Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm kienu rrapportati każi avvelenament fl-ikel minn stabbilimenti ta' l-ikel u x'kienu l-kawżi ta' dawn l-avvelenamenti matul l-aħħar tliet snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub li jagħti aktar informazzjoni għall-liema stabbilimenti ta' l-ikel qiegħed jirreferi. Jekk humiex minn:
. ristoranti/lukandi
. cafeterija
. sptarijiet
. avvenimenti privati
jew xi sorsi oħra li l-Onor. Interpellant irid jirreferi għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-infermiera li ngħataw transfer bejn Novembru, 1996 u Awissu, 1998? Kemm minnhom kienu staff nurses u kemm kienu enrolled nurses? Jista' l-Ministru jagħti wkoll id-dati ta' meta kienu ħarġu dawn it-transfers u kemm kienu l-infermiera trasferiti kull darba?
Jista' l-Ministru jagħti n-nefqa fuq mobile phones u telefonati (fuq mobiles) tas-Segretarjat tas-Saħħa bejn Novembru, 1996 u Awissu, 1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa fuq mobile phones u telefonati tas-Segretarjat tas-Saħħa bejn Novembru 1996 u Awissu 1998 kienet ta' Lm6,600. L-informazzjoni f'aktar dettall qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema mpjegati li jaqgħu taħt id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ħadu aktar minn Lm500 f'overtime fil-perjodu bejn Jannar u l-aħħar ta' Novembru, 1998? Jista' l-Ministru jgħid kemm ħa kull impjegat u minn min kien awtorizzat dan l-overtime?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati li jaqgħu taħt id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika li ħadu aktar minn Lm500 f'overtime bejn Jannar u l-aħħar ta' Novembru 1998 kienu awtorizzati minn kif ġej:
Isem Ammont Awtorizzat
Lm
______________________________________________ ___________________
Baldacchino Carmel 1313.50 Direttur Saħħa Pubblika
Cassar Francis 1364.78 Direttur Saħħa Pubblika
Borg Micallef Joseph 1127.64 Direttur Saħħa Pubblika
Camilleri Paul 1152.78 Direttur Saħħa Pubblika
Craus Louis 1378.00 Manager Nursing Services -
Mount Carmel Hospital
868.00 Direttur Saħħa Pubblika
Mangion Borg Emanuel 1444.00 Manager Nursing Services -
Mount Carmel Hospital
1138.71 Direttur Saħħa Pubblika
Micallef Jesmond 1530.00 Manager Nursing Services -
Mount Carmel Hospital
Paul Pace 817.66 Tabib Ewlieni tal-Gvern
Dipartiment tas-Saħħa — Xiri ta' ophtalmic angiography machine
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx it-tender għal xiri ta' ophthalmic angiography machine u jekk fin-negattiv meta beħsiebu jagħmel dan, peress li hemm lista konsiderevoli ta' pazjenti li qed jistennew din l-investigazzjoni tant importanti għalihom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm swali fl-Isptar San Luqa b'kollox? Kemm minn dawn jaqgħu taħt ir-reparti tal-mediċina, pedjatrija, kirurġija u ġenikoloġija konsekuttivament?
Kemm hemm sodod fl-ITU u dan l-ammont għalkemm jista' jiġi mkabbar f'każi ta' xi emerġenza kbira?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-Isptar San Luqa hemm 37 sala mqassmin hekk:
10 Mediċina
17 Kirurġija
3 Ostetricia
1 Ġinekoloġija
2 Pedjatrija - mediċina
1 Pedjatrija - kirurġija
1 Kura Intensiva - Kbar
1 Kura Intensiva - Trabi
1 Psikjatrija
Fl-ITU hemm 13-il sodda u jista' wkoll jintuża l-kuridur bi 13-il sodda oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa? Ta' liema kategorija huma? F'liema sptarijiet qed jaħdmu? Kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Dipartiment tas-Saħħa — Coronary artery by-pass grafts
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru coronary artery bypass grafts, sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin, kemm dawk li saru lokalment kif ukoll dawk il-pazjenti li ġew imsiefra barra minn Malta? Kemm kellhom żmien dawn il-pazjenti, ta' liema sess kienu u kemm spiċċaw biex mietu b'kumplikazzjoni diretta jew relatata ma' l-istess operazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Matul dawn l-aħħar għaxar snin, saru coronary artery bypass grafts kif ġej:-
1988 - 67
1989 - 61
1990 - 106
1991 - 129
1992 - 118
1993 - 164
1994 - 155
1995 - 16
1996 - -
1997 - -
Dawn il-pazjenti kienu ta' l-etajiet kif ġej:-
Eta' 1992 1993 1994
____________________________________________ ___________
20 - 30 1 - 2
31 - 40 2 1 -
41 - 50 11 20 12
51 - 60 30 47 38
61 u iżjed 74 96 103
___________________________________________ _____________
Total 118 164 155
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kuntratt dwar id-disinji ta' l-isptar f'Tal-Qroqq ingħata b'direct order? Lil min ingħata? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt bejn il-Gvern u/jew l-FMS u l-kuntrattur imqabbad?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-possibilta' ta' xogħol għad-disinji ta' l-Isptar il-Ġdid hija kkontemplata fil-Memorandum of Understanding li l-F.M.S. iffirmat ma' Skanska Malta J.V. fl-4 ta' Diċembru 1998.
