Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li bħalissa fl-Isptar Mater Dei mhux qed isiru testijiet tad-demm tal-prostata (PSA)? Jekk iva, x’inhi r-raġuni?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li kien hemm perjodu fejn il-laboratorju ma setgħax joffri is-servizz tal-PSA għaliex il-kumpanija ta’ barra li tipprovdi dan it-test ġibdet lura il-kits kollha għal raġunijiet ta’ preċizjoni tat-test. Din l-ispjegazzjoni diġà ingħatat fir-risposta tal-mistoqsija Parlamentari Numru 3805. Kits ġodda issa laħqu waslu u ix-xogħol reġa’inbeda mill-ġdid.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – stennija għal admission
Question
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm kien hemm persuni li damu iktar minn 24 siegħa fuq stretcher fl-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei sakemm issejħu biex jingħataw sodda, xahar b'xahar, matul l-2012?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ pazjenti li damu fuq stretcher fl-Emerġenza għal iktar minn 24 siegħa sakemm ingħatatilhom sodda fis-sala bejn Jannar u Diċembru tas-sena 2012 huma total ta’ħames mija u sitta u għoxrin (526).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar numru ta' referral applications li nżammu fl-Isptar Mater Dei qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ referral applications pendenti bejn is-16 ta' Novembru 2012 u 9 ta' Marzu 2013 kien jammonta għall-3891. Dawn kienu jinkludu referral tickets għall-Medical OutPatients (Gastro biss), Surgical Out-Patients, Orthopaedics, u l-Pain Clinic.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar fl-aħħar leġiżlatura fuq bejgħ ta' oqbra ġodda fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata u x’xogħol sar fuq il-proġett tat-tkabbir tal-istess Ċimiterju? X'kienet l-ispiża fl-aħħar leġiżlatura fuq dawn iż-żewġ inizjattivi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3514 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Billi xi ġimgħat ilu kien hemm rapport fil-media lokali dwar allegat użu tal-glysophate fuq prodotti agrikoli minn bdiewa Maltin, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi ħa l-Ministeru dwar l-istess rapporti u l-konsegwenzi tagħhom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li is-Sovritendenza tas-Saħħa Pubblika ma ħadet l-ebda azzjoni speċifika peress li kienet infurmata li kienu qed jittieħdu passi meħtieġa mill- Awtorita` Maltija għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li taħta taqa` ir-regolazzjoni ta’ tali prodotti. Għad-dettalji tal-passi li ttieħdu, nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili (MSDC) li taħta taqa’ l-Awtorita .
Jista’ l-Ministru jgħid xi proċess intuża sabiex tiġi impjegata l-persuna fir-rwol ta’ Direttur Riżorsi Umani fl-Isptar Mater Dei? Saret talba għall-applikazzjonijiet? Xi kwalifiċi u kompetenzi għandha l-persuna maħtura? X’inhu l-pakkett finanzjarju għal din il-kariga?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 3227 u 3228, jista’ l-Ministru jgħid meta u kemm se jiddaħħlu spiżjara ġodda mal-Gvern?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-bżonn ta’ iktar spiżjara huwa rikonoxxut u għaldaqstant qed isiru t-talbiet neċessarji sabiex inkunu nistgħu nipproċedu bir-reklutaġġ ta’iktar spiżjara.
Rabat Health Centre – Kit tal-prostata out of stock
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-kit tal-prostata magħruf bħala PSA kien out of stock fl-10 ta’ Lulju 2013 mir-Rabat Health Centre (li bħalissa qed jopera minn post temporanju) u allura l-appuntamenti kellhom jiġu posposti wara li l-pazjenti marru għall-istess appuntament sajmin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li t-testijiet tad-dmija fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha jinħadmu mill-laboratorju tal-Isptar Mater Dei.
Id-Dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja ġie nfurmat mil-laboratorju ta l-Isptar Mater Dei li t-test twaqqaf fuq struzzjonijiet mogħtija mill-kumpanija barra minn Malta li timanifattura l-kits tal-prostata minħabba nuqqas ta’ preċiżjoni fir-riżultati. Il-laboratorju informa lit-tobba fl-isptarijiet u fiċ-ċentri tas-saħħa sabiex ma jibatux aktar testijiet tal-PSA sakemm kits ġodda jaslu għand il-laboratorju.
