Studenti b'diżabilita' — programm individwali edukattiv
Question
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hux l-istudenti b’diżabilita' kollha għandhom programm individwali edukattiv? Jekk le, x’inhi r-raġuni għal dan? Jista’ jgħid ukoll x’diffikultajiet oħra hemm sabiex dawn it-tip ta’ programmi jkunu implimentati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti kollha li jattendu l-iskejjel speċjali għandhom Programm Individwali Edukattiv. Informat ukoll li l-istudenti b'diżabilita' kollha li jattendu skejjel mainstream u li huma assenjati facilitator ukoll għandhom Programm Individwali Edukattiv.
Jista’ il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4850 u cioe' jista' jgħid mill-bidu ta' din is-sena skolastika sal-lum kienx hemm xi rapporti ta' teħid u/jew pussess ta' droga fl-iskejjel? Jekk iva, jista’ jgħid kemm kienu bniet u subien, x'etajiet kellhom u jekk kienux imorru fl-iskejjel ta’ l-Istat, tal-Knisja jew dawk privati? X'passi ttiehdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul is-sena skolastika kien hemm 48 rapport dwar it-tehid jew suspetti tad-droga. 20 kienu bniet u 28 kienu subien u etajiet ivarjaw bejn 13 u 16 il-sena. Kemm skejjel Statali, tal-Knisja u Indipendenti kienu involuti. F'dawn il-każijiet kollha saret ħidma mis-Substance Abuse Policy Team fi ħdan is-Safe Schools Programme. Dan huwa Unit fi ħdan it-Taqsima ta' Student Services fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Dawn ir-rapporti kollha qegħdin jiġu mmexxija minn dan it-tim b'koordinament ma' l-amministrazzjoni ta' l-iskola flimkien mal-Guidance and Counselling Unit. Fi tlett każi qed issir ħidma koordinata li tinvolvi wkoll lill-Aġenzija sedqa u t-Taqsima kontra d-Droga tal-Puluzija. F'26 każ ġiet involuta l-aġenzija sedqa u fis-6 każi l-oħra ġiet involuta l-pulizija għal iktar investigazzjoni.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet fil-grounds tal-football li huma amministrati jew inkella jaqgħu taħt il-kontroll tal-Ministeru ta’ l-iSport jew inkella xi entita` oħra fid-dekasteru, bħall-kunsill Malti ta’ l-isport, sabiex jiġi żgurat li l-lasti huma mwaħħla ma’ l-art? Saru xi spezzjonijiet fil-grounds tal-football li fihom jattendu mijiet ta' tfal u adulti sabiex tiġi żgurata s-saħħa tagħhom u mħarsa s-sigurta` ta' dawk li jieħdu sehem fil-football?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-grounds tal-football fl-iskejjel saru l-ispezzjonijiet meħtieġa.
Ninsab informat ukoll illi l-lasti fil-Grounds taċ-Ċentru Sportiv il-Marsa huma fi stat tajjeb u mhumiex ta' periklu. Uħud minn dawn il-lasti mhumiex fissi biex ikunu jistgħu jintużaw f'diversi partijiet tal-ground. Ara wkoll tweġiba għall PQ numru 3083.
Skejjel — Kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-għalliema
Question
Jista’ il-Ministru jgħid jekk taħt ir-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea għandux isir xi tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ l-għalliema minbarra l-emendi proposti fl-abbozz ta’ liġi li qed jiġi diskuss fil-Parlament li jikkonċerna l-warrant lill-għalliema li ġejjin minn xi pajjiż membru jew inkella ta’ l-EEA?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-għalliema huma responsabbilita' esklussiva ta' kull Gvern tal-pajjiżi membri ta' l-UE.
Jista' il-Ministru jgħid kemm weġġgħu fuq ix-xogħol din is-sena impjegati tal-gvern u ma liema dipartiment jaħdmu?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Awtorita' dwar il-Ħarsien tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (OĦSA), ma żżommx din l-istatistika partikolari. Statistika bħal din tinżamm mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jaqa' taħt Ministeru ieħor.