Ma jeżistix kuntratt ta' disinji hekk kif mitlub.
Billi riċentement f'mistoqsija parlamentari l-Ministru qal li qabel l-1996 l-isptar tal-Qroqq kien se jinkludi skola medika u istitut tal-kura tas-saħħa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-disinji ta' l-iskola medika u ta' l-istitut tal-kura tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema mistoqsija parlamentari qed jirreferi.
Jista' d-Dipartiment tas-Saħħa jikkonsidra li jintroduċi Steriod Treatment Card biex pazjenti li jkunu fuq steriods ikunu jistgħu jżommu din il-card fuqhom?
Billi din il-card diġa' teżisti barra minn Malta (sample tagħha qed tintbagħat separatament) possibbli li din l-inizjattiva jeħodha wkoll id-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Steroid cards ilhom jeżistu fl-isptar San Luqa għal diversi snin. Dawn fil-bidu, kellhom informazzjoni bl-ingliż biss. Xi sitt snin ilu, fuq inizzjattiva ta' konsulent u tal-Pharmacy Unit, dawn ġew tradotti bil-Malti. Dawn il-cards jinstabu fl-Out Patient Clinics kif ukoll fis-swali u fl-ispiżerija ta' St. Luke's. Kopja ta' dawn il-cards qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar reġistrazzjoni ta' kummissjonanti (care takers) ġodda fuq bażi part-time?
X'ikollu bżonn biex wieħed japplika u fejn irrid japplika?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li dan id-Dipartiment ma jirreġistrax kummissjonanti la fuq bażi full-time u lanqas part-time iżda trading licence hija neċessarja mill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex persuna teżerċita s-sengħa ta' kummissjonant.
Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: a) kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; u d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'risposta għall-PQ numru 2172, qed tiġi mehmuża bħala `Appendiċi A' lista tat-`tenders dipartimentali li ngħataw mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-1 ta' Diċembru 1998 u li kienu ta' valur ta' `l fuq minn LM1000. Il-lista tinkludi wkoll in-natura tal-prodott, il-kuntrattur li rebah il-kuntratt u r-`rata' rispettiva ta' kull kuntratt. Minħabba l-fatt li, fil-maġġoranza kbira l-kuntratti ngħataw fuq bażi ta' żmien (``time based'') kif indikat f'Appendiċi `A', mhux possibli li jingħata l-valur totali ta' kull kuntratt minħabba li dawn il-kuntratti mhumiex marbutin ma' kwantitajiet definittivi. Infatti x-xiri fuq tali kuntratti isir skond il-bżonnijiet tad-dipartiment kull darba li tkun ser issir talba għal xi kunsinna. Minħabba din ir-raġuni wkoll, il-prezzijiet kif jidhru f'Appendiċi `A' huma bbażati fuq ir-rata kif mgħotija mill-kuntratturi fl-offerti tagħhom. Pero', l-istima oriġinali ta' kull waħda minn dawn it-`tenders' ma kenitx teċċedi l-LM20,000.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli tiġi approvata l-mediċina COZAAR lill-persuna li n-numru ta' l-identita' tagħha qed jintbagħat separatament peress li dan il-każ ilu mressaq minn speċjalisti tad-dipartiment tal-mediċina madwar sitt xhur?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-każ imsemmi kien ġie kkunsidrat mid-Drugs and Therapeutics Committee f'Ottubru 1998. Peress li ma kienx hemm informazzjoni biżżejjed, il-każ ġie riferut lill-konsulent tal-pazjenta. Peress li ma kienx hemm feedback mill-konsulent lill-kumitat, il-każ ma setax jiġi segwit. Kien biss fl-4 ta' Diċembru li għadda li d-Drugs and Therapeutics Committee sar jaf bl-informazzjoni neċessarja u fil-fatt irrakkomanda din il-mediċina. Il-każ issa ġie mressaq għall-approvazzjoni lill-A/CGMO.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward dawk il-mediċini li qegħdin out of stock jew b'xi mod mhumiex jingħataw lill-pazjenti tagħna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-mediċini li ma ngħatawx lill-pazjenti u li qegħdin out of stock illum huma:
Din il-lista tinkludi:
1. Mediċini li qegħdin jiġu diskussi mid-`Drugs and Therapeutics
Committee (DTC)' biex jiġu maqtugħa minn fuq il-formularju
Atropine sulphate tablets
Stilboestrol 1mg tablets
2. Mediċini li s-Servizzi Farmawċewtiċi tal-Gvern għandu problema
biex jixtrihom
Cholera vaccine
Flurazepam 15mg tablets
Gluten free biscuits
Gluten free pasta
Hydroxychloroquine 200mg tablets
Mesalazine tablets
Methylergometrine tablets
Pancreatin high dose tablets
Promethazine injections
Salbutamol 4mg tablets
Senna tablets
Stilboestrol 5mg tablets
3. Mediċini li għalkemm ma jinstabux fl-imħażen tas-Servizzi
Farmaċewtiċi tal-Gvern ikun fadal stokk minnhom f'xi spiżeriji
tal-Gvern.
