Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #24836 Sitting 379 2016-04-20 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi, il-Ministeru għal Għawdex ma tax xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.
Leg 12 PQ #24714 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Ambulanza tal-annimali — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema nvoluti fl-operat tas-servizz tal-ambulanza tal-annimali? X’inhuma l-gradi sostantivi jew il-pożizzjoni tagħhom u x’inhuma d-dmirijiet ta’ kull uffiċjal b’mod individwali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interperlant li fil-Ministeru Għal Għawdex hawn persuna waħda nvoluta fl-operat tas-servizz tal-ambulanza tal-annimali. Il-Grad ta’ din il-persuna hu ta’ Assistant Prinċipali u d-dmirijiet tagħha huma li tassisti lid-Dipartiment tal-MSDEC sabiex jingħata servizz skont l-esiġenzi f’Għawdex.
Leg 12 PQ #24826 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #24827 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #24828 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #24829 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #24830 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #24831 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #24681 Sitting 377 2016-04-18 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – proprjetà mikrija mingħand il-privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għal Għawdex, inkluż entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għandhomx xi proprjetà mikrija mingħand il-privat? Jekk fl-affermattiv, jista' jelenka dawn il-proprjetajiet u jgħid kemm hi l-kera ta' kull post u tal-partijiet komuni, separatament? Jista' jgħid meta se jiskadi l-kuntratt ta' dawn il-postijiet u jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu offerti ġodda meta jiskadu l-kuntratti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #24682 Sitting 377 2016-04-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Is-Sannat – Triq Sannat – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tinħareġ l-offerta biex issir Triq Sannat fis-Sannat u dan peress li fl-20 ta' Jannar għal tweġiba li kien ta għall-mistoqsija parlamentari 22719 kien qal li din kellha toħroġ fi żmien ġimgħatejn oħra u issa għaddew kważi tliet xhur minn dakinhar u jidher li għadha ma ħarġitx? Jista' jgħid jekk hux se jsir xogħol mill-pjazza ta' Sannat sa fejn tibda Triq it-Tabib Anton Tabone?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li Sannat Road ser issir mill-Pjazza ta’ Sannat sa Triq it-Tabib Anton Tabone. Ninsab infurmat ukoll li malli jagħtu l-informazzjoni dwar is-servizzi il-Korporazzjoni Għas-Servizzi tal-Ilma it–tenders jiġu ippublikati.
Leg 12 PQ #24684 Sitting 377 2016-04-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – inkjesta interna jew investigazzjoni dwar tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar tliet snin kemm-il inkjesta interna jew investigazzjoni interna talab il-Ministeru tiegħu dwar għoti u/jew ħruġ ta' tender u għoti ta' servizzi jew xogħol wara kwotazzjonijiet u għoti ta’ direct orders mill-kumpanija Gozo Channel? Min għamel dawn l-inkjesti jew investigazzjonijiet? Jista' jpoġġi kopja tar-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra? X'passi ħa l-Ministeru fuq dawn ir-rapporti li saru?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inkjesti nterni jew investigazzjonijiet li kien hemm kollha kienu konnessi ma materja maniġerjali u li minħabba s-sensitivita kummerċjali tagħhom mhux għaqli li jiġu ppublikati.
Leg 12 PQ #24699 Sitting 377 2016-04-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24453 u 24163 u jgħid min kienu l-konsulenti, part-time jew full-time, li l-Ministeru tiegħu kellu fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 s’issa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #24713 Sitting 377 2016-04-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Servizz ta’ ambulanza tal-annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beda jopera s-Servizz tal-Ambulanza tal-annimali f’Għawdex? Kemm-il ambulanza qed topera u minn x’ ħin sa x’ħin din qiegħda tkun operattiva?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru għal Għawdex hemm servizz ta’ ambulanza waħda li bdiet topera ġewwa Għawdex fil-5 ta’ Novembru 2015. Il-ħinijiet li din qed topera huma mit-Tnejn sal-Gimgħa, bejn is-7.00a.m. u l-4.00p.m.
Leg 12 PQ #23850 Sitting 375 2016-04-12 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Qasam ta' relazzjoni mal-media - impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni fil-qasam ta’ relazzjoni mal-media, jew ta’ konsulenza fl-istess qasam, jew bħala persons of trust fl-istess qasam, inkluż xogħol ta’ kitba jew preparazzjoni ta’ materjal ieħor għall-media (inkluż laqgħat u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika), kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll permezz ta’ ħlas ta’ għoti ta’ servizzi, fid-dekasteru kollu tiegħu? Kemm tħallsu f’dan il-perjodu? Jista’ jgħid min huma?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #24647 Sitting 375 2016-04-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Sannat għax-Xewkija – tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir it-tarmak fuq it-trinka li saret fit-triq li tagħti mis-Sannat għax-Xewkija (Triq taċ-Ċimiterju tas-Sannat) peress li preżentament din it-trinka hija ta' periklu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet jinsabu għaddejjin bħalissa u huwa previst li ser ikunu lesti sal-ġimgħa d-dieħla.
Leg 12 PQ #24453 Sitting 374 2016-04-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24163 u jgħid min kienu l-konsulenti, part-time jew full-time, li l-Ministeru tiegħu kellu fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 s’issa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #24535 Sitting 374 2016-04-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Triq Għajn Qatet – wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li Triq Għajn Qatet ir-Rabat Għawdex tingħata wiċċ ġdid? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk ħarġux tenders għal dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol hux se jsir matul it-triq kollha? Jista' jgħid jekk waqt li jkun qed jitwettaq dan ix-xogħol hux se tiġi indirizzata l-problema tal-ilma tax-xita li joqgħod quddiem ir-residenzi tal-faċċata tal-entratura tal-Isptar Ġenerali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ħarget is-sejħa għall offerti u x-xogħolijiet fuq l-ewwel fażi ta' Triq Għajn Qatet, huma mistennija jibdew fil-ħmistax li ġejjin. Il problemi ta' l-ilma ser ikunu ndirizzati.
Leg 12 PQ #24536 Sitting 374 2016-04-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi — applikazzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24148, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni hekk kif mitluba f'din il-mistoqsija u ċjoè: 1) jgħid kemm inħarġu applikazzjoniet għall-mili ta' postijiet fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fl-aħħar sentejn; 2) jelenka dawn il-postijiet; 3) jgħid jekk l-intervista għall-mili ta' dawn il-postijiet sarux; u 4) jekk fl-affermattiv jgħid jekk ir-riżultati ġewx ippubblikati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru ghal Ghawdex m’ hemx Dipartiment tal-Manufattura u Servizzi
Leg 12 PQ #24012 Sitting 373 2016-04-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ individwu – pakkett finanzjarju u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandu fil-Ministeru tiegħu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? X’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra qed jingħata dan l-individwu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’xi seduta .
Leg 12 PQ #24013 Sitting 373 2016-04-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ persuna – pakkett finanzjarju u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandha fil-Ministeru tiegħu l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? X’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra qed jingħata din il-persuna?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’xi seduta .