Skejjel tal-gvern — Għalliema gradwati bħala avukati
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu għalliema fl-iskejjel tal-gvern li huma gradwati bħala avukati? Min huma u f'liema skola jgħallmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel tal-Gvern hemm żewġ għalliema li huma gradwati bħala avukati. Għalliem li jgħallem fl-iskola Primarja 'Gianni A.Cilia' ta' l-Imġarr u għalliema oħra li tgħallem fl-iskola tal-bniet 'Sir Adrian Dingli' Junior Lyceum, Pembroke.
Skejjel tal-gvern — Duttur fil-liġi li jkun għalliem
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk duttur fil-liġi li jkun qed jaħdem bħala għalliem f'waħda mill-iskejjel governattivi huwiex jitħallas għall-post graduate degree tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li s-sejħa għall-applikazzjoni għall-għalliema fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, fost oħrajn, tistieden ukoll applikazzjoni mingħand individwi li jkollhom il-grad ta' Baċellerat u l-PGCE kif ukoll mingħand applikanti li għandhom id-Dottorat fis-suġġett li għalih jixtiequ japplikaw.
Għalliema li għandhom kwalifiki bħal diploma, degree, masters jew dottorat, liema kwalifiki ġew użati bħala rekwiżiti biex dak li jkun jinħatar għalliem, jistgħu japplikaw biex ikunu kkunsidrati li jingħataw allowance għal dawn il-kwalifiki.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel, primarji u sekondarji li jinsabu ġewwa Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Fgura, Żabbar u Xgħajra? Min huma l-kapijiet ta' kull skola? Kemm ilhom jokkupaw din il-pożizzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex l-Universita' ta' Malta ma tibqax fis-sitwazzjoni prekarja finanzjarja li tinsab fiha?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Ministeru qed iħejji evalwazzjoni u rakkomandazzjonijiet dwar is-sitwazzjoni permezz ta' grupp ta' xogħol immexxi mis-Sur Roderick Chalmers. Ir-rapport inizjali mistenni jkun lest sa l-aħħar tas-sena.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-bord tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada hu kompost hekk:-
Ray Fenech - President
Louise Aquilina
Peter Fenech
Joseph Magro
Alfred Rizzo
Marilyn Sciortino
Jista' il-Ministru jgħid xi pjani oħra ta' xogħol hemm għall-iskola primarja ta' Tal-Pieta' wara diversi talbiet li saru mill-istess skola? Meta se jsiru dawn ix-xogħlijiet li bosta minnhom kienu mwiegħda li se jsiru u jitlestew sas-sajf li għadda?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li qed issir survey u kif ukoll pjanti, biex issir applikazzjoni mal-MEPA ħalli jinbnew żewġt ikmamar oħra biex jintużaw bħala store, peress li l-istore eżistenti qiegħed f'parti prominenti ta' l-iskola u jista' jintuża' għal skop aktar edukattiv.
Informat ukoll li hemm
r
e
taining wall
li ser jinħatt u jerġa jinbena mill-ġdid peress illi żżaqqaq. Ser jinqalgħu r
-railings
tal-ħadid eżistenti u minflokhom jinbnew ċnut tal-ġebel li jkunu kemm isbaħ u kif wkoll iktar żguri għat-tfal.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies kemm full time kif ukoll part-time mal-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid min kienu dawn il-persuni u x'xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika f'kull każ, kif ukoll intervisti lil dawk interessati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukativi għandha 12 il-impjegat full-time u 117 part-time li 6 minnhom huma sekondati jew mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jew minn xi ente pubblika oħra. Ix-xogħol ivarja minn CEO, għal taħriġ, responsabbilita' għal programmi edukattivi skond il-missjoni tal-Fondazzjoni. L-impjegati part-time jagħmlu xogħol ta' għalliema fil-programmi ta' litteriżmu.
Ġejt assigurat li l-Fondazzjoni imxiet mal-proċeduri ta' reklutaġġ stabbilit mill-liġi.
Ma nħossx li għandi nippubblika l-ismijiet ta' l-impjegati.
Industrial projects & services ltd. — Ex ħaddiema tal-Malta Drydocks
Question
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3705 li saret f’seduta numru 90; jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qed jagħmlu l-107 ħaddiem li hemm imsemmija f’dik it-tweġiba? F’liema sezzjoni qed jaħdmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li bħalissa hemm 106 ħaddiem ex-Malta Drydocks u ex-Malta Shipbuilding mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li qed jaħdmu f'dawn is-sezzjonijiet;
- 64, mal-Maintenance Unit tat-Technical Services Branch
- 38, mas-Sezzjoni tal-Minor Staff
- 4, il-Landscaping, Gardening Unit
Informat ukoll li barra minn hekk hemm 10 oħra fid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji. Sitta minn dawn jagħmlu xogħol klerikali filwaqt li 4 jagħmlu xogħol industrijali .
