B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4108, tista’ l-Ministru tgħid x’qed isir biex tiġi indirizzata l-problema ta’ dawk il-persuni homeless u ta’ dawk roofless f’Malta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar qegħda tikkunsidra x’miżuri tista’ tieħu biex jiġu mnieda proġetti ta’ Housing bejn il-Gvern u l-privat kemm għall-bejgħ kif ukoll b’kiri b’rati soċjalment aċċettabbli.
Apparti dan, l-Awtorita’ toffri diversi skemi fosthom sussidju tal-kera meta wieħed jikri mill-privat kif ukoll skemi fejn tgħin persuni biex jirranġaw ir-residenza tagħhom sabiex tkun fi stat abitabbli li jistgħu jibqgħu jgħixu fiha.
L-Awtorita’ qiegħda ukoll tkompli bil-proċess ta’ Skema Kiri 2 li ġew committed mill-Amministrazzjoni preċedenti sabiex ikollha aktar postijiet li tkun tista’ talloka lil-persuni fil-lista’ ta’ stennijja għall-akkomodazzjoni soċjali u li fost din il-lista hemm ukoll persuni homeless.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari W98, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija b’mod sħiħ u tgħid x'inhi l-policy attwali ta’ dan il-Gvern u tal-Awtorità tad-Djar dwar dawk il-postijiet li għadhom taħt ordni ta’ rekwiżizzjoni? Huwa maħsub li din l-Ordni titneħħa jew le? Jekk iva, meta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Politika tal-Gvern dwar il-postijiet milquta b’ ordni ta’ rekwizizzjoni ma inbidlitx. Hi l-intenzjoni tal-Gvern li jara li jitneħħew l-Ordnijiet ta’ Rekwizzizzjon. Imma dan jista isir bis każ b’ każ. Kont irid jittiehed tal-okkupanti tal-fondi u tal-funzjoni li l-istess fondi ikunu qed jaqdu. Intant ukoll il-Gvern qed jistudja il-possibilita’ li jagħmel pjan sabiex jinstab bilanċ bejn il-bzonn li jinżammu fis-seħħ certi Ordnijiet ta’ Rekwizizzjoni u id-drittijiet tas-sidien.
Postijiet li għandhom ordni ta’ rekwiżizzjoni li qed jintużaw mid-Dipartiment tal-Gvern
Question
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari W99, tista' l-Ministru tikkonferma li r-risposta mogħtija lil din il-Kamra hija fil-fatt korretta? B’mod partikolari tista’ l-Ministru tgħid jekk il-proprjetà 1, Braille Str, Santa Venera, imniżżla fir-risposta tal-Ministru bħala proprjetà li għadha taħt ordni ta’ rekwiżizzjoni, ġietx fil-fatt mogħtija lura lis-sidien madwar sentejn ilu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mistoqsija parlamentari W99 tagħmel referenza għall-liema huma dawk il-postijiet ta’ rekwiżizzjoni li qed jintużaw mid-dipartiment tal-gvern. Rigward il-propjeta’ 1, Braille Street, Santa Venera, din fil-fatt għadha taħt ordni ta’ rekwiżizzjoni.
