B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 11582 dwar it-talba ta' ħames familji mill-parti t'isfel ta' Triq id-Deheb fin, Ħal Qormi, jista' l-Onor Ministru jwieġeb?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li d-differenza fil-hlas hija dovuta ghall-fatt li fi Frar ta` l-1999 inbidlu r-regolamenti biex f`certi kazi l-hlas biex jitwassal l-elettriku jonqos ghal Lm70. Ghalhekk, min kien ha s-servizz qabel Frar kien hallas skond ir-regolamenti ta` dak iz-zmien, waqt li min applika wara din id-data hallas bir-rata gdida.
Il-Korporazzjoni Enemalta ikkunsidrat il-kaz u thoss li ghandha timxi mar-regolamenti hekk kif japplikaw minn zmien ghal zmien. Ta` min jghid ukoll li dan il-kaz qieghed quddiem l-Ombudsman.
Jista' l-Ministru jgħid kemm u fejn kienu r-rapporti ta' kontaminazjoni ta' l-ilma f'Malta u Għawdex mill-ewwel tas-sena sal-lum?
X'passi ttieħdu, xi żviluppi saru u kemm intrema ilma sabiex saru l-wash out neċessarji?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li mill-ewwel tas-sena sa llum, il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma waslilha rapport wiehed ta` kontaminazzjoni fid-distribuzzjoni ta` l-ilma f`Malta u Ghawdex. Dan ir-rapport wasal minn residenti fi Triq Ganni Bonnici, Triq l-Indipendenza u Triq Girolamo Lorenzi f`Haz-Zebbug, Malta.
Il-Korporazzjoni hadet azzjoni immedjata billi twaqqfet il-produzzjoni ta` l-ilma mis-sors tal-kontaminazzjoni li kienet il-borehole ta` Wied Qirda. Minnufih beda jsir il-`washout` mill-mejnijiet ta` dawn l-inhawi u ttiehdu kampjuni mill-vit ta` l-ilma tax-xorb mir-residenzi taz-zona affettwata. Dan sar biex isiru t-testijiet u analizi mill-laboratorju tal-Korporazzjoni. Mill-`washouts` li saru intilef madwar 1500 metru kubu ta` ilma.
Tajjeb jinghad ukoll li fil-programm ta` sorveljanza li ssir kuljum fis-sorsi tal-produzzjoni ta` l-ilma, irrizulta li kien hemm kontaminazzjoni ohra fil-pumping station ta` Hal-Hlas u ohra fil-pumping station ta` Wied il-Kbir. Fiz-zewg kazi saru l-`washouts` mehtiega. Fil-`washouts` li saru bejn l-1 u t-3 ta` Jannar u bejn il-15 ta` Jannar u llum f`tal-Hlas, intilfu 54,700 metru kubu ilma. Fil-`washout` li saret fil-pumping station ta` Wied Il-Kbir mill-15 ta` Jannar u ghada ghaddejja sal-lum, intilfu 49,400 metru kubu ilma.
F`Ghawdex kien hemm kontaminazzjoni fil-pumping station tax-Xewkija u fil-`washouts` li saru bejn it-22 u l-24 ta` Jannar 2000 intilfu 1,680 metru kubu ilma. Kien hemm kontaminazzjoni ohra fil-borehole f`Ta` Kanal fejn fil-`washouts` li bdew fl-ewwel ta` din is-sena u ghadhom ghaddejjin intilfu 2,700 metru kubu ilma.
Ta` min jghid ukoll li mill-ewwel ta` din is-sena qed isiru `washouts` b`mod regolari fl-isprings fl-inhawi tar-Rabat ta` Malta.
L-incidenza tal-kontaminazzjoni fis-sorsi tal-produzzjoni ta` l-ilma mill-acquifer hija attribwita ghal diversi ragunijiet, fosthom (a) ix-xita qawwija li tikxef id-difetti ezistenti fis-sistema tad-drenagg, (b)tniggiz minn fertilizzanti u pesticidi li jsir mill-attivita` agrikola u (c) rimi ta` skart mid-djar, fabbriki u irziezet.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikompli jintbagħat il-kont, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, meta s-servizz ġie mneħħi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tlabt lill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma biex tinvestiga dan il-kaz u hekk kif tali investigazzjoni titlesta ninforma lill-Onorevoli Interpellant bir-rizultat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar lid-Dipartiment tal-Konsumatur matul l-1999? F'liema oqsma kienu r-rapporti msemmija? X'passi ħa d-dipartiment fejn sab li r-rapporti kienu ġustifati?