Industrial projects & services ltd. — Ex ħaddiema tal-Malta Drydocks
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3705 li saret f'seduta nru. 90, jista' il-Ministru jgħid x'xogħol qed jagħmlu t-58 ħaddiem li hemm imsemmija f'dik it-tweġiba? F'liema sezzjoni qed jaħdmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru tat-Turiżmu i Kultura peress li l-ħaddiema imsemmija ġew mislufa għal xogħol fil-qasam tal-kultura. Mat-taqsima taż-żagħżagħ m'hemmx ħaddiema ta' din il-kategorija.
Gradwati ta' l-Universita' — Reġistrazzjoni għax-xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn gradwati ta' l-Universita' li qed jirreġistraw għax-xogħol u x'degree għandhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'Marzu 2004 kien hemm 64 gradwati li kienu jirreġistraw għax-xogħol. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-degrees differenti ta' dawn il-gradwati.
Persuni ta' nazzjonalita' barranija — Reġistrazzjoni għax-xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalita' barranija jirreġistraw għax-xogħol illum u ta liema nazzjonalita' huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sa l-aħħar ta' Marzu 2004 kien hawn 135 persuna ta' nazzjonalita' barranija tirreġistra għax-xogħol, 128 fuq l-ewwel parti tar-reġistru u 7 fuq it-tieni parti tar-reġistru. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni ta' nazzjonalita' barranija li qed jirreġistraw.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru u/jew xi wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu għandux uffiċċju legali? Jekk fl-affermattiv, min huma l-avukati f'dan l-uffiċċju?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Ministeru kien għandu Uffiċju Legali sa minn Awissu 2003 wara sejħa pubblika għall-applikazzjoni. Dan l-avukat jaqdi l-ħtiġijiet tad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, b'kollaborazzjoni ma l-uffiċju ta' l-Avukat Ġenerali. Barra minn hekk, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi, li sar jifforma parti mid-dekasteru minn Marzu li għadda, għandu Uffiċju Legali ieħor li jieħu ħsieb il-ħtiġijiet partikolari ta' dak id-Dipartiment.
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Rapporti/studji fil-qasam edukattiv
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il rapport jew studju kkummissjona l-ministeru fil-qasam edukattiv f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid fuqhiex huma u min huma l-persuni li ġew imqabbda jagħmlu dan ix-xogħol? Għal kull każ, meta hu maħsub li jitlesta r-rapport jew l-istudju?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub hu kif ġej :-
Rapport dwar il-finanzjament tas-sistema ta' l-edukazjoni ogħla li qed jitmexxa mis-sur Roderick Chalmers flimkien mas-sur Jacques Sciberras, Ms Ann Marie Thake u l-Professur Rev. Peter Serracino Inglott. Qed nistenna r-Rapport inizjali jiġi finalizzat sa l-aħħar tas-sena.
Rapport dwar bidliet li jinħassu meħtieġa fis-sistema ta' l-eżamijiet MATSEC. Il-grupp li qed jaħdem fuq dan is-suġġett hu magħmul minn Dr Grace Grima, l-Prof.Frank Ventura, l-Prof. Rev.Saviour Chircop, u is-sur Raymond Camilleri. Ir-Rapport mistenni jkun lest sa l-aħħar tas-sena d-dieħla.
Naturalment sew il-Ministeru kif ukoll id-Dipartiment u l-Aġenziji li jaqgħu taħtu l-ħin kollu jkunu qed jaħdmu fuq żvilupp ta' politika fid-diversi oqsma.
Tal-Pieta' — Skola primarja - play area tal-kindergarten
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir il-play area tal-kindergarten fl-iskola primarja ta' Tal-Pieta' aktar u aktar meta skond il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada dan kellu jitlesta fis-sajf li għadda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li qiegħed jiġi ppreparat tender document sabiex issir sejħa għall-offerti.