Tista' l-Ministru twieġeb b’mod sħiħ il-mistoqsija parlamentari W90 dwar l-istrateġija tal-Awtorità tad Djar fuq l-anzjani biex jibqgħu jgħixu fil-komunità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika l-mistoqsija tiegħu.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3747 u 3044 u tgħid x’kien l-eżitu ta’ sejħa għall-promozzjonijiet fl-Awtorità tad-Djar li kienet ippubblikata lejn l-aħħar tas-sena l-oħra? Ladarba l-interviews saru f’Jannar li għadda u r-riżultati li kellhom l-approvazzjoni tal-bord kellhom jitħabbru lejn nofs ix-xahar ta’ Marzu u peress li issa qegħdin f’Ottubru, tista’ l-Ministru tgħid x’qed jikkawża dan id-dewmien?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-proċess kien diskuss internament minħabba l-istrateġija ta’ l-Awtorita’ u issa ġie iffinalizzat. Ir-riżultati tal-promozzjonijiet tal-14-il sejħa interna ġew ippubblikati permezz ta’ ċirkulari interna datata 10 ta’ Diċembru 2013.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn allokazzjonijiet residenzjali li m’għandhomx faċilitajiet sanitarji adegwati għaż-żminijiet li ngħixu fihom illum? X’beħsiebu jagħmel il-Gvern Malti sabiex jgħin lil dawn l-individwi?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Pensjoni ta’ impjegati tal-Gvern qabel l-1979 – każ ta’ individwu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-pożizzjoni rigward is-somma tal-pensjoni (ta’ dawk li kienu jaħdmu mal-Gvern qabel l-1979) tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li oriġinarjament kienet daħal mal-Gvern permezz tal-Korp Dirgħajn il-Maltin fl-1972 u li kienet għaddiet mal-Gvern l-1979?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija għandha tingħata lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Familija u s-Solidarjetà Soċjali – safar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Familija u s-Solidarjetà Soċjali fuq safar? Tista’ tagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva –safar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva fuq safar? Tista’ tagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista aġġornata ta' persuni li qed jagħtu konsulenza fil-Ministeru tagħha u kemm qed jitħallsu f'paga, allowances u perkaċċi oħra?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista aġġornata tal-persuni li għandha jaħdmu fil-Ministeru tagħha? Kemm minn dawn ma kinux jaħdmu fis-settur pubbliku qabel ġew ingaġġati mal-Ministeru?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Segretarju Parlamentari għall-persuni b’diżabilità u anzjanità attiva — konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li qed jagħtu konsulenza lis-Segretarju Parlamentari għall-persuni b’diżabilità u anzjanità attiva? Xi ħlas għandu kull wieħed minnhom inkluż allowances u perkaċċi oħra? Tista’ tagħti lista ta’ dawn il-persuni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Segretarju Parlamentari għall-persuni b’diżabilità u anzjanità attiva – ingaġġ ta’ persuni
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista aġġornata ta’ persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-persuni b’diżabilità u anzjanità attiva? Kemm minnhom ma kinux jaħdmu fis-settur pubbliku qabel ġew ingaġġati fis-segretarjat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm nurses fir-Residenza San Vinċenz de Paul li baqgħu jaħdmu wara l-età tal-irtirar? Fejn huma allokati ġewwa r-Residenza kull wieħed minn dawn in-nurses u xi ħlas, allowances u perkaċċi oħra għandhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm erba’ (4) infermieri fir-Residenza San Vinċenz de Paul li baqgħu jaħdmu wara l-età tal-irtirar. Tlieta (3) minnhom huma allokati fir-‘Nursing Relieving Pool’ fir-Residenza u persuna oħra li għandha esperjenza wiesgħa fil-qasam amministrattiv intalbet tagħmel xogħol ta’ amministrazzjoni taħt il-gwida tal-uffiċċju tal-Kap E¿ekuttiv. Dwar xi ħlas, allowances u perkaċċi oħra qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru taghti iktar informazzjoni dwar ir-riformi li qed tiddiskuti mal-għaqdiet volontarji dwar it-tqassim aħjar tal-benefiċċji soċjali? Tista' tgħid min huma dawn l-għaqdiet? Kif intgħażlu? Meta mistenni li jingħataw ir-rakkommandazzjonijiet dwar dawn it-taħdidiet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – direttiva
Question
Tista' l-Ministru tgħid għalfejn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha ma jistgħux jitkellmu mal-media jekk l-ewwel ma jagħmlux kuntatt mal-uffiċjali inkarigati mill-komunikazzjoni fil-Ministeru tagħha? Ma taħsibx li din id-direttiva qed tnaqqsas mill-ħidma ta' għarfien fuq issues soċjali li kienu jagħmlu minn jeddhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jitqiesx bħala wieħed ta’ prijorità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni soċjali nhar l-14 t’Ottubru, 2013. L-ispezzjoni se ssir fil-futur qarib.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-individwu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex jidħol f’dar tal-anzjani? Jista’ jiġi offrut servizz ta’ care worker sakemm jidħol f’dar tal-anzjani?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kkonfermajna mad-Dipartiment li l-klijent għadu ma ssottomettix applikazzjoni u b’hekk se tintbgħatlu l-applikazzjoni.
Dan is-servizz tal-home help jista’ jiġi offrut wara li timtela applikazzjoni li tista’ tinġabar miċ-Ċentru Servizz Anzjan jew miċ-Ċentru Ħidma Soċjali f’Santa Venera.
Awtorità tad-Djar – gallarija f’periklu — każ ta’ individwu
Question
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn irrapurtat gallarija hija ta' periklu imma ħadd għadu ma ħa azzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.