Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #32662 Sitting 503 2017-04-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Second Class water — bdiewa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta u fejn, se jibda jintuża s-second class water min-naħa tal-bdiewa? Kemm se jkun il-ħlas li se jintalbu jħallsu l-bdiewa għall-ilma li se jkunu qed jużaw? Kemm qed jiġi prodott ilma second class mid-diversi postijiet fejn qed isseħħ it-tisfija tad-drenaġġ? Kemm minn dan l-ilma hu mistenni li jintuża għal skop agrikolu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li se tingħata iktar informazzjoni fil-futur.
Leg 12 PQ #29814 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Performance Bonuses

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħlas ta’ performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.
Leg 12 PQ #32252 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Raħal Ġdid — Ġnien il-Meditteran - arbli tad-dawl

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31774 jista' l-Prim Ministru jara li jsir xogħol ta' żebgħa peress li jinsabu kollha sadid?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li bħala parti mill-ħidma kontinwa tal-Kumpanija biex ittejjeb il-kwalita’ tas-servizzi tagħha u ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, qed jiġi ppjanat xogħol li permezz tiegħu dawn l-arbli jkunu jistgħu jitneħħew fiż-żmien li ġej.
Leg 12 PQ #32474 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Clubs/Assoċjazzjonijiet sportivi – għotja ta’ art pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30067 u 29506 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ clubs/assoċjazzjonijiet sportivi Maltin u Għawdxin li ngħatatilhom art pubblika (direttament mid-Dipartiment tal-Artijiet) biex jiżviluppaw u joperaw faċilitajiet sportivi tagħhom? Għal kull każ jista’ jgħid: a) l-isem tal- club /assoċjazzjoni; b) fejn jinsab is-sit; c) x’daqs (f’metri kwadri) fiha l-art; d) fiex jikkonsistu l-faċilitajiet; u e) meta ngħatatilhom u b’liema titlu ngħatatilhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #32475 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – policy dwar first aiders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix policy dwar il-bżonn ta’ First Aiders (persuni li jkunu mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna f’każ ta’ inċident) fis-Servizz Pubbliku u jekk iva, jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Regolamenti dwar l-Ewwel Għajnuna fuq il-Post tax-Xogħol (Leġislazzjoni Sussidjarja 424.13). Kif indikat f’Regolament nru. 3, dawn ir-Regolamenti japplikaw għal kull post tax-xogħol. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-imsemmija regolamenti.
Leg 12 PQ #32476 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – postijiet fejn hemm defibrillator

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm defibrillator?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #32477 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – ħaddiema — polza ta’ assikurazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuni oħrajn waqt il-ħin tax-xogħol fis-Servizz Pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #32478 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa Power station — art

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-art fejn hemm il-power station tal-Marsa u li issa m’għadhiex tintuża, se tinbidel fi spazju pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Huwa ta’ sodisfazzjon li wara snin shah ta’ wegħdiet li qatt ma inzammu taht gvernijiet Nazzjonalisti, illum m’għadniex nitkellmu dwar meta ser tingħalaq il-Marsa Power Station iżda dwar x’ser jiġri mill-art tagħha wara li Enemalta tkun lestiet it-twaqqigħ tal-istrutturi tal-istess power station. Il-Marsa Power Station intfiet f’Marzu 2015. Boilers 4 sa 8 inqatgħu għal kollox mis-sistema tad-distribuzzjoni fit-12 ta’ Marzu li għadda meta ma kienx ghadu meħtieġ li tibqa’ cold standby għas-sigurtà tal-provvista, hekk kif bdew joperaw l-impjanti l-ġodda li jaħdmu bil-gass naturali f’Delimara. Enemalta għaddejja bix-xogħol tat-twaqqigħ ta’ dan l-istazzjon b’ritmu mgħaġġel, hekk kif diversi partijiet minnu diġa tneħħew. Għalissa, il-priorità hija li s-sit tal-Marsa Power Station jitnaddaf mill-apparat antik tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u mill-istrutturi relatati. Meta din il-ħidma titlesta, is-sit tal-Marsa Power Station jeħtieġ jifforma parti minn inizjattivi ta’ riġenerazzjoni sostenibbli li joffru spazji miftuha u ta’ rikreazzjoni fl-inħawi tal-Marsa u tal-Port il-Kbir. Se ssir konsultazzjoni mill-iktar wiesa dwar dan, fost ohrajna mal-Kunsilli Lokali.
Leg 12 PQ #32479 Sitting 502 2017-04-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta – Triq l-Arċisqof – permessi biex stabbilimenti joħorġu mwejjed u siġġijiet fit-triq

