Pulizija — Żgħażagħ taħt l-Eta' fi Stabilimenti ta' Divertiment
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika kemm-il raid sar mill-pulizija fi stabilimenti f'Buġibba, Paceville u Marsascala f'din l-aħħar sena biex jiġi ċċekkjat jekk żgħażagħ taħt l-eta' kenux qegħdin jużaw dawn il-postijiet? Jekk fl-affermattiv, jista' jindika x'passi tttieħdu kontra dawn l-istabilimenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2004 il-Pulizija għamlet 200 spezzjoni f'postijiet ta' divertiment ġewwa Buġibba, Paċeville u Wied il-Għajn. B'riżultat ta' dan instabu 56 persuna taħt is-sittax-il sena u nbdew proċeduri kriminali kontra 11-il persuna responsabbli minn dawn l-istabbilimenti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika kemm-il persuna nqabdet fil-pubbliku bi fliexken ta' l-alkoħol f'idejha minn mindu l-liġi l-ġdida li tipprojbixxi dan ġiet in vigore? Fuq dan il-punt, jista' il-Viċi Prim Ministru jindika jekk il-pulizija humiex qed jiċċekkjaw ħwienet li jistgħu qed ibiegħu fliexken ta' l-alkoħol lill-minuri? Jekk fl-affermattiv, hemm xi sidien ta' ħwienet li nqabdu, u jekk iva f'liema lokalita'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn meta ġew fis-seħħ il-Bye-Laws ta' l-2004 dwar Xorb f'Kontenituri tal-Ħġieġ (Kunsill Lokali San Ġiljan) fit-3 ta' Awissu 2004, kien hemm 98 persuna li nstabet titlajja f'xi post pubbliku bi ksur ta' l-imsemmija Bye-Laws. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm erba' persuni li tressqu l-Qorti talli biegħu xorb alkoħoliku lill-persuni taħt is-sittax-il sena.
Avukat Ġenerali — Każi li ngħataw in-Nolle Prosequi
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8210 u cioe' jgħid kemm kienu l-każi li ngħataw in-nolle prosequi mill-avukat ġenerali f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Jista' jagħti dawn id-dettalji: 1) id-data ta' meta ngħatat kull nolle prosequi; 2) x'kien il-każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:-
Case
Date
Corruption of a public officer
30.11.94
Libel and defamation
26.02.97
Defilment of minors, rape and illegal arrest
25.05.99
Illegal arrest, assault and resistance, unlawful assembly etc
17.04.00
Wilful damage, assault and resistance, unlawful assembly etc
20.04.00
Arson and wilful damage
06.04.01
Involuntary homicide
12.02.03
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid: din is-sena u s-sena l-oħra: 1) kemm ġew introdotti kawżi maqsuma skond kull qorti kompetenti; 2) kemm ġew deċiżi kawżi maqsuma skond kull qorti kompetenti; 3) kemm kien hemm kawżi pendenti maqsuma skond kull qorti kompetenti; u 4) kull imħallef u maġistrat kemm kellu kawżi pendenti fl-aħħar tax-xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni kollha minnu mitluba tista' faċilment tinkiseb mis-sit www.justice.gov.mt taħt Statistics li tinsab f'Court Services. L-istatistika tinkludi kemm kawżi Ċivili kif ukoll dawk Kriminali u tinkludi kawżi pendenti, introdotti u maqtugħa (deċiżi) għal kull Qorti u għal kull ġudikant. L-istatistika tmur lura sal-2000 u hija aġġornata sa Awissu 2004. Kopja qegħdha tiġi hawn annessa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid, sena b'sena mill-1999 sa l-2004 (s'issa),: a) l-ammont totali ta' multi ordnati mill-qrati; b) l-ammont ta' flus miġbura minn ħlas ta' multi; c) l-ammont li għadu pendenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:-
Sena
Ammont Inflitt
Lm
Total ta' ammont miġbur
Lm
Ammont pendenti
Lm
1999
175,853.75
203,009.75
106,625
2000
224,266.75
358,605.75
74,884
2001
237,104.41
220,082.41
199,757
2002
354,523.05
314,968.05
179,173
2003
806,069.23
424,065.23
508,852
2004*
1,273,752.40
238,304.40
1,035,448
* Sas-16 ta' Awissu.