Kemm kienu ġustifikati r-rapporti u kemm kienu mhux ġustifikati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul l-1999, id-Dipartiment ghall-Affarijiet tal-Konsumatur waslulu 767 ilment dwar kwistjonijiet li nqalghu bejn il-konsumatur u l-kummercjant dwar xiri jew kiri ta` oggetti jew servizzi. Dawn l-ilmenti kienu jkopru xiri jew kiri ta` diversi oggetti u servizzi ta` natura varja moghtija.
Tajjeb jinghad li d-Dipartiment jirregistra dawk l-ilmenti li jkunu validi. Dawn jigu nvestigati u ssir medjazzjoni sabiex jintlahaq ftehim bonarju sabiex il-konsumatur aggravat jiehu kumpens xieraq. Jekk dan il-ftehim ma jintlahaqx, il-konsumatur jinghata parir li jista` jressaq il-kaz tieghu quddiem it-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur.
Matul is-sena li ghaddiet gew finalizzati 818 ilment minn dawk pendenti quddiem id-Dipartiment. Minn dawn l-ilmenti 328 minnhom gew imressqa quddiem it-Tribunal imsemmi ghal decizjoni.
Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq fil-Kalkara fejn se jsir tibdil tal-mains u house service ta' l-ilma din is-sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li wara li ftit zmien ilu kien sar xoghol intensiv ta` bdil ta` mejnijiet, kif ukoll ta` `pressure control` fis-sistema tad-distribuzzjoni ta` l-ilma tal-Kalkara, il-provvista ta` l-ilma f`din il-lokalita` hija tajba hafna u ghalissa m`hemmx il-bzonn li jsiru aktar interventi ta` bdil ta` mejnijiet.
Ghaldaqstant il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma m`ghandha l-ebda pjanijiet dwar bdil ta` mejnijiet u `house service connections` fil-Kalkara ghal din is-sena.
Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq fix-Xgħajra fejn se jsir tibdil tal-mains u house service ta' l-ilma fis-sena li ġejja?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma, matul din is-sena, qed tippjana li tibdel mejnijiet u household service connections f`dawn it-toroq tax-Xghajra:
Triq Wied Glavan, Triq Cesri, Triq Gdida fi Triq ix-Xatt, Triq ix-Xatt, Triq il-Fabbriki, Triq Gdida fi Triq il-Knisja, Triq I Mahoney, Triq Zabbar, Triq it-Tumbrell, Triq K Ritchie, Triq Dawret ix-Xatt, Sqaq San Lawrenz u madwar, Upper Front Lane, Triq il-Knisja, Triq Gdida fi Triq Qaccawiet u Sqaq fi Triq ix-Xatt.
Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq fl-area magħrufa bħala St Peter's limiti ta' Zabbar fejn se jsir tibdil tal-mains u house service ta' l-ilma fis-sena li ġejja?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma, ghal din is-sena, m`ghandha ebda pjan biex jinbidlu mejnijiet u house service connections fl-inhawi maghrufa bhala `Saint Peters` f`Haz-Zabbar.
Tajjeb jinghad li fil-parti l-kbira ta` dan il-lokal hemm mejnijiet fi stat tajjeb tat-tip `ductile iron` u `cement lined` u ghaldaqstant m`hemmx bzonn li jinbidlu. Ghalkemm ghad hemm xi toroq li fihom mejnijiet taz-zewg pulzieri galvanizzati, dawn ghadhom relattivament f`kundizzjoni tajba u m`hemmx problemi ta` provvista ta` l-ilma f`dawk l-akkwati. Dawn il-mejnijiet hu mahsub li jinbidlu fil-futur.
