġ ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b'diżabilità li sena b'sena mill-2008 'l hawn instabilhom xogħol fis-settur privat permezz tal-Iskema Employment Aid Programme?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni b'diżabilità li nstabilhom xogħol fis-settur privat permezz tal-iskema Employment Aid Programme kien kif ġej:-
2009 - 24
2010 - 24
2011 - 52
2012 - 25
____
Total:- 125
L-iskema tal-Employment Aid Programme bdiet fl-2009.
Diviżjoni għas-Servizzi Edukattivi — Ċentru għar-Riżorsi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li qed jattendu f'kull Ċentru għar-Riżorsi (ex skejjel speċjali) li jaqgħu taħt ir-responsabilità tad-Diviżjoni għas-Servizzi Edukattivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għalliema li se jirtiraw sal-1 ta' Ottubru ta' din is-sena? Kemm hu n-numru ta' għalliema każwali li għandu d-dipartiment llum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' għalliema li se jirtiraw matul din is-sena sal-01 ta' Ottubru hu ta' 10. Infurmat ukoll li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi m'għandu l-ebda għalliem każwali. Id-Direttorat jimpjega 147 għalliem fuq bażi supply li 22 minnhom għandhom status indefinit.
Jista' l-Ministru jgħid ħarġitx is-sejħa għal prinċipal għall-kulleġġ ta' Għawdex u jikkonfermax li l-ħsieb hu li dan il-kulleġġ jiġi magħqud ma' wieħed mill-kulleġġi f'Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ma nħarġitx is-sejħa għall-Prinċipal tal-Kulleġġ ta' Għawdex peress li dan il-Kulleġġ diġa' għandu Prinċipal u l-kuntratt ta' dan il-Prinċipal għadu ma skadiex. M'hemmx ħsieb li l-Kulleġġ ta' Għawdex jiġi maqgħud ma' wieħed mill-Kulleġġi f'Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma mingħajr impjieg u qed jirreġistraw għax-xogħol, f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex? Jista’ jipprovdi din l-informazzjoni kategorizzata skont l-età tal-persuna li qed tirreġistra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' persuni li kienu mingħajr impjieg u kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Marzu 2013 (skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata), skont l-età u f'kull lokalità f'Malta u f'Għawdex.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu, inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti li ġew iffirmati s'issa, jiġifieri sittax tas-segretarjat privat tiegħi (Dok 'A') u sebgħa tas-segretarjat privat tas-Segretarju Parlamentari (Dok 'B').