Persuni li rrappreżentaw lil Malta f'xi tip ta' sport
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk persuni rrappreżentawx lil Malta f'xi sport ta' l-isparar f'dawn l-aħħar 11-il sena meta dawn ma kellhomx il-permess tal-pulizija to use and/or to keep a fire arm for sporting purposes? Jekk iva, kemm kellhom eta', fejn ħadu sehem u għaliex qed jintbagħtu atleti barra jirrappreżentaw lill-pajjiżna meta dawn kienu qed jiksru l-liġi? Jista' il-Ministru jgħid ukoll jekk din il-prattika hijiex se titkompla għad-detriment ta' dawk kollha li josservaw il-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma żżommx tagħrif dwar persuni li jirrapreżentaw lil Malta f'xi sport ta' l-isparar jew xi sport ieħor. Għaldaqstant it-tagħrif mitlub ma jistax jinkiseb, pero' jekk l-Onorevoli Interpellant jagħtina d-dettalji tal-persuni li qiegħed jirreferi għalihom, inkun nista' nitlob dan it-tagħrif.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil-ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta' Lulju 2004 s'issa, in-numru ta' transfers li nħarġu mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-Dekasteru tal-Ġustizzja u l-Intern kien ta' 7. Minnhom, 2 saru fuq talba tal-persuni ikkonċernati u 2 għax il-persuni ikkonċernati ħadu appointment ma' Dipartiment ieħor tal-Gvern.
Infurmat ukoll illi matul l-istess perijodu kien hemm 37 membru tal-Korp tal-Pulizija li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom fid-diversi sezzjonijiet tal-Korp. Minn dawn, 24 għax ingħataw promozzjoni għall-grad ta' surġent.
Kif diġa' kelli okkażżjoni li ngħid fi tweġibiet preċedenti dwar dan is-suġġett, it-transfers isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
Pulizija — Persuni li tilfu ħajjiethom traġikament
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mietu persuni traġikament din is-sena? X'eta' kellhom, ta' liema sess kienu u x'kienet il-kawża tal-mewt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2004 l-imwiet traġiċi irrapurtati lill-Pulizija kienu kif ġej:
Kawża tal-mewt
Irġiel
Nisa
Total ta’ vittmi
Omiċidju
2
4
6
Inċidenti tat-traffiku
9
1
10
Suwiċidju
15
9
24
Inċidenti fatali oħra
12
6
18
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar (emerġenza) minħabba teħid ta' droga u/jew alkoħol wara u waqt li saru parties lejliet l-Għid il-Kbir, lejliet Santa Marija u lejliet it-8 ta' Settembru u l-indipendenza? X'eta' kellhom?
Response (BORG, TONIO)
Ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-isptarijiet.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm pulizija għassa ġol-postijiet fejn saru parties din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kien hemm 331 membru tal-Korp tal-Pulizija li kienu assenjati xogħol f'xi ħin matul din is-sena ma' postijiet ta' divertiment, inkluż parties.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena fuq reati konnessi ma' droga? Kemm minn dawn kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2004, il-Pulizija akkuħat quddiem il-Qorti 501 persuna fuq akkużi konnessi mad-droga, li minnhom 57 kienu ta' nazzjonalita' barranija.
Avukat Ġenerali — Inkjesta maġisterjali dwar l-FTS
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' l-Avukat Ġenerali fejn tidħol l-inkjesta maġisterjali dwar l-FTS?
Jista' jgħid ukoll meta hu maħsub li din tiġi ppubblikata?
Response (BORG, TONIO)
Jiena infurmat li wara li l-Avukat Ġenerali eżamina l-inkjesta maġisterjali li għaliha rrefera l-Onor. Interpellant, huwa talab li jsiru investigazzjonijiet ulterjuri li waslu biex jiġu konklużi. Appena jintemmu dawn l-investigazzjonijiet, l-Avukat Ġenerali jkun f'pożizzjonili jagħti l-pariri ulterjuri tiegħu fir-rigward.
Dwar it-tieni parti tad-domanda, l-ħsieb hu li hekk kif l-Avukat Ġenerali jagħti l-pariri tiegħu u ma jkunx hemm aktar ostaklu ghal daqshekk, ir-rapport tal-inkjesta jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna ngħatat taħrika mill-gwardjani lokali u l-pulizija dwar ħmieġ ta' klieb fit-toroq f'din l-aħħar sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2004 il-Pulizija ħarket 10 persuni dwar ħmieġ ta' klieb fit-Toroq. Infurmat ukoll li matul din is-sena il-gwardjani lokali ħarġu 92 taħrika dwar l-istess raġuni.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6709 li għadha mingħajr risposta u cioe' peress li t-tariffi tar-Reġistru Pubbliku li ġew ippublikati riċentement jirriflettu żieda li hija d-doppju ta' kif kienu, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġuni għal din iż-żieda daqshekk kbira? In oltre peress li żdiedu t-tariffi tar-riċerki wkoll, jista' jgħid jekk hux se jkun hemm titjieb fis-servizz tenut kont li r-riċerki qed idumu ħafna u qed isiru anke żbalji?
