Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ persuna – pakkett finanzjarju u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandu fil-Ministeru tiegħu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? X’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra qed jingħata dan l-individwu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’xi seduta .
Jista’ l-Ministru jgħid liema kumpanija qed tipprovdi s-servizz ta’ security fil-Gozo Sports Complex? Kif ġiet magħżula din il-kumpanija u kemm ilha tipprovdi dan is-servizz? Kemm-il siegħa ta’ servizz kuljum tipprovdi din il-kumpanija f’dan il-post? Minn kemm ilha tipprovdi dan is-servizz sal-lum, kemm tħallset din il-kumpanija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li sakemm tingħata t-tender għas-servizz ta’ sigurta fil-Gozo Sports Complex, is-servizz qed jingħata mill-kumpanija Executive Security Services Ltd. Din il-kumpanija ġiet magħżula wara sejħa għall-offerti ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern li ħarġet fit-13 ta’ Marzu 2015 b’referenza MGOZ T 5/2015 bit-titolu “Provvediment ta’ Servizz ta’ Sigurta’ fil-Ministeru għal Għawdex”. Is-servizzi ta’ sigurta fil-Gozo Sports Complex ġew kummissjonati permezz ta’ addendum għal din it-tender.
Jiena nfurmat ukoll li din il-kumpanija ilha tipprovdi s-servizz fil-Gozo Sports Complex mit-3 ta’ Diċembru 2015 għal-13 il-siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa; 9 siegħat nhar ta’ Sibt; u 8 sigħat fil-Ħdud u btajjel pubbliċi u li sa issa għadhom ma sarux ħlasijiet lil din il-kumpanija għas-servizz pprovdut f’dan il-kumpless peress li l-kumpanija għada ma bgħatitx l-invoices relattivi.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li sejħa għall-offerti biex jiġi provdut servizz ta’ security fil-Gozo Sports Complex li ħarġet fil-bidu ta’ Marzu 2016 ġiet irtirata? Jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet għaliex din is-sejħa għall-offerti ġiet irtirata?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti msemmija fil-mistoqsija ġiet irtirata minħabba modifika li kien hemm bżonn fid-dokument tal-offerta u li din l-offerta ġiet ippublikata mill-ġdid fl-1 ta’ April 2016.
Pixxina f’Għawdex – sejħa għall-interess għall-bini u mmaniġġar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, issa li għalqet is-sejħa ta' interess għall-bini u immaniġġar ta' pixxina f' Għawdex, kemm kienu dawk li applikaw u min kienu? Jista' jgħid meta hu maħsub li jintgħażel il-preferred bidder f'din is-sejħa ta' interess? Jista' jgħid meta hu maħsub li tibda topera din il-pixxina u l-fatt li se tkun Public-Private Partnership (PPP) jista' l-Ministru jgħid x'qed jistenna l-Gvern minn dan il-ftehim?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha rikjesta minnu, tinsab elenkata fil-Press Release bin-numru PR 160507.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlametari 23773, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jingħata l-wearing course lit-triq li tagħti minn San Lawrenz għad-Dwejra peress li din għadha bil-base course biss? Jista’ jgħid meta hu maħsub li jsiru l-crash barriers f’din l-istess triq biex jiġi assigurat li ma jiġrix xi inċident b’konsegwenzi gravi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq li tagħti għad-Dwejra qiegħda fil-lista tax-xogħlijiet li għandhom isiru fil-futur qarib.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibda x-xogħol fuq Triq il-Qala fin-Nadur peress li din it-triq arterjali u li minnha jgħaddi ħafna traffiku nkluż trakkijiet mill-barrieri tal-Qala tinsab fi stat ħażin ħafna u dan peress li mhu qed issir l-ebda manutenzjoni fiha?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija hi nkluża fil-programm ta’ xogħljiet tal-Ministeru
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn il-Ħadd 20 ta’ Marzu, il-vapur tal-10:30 ta’ filgħodu l-ewwel għabba n-nies fil-livell ta’ fuq bil-konsegwenza li min diġà kien ilu ħin twil jistenna biex jirkeb, spiċċa niżel l-aħħar minn fuq il-vapur?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-raġuni kienet li peress li l-vapur kien qed jopera b’rampa waħda minħabba li l-oħra kienet bil-ħsara, l-kaptan ddecieda li biex jitħaffef ix-xogħol, l-aħjar mezz kien li l-ewwel jitgħabbew il-karozzi fuq ir-rampi ta’ fuq u wara ta’ taht sabiex hekk ikunu jistgħu jiġu mgħobbija madwar 20 karozza oħra, u b’hekk ikun qed jitħaffef il-ħin tal-proċess li kien qed ikun jieħu iktar fit-tul mis-soltu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx anzjani minn Għawdex li għamlu talba biex jingħataw il-Home Help Service u dan is-servizz għadu ma ngħatax? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid kemm hu n-numru ta' anzjani li qed jistennew biex jingħataw dan is-servizz?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Homehelp iltaqa’ fit-18 u fit-22 ta’ Marzu 2016. 23 każ ġew evalwati u s-servizz se jingħata lil dawk kollha li l-Bord approva.