Qatt ma’kien hemm nuqqas ta'
kits
. Il-pazjenti m’għandhomx għalfejn isumu għat-test tal-PSA u din il-problema ma’affetwatx testijiet oħra inklużi dawk li tiġi sajjem għalihom.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-kariga tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fis-segretarjat tiegħu? X’inhu l-pakkett finanzjarju għal din il-kariga?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ilha ħames snin tistenna biex issirilha l-operazzjoni tal-katarretti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-kaz ġie segwid u konkluz mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Jista’ l-Ministru jara li tintbagħat il-kartuna s-safra tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament peress li waslu biex isiefru u għandhom bżonn il-mediċini?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-kaz ġie segwid u konkluz mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ilha erba’ snin tistenna biex tagħmel l-operazzjoni tal-hip bone u tinsab muġugħa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-kaz ġie segwid u konkluz mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ġie deċiż li t-tilqima kontra l-kanċer fl-għonq tal-utru tingħata lit-tfajliet li twieldu fl-2000 u fl-2001 u ma tingħatax lit-tfajliet li twieldu fl-1998 u fl-1999?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-programm nazzjonali ta’ tilqim kontra l-Human Papilloma virus (HPV), huwa ntiż biex joffri livell ta’ protezzjoni kontra infezzjoni, b’dan il-virus tista’ tissarraf f’riskju għola għall-kanċer tal-għonq tal-utru. Evidenza xjentifika u best practices miġbura minn diversi entitatjiet, bħall-American Cancer Society, National Institutes for Health and Care Excellence (NICE) kif ukoll il-prattika applikata fil-maġġoranza tal-pajjiżi fl-UE li diġa mplimentaw programmi bħal dawn, huwa lit-tilqim jingħata lit-tfajliet fl-eta ta’ 11-12-il’ sena. Għalhekk kien deċiz li l-programm ta’ Malta jistieden tfajliet meta jgħalqu 12-il’sena.
Il-programm tnieda fl-2012. Għalhekk il-programm beda billi stieden tfajliet li fl-2012 għalqu 12-il’ sena. Dawn it-tfajliet kienu dawk mwielda fl-2000. Kull sena se jkompli biex jistieden tfajliet li jagħlqu 12-il’ sena, fis-sena kurrenti.
Ambulanzi f’Gwardmanġa – contact with patients allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex is-sewwiqa tal-ambulanzi li hemm fi Gwardamanġa m’għandhomx l-allowance imsejjaħ contact with patients, u dan meta jidher li persuni fl-istess grad fl-Isptar Mater Dei jieħdu tali allowance?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li t-talba tas-sewwieqa tal-Ambulanzi li hemm fi G’Mangia Garage, għall allowance imsejjaħ contact with the patient ma’ jezistix fil-qasam tas-Saħħa.
Ninsab infurmat ukoll li l-allowance li qed jistaqsi dwaru l-Onor. Membru, joħrog mill-ftehim imsejjaħ Interim Agreement on the Nursing and Paramedical Class (Nursing Support Services Grades) li kien iffirmat lura mis-6 ta’ Marzu, 2008.
Il-Ftehim imsemmi hawn fuq ikopri biss erba’ katergoriji ta’ ħaddiema li huma:
Nursing Aides
Health Assistants
Care Workers
Assistant Care Workers.
Dan l-allowance jingħata għall raguni li l-kategoriji ta’ ħaddiema msemmija, jagħmlu xogħol bħala Nursing Related Activities u li huma maqsumin fi tlett kategoriji li huma : A - B - C.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li jissupplixxu l-Isptar Mater Dei, x'tip ta' servizz/prodott joffru lill-isptar u kemm hi n-nefqa kull sena għal kull kuntrattur?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Studenti tal-Biomedical Studies – xogħol għas-sajf
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li qed isegwu kors tal-BSc fil-Biomedical Studies hux se jingħataw opportunità ta’ xogħol matul ix-xhur tas-sajf fl-Isptar Mater Dei, kif kien isir fis-snin preċedenti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li x-xogħol fis-sajf għall-istudenti jiġi organizzat mill-Università ta’ Malta, b’konsultazzjoni mal-Isptar Mater Dei.
Infurmat ukoll ma’ kien hemm l-ebda ħsieb minn naħa tal-Ministeru li jsir xi tibdil, minn kif kien isir fis-snin preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li wara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament ġiet maħtura bħala personal assistant għas-CEO tal-Isptar Mater Dei, is-servizz ta’ Occupational Therapy ġos-swali ma għadux jingħata?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s-servizz tal-Occupational Therapy fis-swali tal-Isptar Mater Dei ma twaqqafx. Preżentament dan is-servizz qed jingħata minn seba’ occupational therapists li huma mqassmin kif gej: Tnejn fis-Swali tal-Ortopedija, tnejn fis-Swali tal-Mediċina, tnejn fis-Swali Newroloġija, u wieħed fl-ispeciality wards.
Qed jingħata wkoll servizz ta’
coverage
fil-ħames swali tal-kirurġija permezz ta’ rotazzjoni mit-terapisti kkonċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex tiġi infurzata l-policy li impjegati tal-isptarijiet ma jistgħux jitilqu mill-post tax-xogħol libsin l-uniformi, liema policy kient ġiet introdotta sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ tixrid ta’ mard u infezzjonijiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-pariri kollha xjentifiċi - kemm mill-esperti tal-infection control kif ukoll fil-letteratura medika - juru li l-uniformijiet tal-ħaddiema fl-isptar ma joffru l-ebda perikolu ta’ infezzjoni jekk dawn jintlibsu barra mill-isptar. Madanakollu il-policies tal-isptarijiet taħt il-Ministeru għas-Saħħa xorta tinsisti li l-impjegati jbiddlu qabel ma' jmorru lura d-dar, dan sabiex tingħata image tajba u ta’ serjetà lill-poplu. Jinħarġu wkoll ċirkolarijiet b’mod regolari sabiex jitfakkru dawn il-policies.