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30060 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 28258, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ permessi li ngħataw biex stabbilimenti li jinsabu fi Triq l-Arċisqof, Valletta, joħorġu mwejjed u siġġijiet fit-triq u għal kull każ jgħid meta ngħata l-permess u għal xiex ingħata (jiġifieri kemm spazju f’metri kwadri jew in-numru ta’ mwejjed u siġġijiet) u jagħti l-informazzjoni għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li permessi maħruġa mill-Awtorita tal-Ippjanar huma dawn: PA No. Proposal Area PA/01912/15 Change of use from class 4b use to class 4c, including placing of tables and chairs in front of premises . 16 sq.m. PA/01639/16 Placing of tables and chairs in front of existing class 4c pub. 7.4 sq.m DNO No. Proposal Area DN/00787/14 Permit for tables and chairs 12m² DN/02049/14 Placing of tables & chairs and shifting of w/c door. 12.6m² DN/02045/15 Placing of tables & chairs. 10.5m²
Leg 12 PQ #31538 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada — Kunflitt ta’ interess fl-audit ta’ frodi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ħa wara rapport fit-Times tas-27 ta’ Frar 2017 dwar kunflitt ta’ interess fl-audit tal-frodi fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada min-naħa tal-IAID?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 32266.
Leg 12 PQ #32356 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta – ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm minn dawk il-ħaddiema tal-Enemalta għażlu li jitilqu u ġew trasferiti fuq il-kotba tal-gvern? F’liema dipartimenti jew entità ġew hekk trasferiti? F’liema skala kienu qed jaħdmu qabel telqu mill-Enemalta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema tal-ex Korporazzjoni Enemalta huma kollha impjegati fuq il-kotba tal-ERL.
Leg 12 PQ #32357 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni fiċ-ċivil li għandhom degree universitarja – allowance speċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ persuni fiċ-ċivil li għandhom degree universitarja u li għaliha jieħdu allowance speċjali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #32358 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema taċ-ċivil – scholarships jew promotions

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li f’każi ta’ sejħiet għal promotions jew opportunità ta’ scholarships, il-ħaddiema taċ-ċivil fil-fatt qed jiġu mgħarrfa b’dawn il-possibilitajiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #32366 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Policy Guidance and Standards for Outdoor Catering Areas on Public Open Spaces – permessi biex jitneħħew spazji ta’ parkeġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn mindu ġie ppublikat f'Ġunju tal-2016 il-Policy Guidance and Standards for Outdoor Catering Areas on Public Open Spaces kemm-il permess inħareġ mill-Kummissjoni tal-Ippjanar taħt l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jitneħħew spazji ta' parkeġġ? Minn dawn il-permessi kemm-il spazju tneħħa u f'liema lokalitajiet f'Malta u Għawdex? Minn dawn il-permessi kemm minnhom ingħataw il-permess ambjentali mill-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent li hu obbligu bil-liġi? Jekk huwiex minnu li hemm min ħa permess mill-Awtorità tal-Ippjanar u diġà għandu l-istruttura temporanja flok il-parkeġġ pubbliku u qed jopera mingħajr il-permess ambjentali? Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni ma’ Transport Malta u jekk iva, jekk hux qiegħda tieħu inkonsiderazzjoni l-effett tat-tneħħija ta’ parkeġġ fuq it-traffiku? Jista’ jgħid saritx konsultazzjoni mas-Sovrattendent tas-Saħħa Pubblika u jekk iva, hux jaqbel mal-periklu li l-klijenti qegħdin fuq struttura maġenb karozzi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nformat mill-Awtorita tal-Ippjanar li minn mindu ġie ppublikat f'Ġunju tal-2016 il-Policy Guidance and Standards for Outdoor Catering Areas on Public Open Spaces inħarġu (30) permess mill-Kummissjoni tal-Ippjanar taħt l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jitneħħew spazji ta' parkeġġ u jitpoggew imwejjed u siggijiet. Minn dawn il-permessi tneħħew seba’ w’erbghin (47) spazju ta’ parkegg f’dawn il-lokalitajiet f'Malta u Għawdex: Belt Valletta B’Kara Birzebbugia Ghajnsielem Gzira Kirkop Marsascala Mosta Msida Qormi Rabat San Giljan San Pawl il-Bahar Senglea Sliema Birgu Ninsab nformat ukoll li ssir konsultazzjoni ma’ Transport Malta u mad-Direttorat tas-Sahha Ambjentali fuq kull applikazzjoni li tircievi l’Awtorita’ ta’ l-Ippjanar. Il-Policy Guidance and Standards for Outdoor Catering Areas on Public Open Spaces kienet ukoll mahduma bejn il-Government Property Department , il-Planning Authority, l-Awtorita tat-Turizmu u Transport Malta u kienet ħarget għal konsultazzjoni mal- pubbliku qabel ma ġiet maqbula u ppublikata. Għal-kumplament tal-mistoqsija , nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #32472 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Valletta FC– art għall-bini ta’ stadium