B’hekk m’hemm l-ebda applikazzjoni pendenti.
Ministeru għal Għawdex – Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi — applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu applikazzjonijiet għall-mili ta’ postijiet fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fl-aħħar sentejn? Jista’ jelenka dawn il-postijiet u jgħid kemm kien hemm postijiet vakanti għal kull sejħa? Jista’ jgħid jekk l-intervisti relatati mal-mili ta’ dawn il-postijiet sarux u jekk fl-affermattiv jista’ jgħid jekk ir-riżultati ġewx ippubblikati?
Response (REFALO, ANTON)
Il-Ministeru għal Għawdex jagħmel diversi talbiet lill- l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lill-Ministeru tal-Finanzi għal sejħiet. L-ammont ta’ vakanzi mhux fiss minħabba tibdil fil-prijoritajiet tax-xogħlijiet li jinqalgħu minn żmien għal ieħor.
Ministeru għal Għawdex – xogħol ta’ konsulenzi legali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22441, jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva proposti l-Gvern u meta ser iħabbar l-eżitu tal-proċess?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern irċieva proposta waħda. L-eżitu tal-proċess jitħabbar mill-Gvern meta l-kompiti kollha neċessarji relatati ma’ dan ir-Request for Proposals ikunu ġew imwettqa b’mod metikoluż.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx minn tal-anqas persuna b’diżabilità f’kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab informat li bħalissa fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħi hemm jaħdmu 11 -il persuni b’diżabilità.
Mis-sena 2012, l-aħħar sena sħiħa tal-gvern preċedenti, kien hemm żieda ta’ 2 persuni.
Ministeru għal Għawdex – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex u l- entita’ li taqga’ taħt id-dekasteru tiegħu, ma taw l-ebda xogħol ta’ konsulenza lill-kumpanija msemmija mill- 1999 sa Marzu 2013.
Ministeru għall-Għawdex – xogħol mogħti lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu minn April 2013 sa Novembru 2015?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar il-kumpanija msemmija għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-Triq li tagħti minn San Lawrenz għad-Dwejra għadha b'kisja waħda ta' tarmak? Jista’ jgħid jekk jistgħux isiru crash barriers f'din l-istess triq speċjalment f'ċertu postijiet fejn hemm periklu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi fl-2011 ma kienx ngħata il-wearing course minnħabba raġunijiet finanzjarji. Is-sitwazzjoni tal-crash barriers qed tiġi evalwata biex dawn isiru b’mod estetiku tajjeb għall-post.
San Lawrenz — Triq San Lawrenz u Triq id-Duluri - tarmak
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fuq Triq San Lawrenz f'San Lawrenz? Jista’ jgħid meta hu ppjanat li tinqala u tinbena mill-ġdid Triq id-Duluri f'San Lawrenz?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi x-xogħol fuq il-wiċċ ser jitkompla hekk kif jitlesta x-xogħol fuq is- servizzi. Is-sejħa għall-offerti biex isir ix-xogħol fi Triq id-Duluri qiegħda tiġi mħejjija.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret jew qegħda ssir għall-preservazzjoni u l-użu tat-Torri ta’ De Redin li jinsab ġewwa x-Xlendi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet biex dan it-Torri jiġi restawrat mill-Ministeru għal Għawdex u l-Kunsill Lokali tal-Munxar.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Gozo Sports Board ma tax għajnuna - biex fil-Gozo Marathom ta’ din is-sena li ser issir fl-aħħar Ħadd ta' April issir ukoll it-tellieqa tal-Mountain Bikes kif sar fl-aħħar snin? Jista' jara li din l-għajnuna tingħata biex dan l-avveniment sportiv ikun jista’ jsir?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal sena oħra l-Gozo Sports Board ser ikun wieħed mill-isponsors ewlenin fil-Gozo Half Marathon u saħansitra żied l-għajnuna. Wieħed irid jinnota lli l-attivita’ tal-Mountain Bikes hija organizzata mill-Gozo Half Marathon Club, li jiddeċiedi jekk issirx din l-attivita’. Il-Gozo Sports Board minn naħa tiegħu qed jagħmel dak kollu possibli sabiex il-Gozo Half Marathon Club idaħħal din l-attivita’ fil-programm tiegħu.