Provvista' ta' Ilma — Leakeages fil-Ġibjun ta' Kordin
Question
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 13126 jista' l-Ministru jispjega jekk il-leakages ta' l-ilma jirriżultawx li qegħdin fil-ġibjun ta' Kordin jew fis-sistema tad-distribuzzjoni li twassal l-ilma sal-ġibjun?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13194?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ma tistax tibda x-xoghol li hemm bzonn isir fejn il-proprjeta` li ghaliha qed issir riferenza qabel ma jitlestew xi xogholijiet li qed isiru bhalissa fit-triq fejn tinsab din il-proprejta`. Appena x-xogholijiet fit-triq jitlestew, u dan mistenni fi zmien mhux il-boghod, il-Korporazzjoni tibda x-xoghol li hemm bzonn taghmel fir-rigward tal-proprjeta` in kwistjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wara li għaddew il-kanen ta' l-ilma ġodda fi Triq Hanover, Bormla, għadhom ma għamlux il-connections fid-djar tar-residenti ta' l-istess triq?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Water Services Corporation? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi sar caplieq ta` sitt impjegati tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma. Dan ic-caqlieq sar biex jimtlew vakanzi, fuq talba ta` l-impjegati u skond l-esigenzi tal-Korporazzjoni. Mhux eskluz li fil-futur isir trasferiment ta` haddiema, naturalment jekk il-htigijiet tal-Korporazzjoni jesigu li jsir dan.
Jista' l-Ministru jgħid minn se jagħmel tajjeb għat-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni tal-beef, wara li Malta ssir membru fl-UE?
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-importaturi lokali, fuq beef importat minn barra l-pajjiżi tal-UE wara li Malta ssir membru?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13135 waqt is-Seduta numru 234.
Jista' l-Ministru jgħid min se jagħmel tajjeb għat-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni tar-ross, wara li Malta ssir membru fl-UE?
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-importaturi lokali, fuq ross importat minn barra l-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13135 waqt is-Seduta numru 234.
Jista' l-Ministru jgħid min se jagħmel tajjeb għat-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni ta' Sun Flower Oil wara li Malta ssir membru fl-UE?
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-importaturi lokali fuq Sun Flower Oil importat minn barra l-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13135 waqt is-Seduta numru 234.
Jista' l-Minsitru jgħid min se jagħmel tajjeb għat-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni tat-trab tal-ħalib, wara li Malta ssir membru fl-UE?
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-importaturi u industriji lokali li jimportaw din il-materja prima minn barra l-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13135 waqt is-Seduta numru 234.
Jista' l-Ministru jgħid minn se jagħmel tajjeb għat-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni ta' trab tal-bajd, wara li Malta ssir membru fl-UE?
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tariffa (levy ġdida) għall-industrija lokali li tuża din il-materja prima u timporta minn barra l-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13135 waqt is-Seduta numru 234.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-Business Convention li ttellgħet dan l-aħħar fit-Trade Fair Grounds fin-Naxxar?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-attendenza għal din il-fiera?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm personnel imqabbad fl-istess fiera?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tieghi ma kienx responsabbli mill-amministrazzjoni finanzjarja tal-Business Convention. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Membru ghall-ewwel parti tat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 13266 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 230. Ma kien hemm ebda personnel tal-Ministeru imqabbdin f`din il-fiera.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir issa li l-prezz tal-ħobż għola biex jiġi assigurat li l-użin tal-ħobż ikun skond il-prezz li qiegħed jitħallas?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kull rapport li jasal dwar abbuz fil-piz tal-hobza Maltija jigi investigat. Meta jirrizulta li kien hemm abbuz, il-bejjiegh jigi mwissi dwar dan. Jekk l-abbuz jirrepeti ruhu, tittiehed azzjoni skond il-provvedimenti tal-ligi.
Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għal bozoz ġodda hemm pendenti għall-lokal tal-Kalkara? Għal liema toroq huma dawn it-talbiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif diga` ghidt fit-twegiba ghall-Mistoqsija numru 13283, fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha 17-il talba sottomessa mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara biex jitwahhlu lampi godda fil-lokal.
Ma narax il-htiega li noqghod nidhol fid-dettal dwar ghal liema toroq saret it-talba biex jitwahhlu lampi godda.