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn se jingħataw art il-Valletta FC biex jibnu l-istadium u l-faċilitajiet tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #32473 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Valletta FC — proġett

Question

Peress li kien il-Gvern li indika lill-Valletta FC li ma setgħux ikomplu jaħdmu fuq il-proġett fuq is-sit mgħoddi lilhom fl-2011, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-Gvern kien se jirrifondi lill-Valletta FC l-ispejjeż li għamlu b’rabta mal-proġett kif ukoll bl-ispejjeż li kellhom jiffaċċjaw minħabba l-kiri ta’ grounds għat-taħriġ tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #32635 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċens – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ ċens?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #32648 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizzi Pubbliku — proċess ta' għażla kompettitiv għad-dħul fi grad ta' uffiċjal prinċipali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32368 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32023 u ċjoè “B'referenza għall-aħħar sejħa dwar proċess ta' għażla għad-dħul fil-grad ta' Uffiċjal Prinipali fis-Servizz Pubbliku, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li kienu ġew inkarigati żewġ bordijiet għat-tieni parit tal-eżami u, jekk fl-affermattiv, jgħid kemm kandidati resqu u kemm għaddew minn kull bord" , peress li fit-tweġiba ġejt mitlub nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30925 u peress din it-tweġiba hi dwar suġġett differenti jista' l-Prim Ministru jagħti risposta hekk kif kien mitlub fil-mistoqsija oriġinali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għat-tieni parti tal-ezami għad-dħul ta’ Uffiċjal Prinċipali fis-Servizz Pubbliku ġew inkarigati ¿ewġ bordijiet li hadmu xorta bħala bord wieħed tant li ħareġ rizultat wieħed b’ordni ta’ mertu wieħed. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija f’mistoqsija parlamentari 30925.
Leg 12 PQ #32649 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – Post Uffiċjal Prinċipali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32367 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32022, fejn kien ġie mitlub li tingħata r-raġuni li fl-aħħar sejħa għall-post ta' Uffiċjali Prinċipali fis-Servizz Pubbliku, minkejja li kien hemm diversi petizzjonijiet mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, ma ġietx applikata l-proċedura normali li ma jsirux ħatriet qabel ma tingħata risposta finali għall-petizzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-passat kienx hemm każijiet simili fejn il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku appuntat persuni qabel ma kien hemm risposta final għall-petizzjonijiet imressqa quddiemha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nformat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li r- regolament 26(2) tar-Regolamenti tal-2015 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar Ħatriet liema estrat qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ tieħu azzjoni biex jew tippermetti li vakanza timtela minkejja s-subregolament (1) jekk huwa neċessarju fl-interess pubbliku li timtela l-vakanza mingħajr dewmien; jew jista jiġi provdut rimedju, f’każ li l-Kummissjoni tilqa’ l-petizzjoni magħmula mill-applikant, fi żmien raġonevoli minkejja li l-vakanza tkun imtliet. F’dan il-każ, fit-12 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni kkunsidrat favorevolment it-talba li kellha quddiemha sabiex jimtlew vakanzi fil-post ta’ Prinċipal fis-Servizz Pubbliku, qabel ma jiskadi l-perjodu li fih setgħu isiru petizzjonijiet mal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni dehrilha li kien fl-interess pubbliku li jsiru l-ħatriet, aktar u aktar meta dawk appuntati kellhom jattendu għall-perjodu ta’ taħriġ. Huwa kkonfermat li fil-passat kien hemm każijiet simili fejn il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku appuntat persuni qabel ma kien hemm risposta finali għall-petizzjonijiet imressqa quddiemha.