Response (BORG, TONIO)
L-aħħar żieda fit-tariffi taċ-ċertifikati ta’ l-Istat Ċivili saret f’Jannar tal-1998 u dik għas-servizzi li jingħataw lill-għarajjes fir-Reġistru taż-Zwiġijiet f’Awissu tal-1981. Minn dawk iż-żminijiet is-servizzi f’dawn iż-żewġ sezzjonijiet tar-Reġistru Pubbliku tjiebu bil-bosta u ma’ dan it-titjib żdiedet ukoll l-ispiża għad-Dipartiment, speċjalment f’investiment ta’ xiri ta’ IT equipment u ghall-izvilupp ta’ software programmes.
Rigward it-tariffi tar-riċerki, ta’ min wiehed jgħid li dawn żdiedu biss bi tlieta (3) fil-mija biex jagħmlu tajjeb għaż-żieda fil-rata tal-VAT li daħlet fis-seħħ fuq il-prodotti u servizzi mill-1 ta’ Jannar 2004.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7991, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont tat-taħrikiet li ngħataw mill-pulizija in konnessjoni mal-vetturi for sale ta' auto dealers matul din l-aħħar sena?
Jista' jgħid kemm ħarġu kontravenzjonijiet f'din l-aħħar sena fi Triq Imdina u Triq Valletta, f'Ħal Qormi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena tressqu quddiem il-Qorti seba' auto dealers talli eżebew karozzi għal bejgħ fit-triq. Tlieta kienu f'Ħal Qormi - tnejn Valletta Road u wieħed Canon Road - tnejn oħra kienu f'Birkirkara, ieħor f'Sta Venera u l-ieħor il-Mosta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irriżenjaw pulizija mill-korp din is-sena? Kemm minn dawn telqu għax għamlu l-25 sena servizz jew aktar? Kemm telqu qabel iż-żmien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena spiċċaw 71 membru mill-Korp tal-Pulizija. Minn dawn kien hemm 50 li kellhom 25 sena servizz jew aktar.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?
Response (BORG, TONIO)
Mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-lum, saru t-talbiet sussegwenti għall-fondi mill-Unioni Ewropea, minn entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta’dan il-Ministeru:
Taht it-Transition Facility 2005 saru talbiet minn:
Reġistru Pubbliku u ta’ l-Artijiet
Diviżjoni Qrati tal-Ġustizzja
Uffiċju ta’ L-Avukat Ġenerali
Uffiċju Tan-Nutar Tal-Gvern
Dipartiment għall-Gvern Lokali
Il-Korp tal-Pulizija
It-talbiet li saru mill-Uffiċju Tan-Nutar tal-Gvern, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, u mir-Reġistru Pubbliku u ta’ l-Artijiet, ma’ kienux jindirizzaw l-għan li jiġi mplimentat, b’xi mod, l-acquis u għaldaqstant ma setgħux jiġu aċċettati mill-Planning and Priorities Directorate fi ħdan l-Ufficju Tal-Prim Ministru.
It-tlett talbiet l-oħra kienu preżentati lill-Kummissjoni Ewropea. It-talbiet li saru mill-Uffiċju ta’ l-Avukat Ġenerali u d-Diviżjoni tal-Ġustizzja, għalkemm kellhom proġetti eleġibbli, ma kienux magħżula minħabba limitazzjoni ta’ fondi disponibbli.
It-talba li saret mill-Korp tal-Pulizija qed tiġi kkunsidrata għall-finanzjament taħt din it-Transition Facility.
Fondi minn Norveġja (In-Norwegian bilateral financial insutrument indirizzat lejn l-iStati Membri ġodda għall-implimentazzjoni ta’ l-Acquis fl-oqsma li ġejjin: Schengen, Ambjent, Politika Reġjonali u Assistenza Teknika.)
Talba ghall-fondi mill-Korp tal-Pulizija.
Din it-talba ma kinitx aċċettata minħabba limitazzjoni ta’ fondi taħt dan il-programm, għaldaqsatant saret talba għall-fondi taħt it-Transition Facility 2005 u din qegħda tigi kkunsidrata.
European Refugee Fund 2004
Id-Direttorat tat-Third Country Nationals fi ħdan il-Ministeru għamel talba għal ko-finanzjament għall-proġetti mressqau mill-Kummissjoni Emigranti u mill-Jesuit Refugee Service. Bħalissa, din it-talba qegħda tigi kunsidrata mill-Kummissjoni Ewropea.