Haloperidol syrup
Methylcellulose tablets
Sucralfate 1G tablets
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista': a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bejn il-5 ta' Settembru u l-10 ta' Novembru 1998 kien hemm l-ordnijiet li jidhru hawn taħt:
_________________________________________ ____________________________
Full page advert fis-SAGħTAR MUT Publications Ltd. Lm204
___________________________________________ __________________________
1500 Postcards dwar "Nutrition
& Women" Printwell Ltd. Lm749.52
________________________________________ _____________________________
3000 Kopja ta' ktejjeb dwar it-T.B. Repco House Co. Ltd. Lm355
___________________________________________ __________________________
Reprinting 10,000 kopja ta' ktejjeb
Dwar Dieta Tajba lit-tfal tal-iskola Gutenberg Press Lm1300
__________________________________________ ___________________________
Fuljett "Mela Trid Tieqaf" -
5000 kopja Printwell Press Lm750
___________________________________________ __________________________
5000 Poster għal Jum Dinji tal-AIDS Poulton Press Lm350
___________________________________________ __________________________
Advert re-appointment of external
Auditors
Recruitment of Biomedical Engineer Crown Advertising Ltd. Lm1469.40
_______________________________________ ______________________________
Printing of Stationary Offset Press Ltd. Lm312.30
________________________________________ _____________________________
Christmas Cards Eden Foundation Lm59.00
_________________________________________ ____________________________
Ma jirrizultax li kien hemm xi persuni/ditti li kienu joffru s-servizz tar-reklamar qabel il-5 ta' Settembru u twaqqfu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Isptar Monte Carmeli kienx hemm xi nursing aide li bejn l-aħħar ta' Ottubru, 1996 u l-5 ta' Settembru, 1998 ħa xi promotion? Jekk iva, min kienu, fejn kienu jaħdmu u xi promotion ħadu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi sal-lum m'hemm ħadd li hu maħtur fil-grad ta' Nursing Aide fid-Diviżjoni tas-Saħħa, ir-risposta għal din il-Mistoqsija hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk id-Dipartiment tas-Saħħa bgħattx u għamilx spezzjonijiet ġewwa Triq A.M. Valperga kantuniera ma' Triq il-Ġiżi, Fgura għal diversi problemi konnessi ma' l-iġjene?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara spezzjonijiet li saru fl-akkwata ta' Triq A.M. Valperga ma' Triq Giżi, Fgura, ġie identifikat sit ta' art privata fejn jinstab ammont ta' skart. Id-Dipartiment qiegħed fi proċedura sabiex jittieħdu l-passi neċessarji kontra s-sid ta' l-art sabiex din titnaddaf.
Peress li ma kienx hemm indikazzjoni ta' problemi oħra konnessi ma' iġjene, qed nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal dan is-sit bħala l-problema konnessa ma' l-iġjene.
Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew pazjenti fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid, Bormla, Rabat, Gżira u Qormi mill-1 ta' Jannar, 1998 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' pazjenti li attendew mill-1 ta' Jannar 1998 sa l-aħħar ta' Ottubru fiċ-Ċentri tas-Saħħa huma:
Raħal Ġdid 82,700
Bormla 28,491
Rabat 35,210
Gżira 41,970
Qormi 44,634