Xiri ta’ proprjetajiet privati għal skopijiet pubbliċi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29622 u 31688 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar proprjetajiet privati li ġew akkwistati mill-Gvern għall-skopijiet pubbliċi minn Marzu 2013 sa Diċembru 2013 u fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Kemm ħallas il-Gvern għal dawn il-proprjetajiet privati għal skopijiet pubbliku? Lil min ħallas għal dawn il-proprjetajiet privati?
Awtorità tal-Ippjanar – Kunsill Lokali Mosta – applikazzjoni għall-fondi
Question
Jista’ l-Prim Ministru bħala l-Ministru responsabbli mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) jgħid fiex waslet l-applikazzjoni li l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien għamel lill-istess awtorità sabiex jingħataw fondi mill-istess PA sabiex Triq il-Ġnejna tkun tista’ tingħata wiċċ ġdid kif jistipulaw ir-regoli tal-Mosta, li l-Kunsill Lokali jistgħu japplikaw għal fondi għand il-PA?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Gejt informat mill-Awtorita’ tal-Ippjanar li l-istess Awtorita' ma għandix applikazzjoni mill-Kunsill Lokali tal-Mosta għall-fondi għal xogħljiet fuq it-triq imsemmija.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-main tal-ilma li jrid iwassal is-second class water, li se jorigina mill-impjant taċ-ċumnija, fil-fatt hu mqiegħed fil-post? Minn liema postijiet għaddej dan l-istess main, u meta hu mistenni li fil-fatt jibda jgħaddi l-ilma għal għand il-bdiewa minn dan il-main? Liema partijiet oħra li għad iridu jitqiegħdu fil-post hemm il-permessi għal dan ix-xogħol mill-Awtorità għall-Ippajanar (jew MEPA qabel)? Liema kuntratturi se jwettqu dan ix-xogħol?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma li se tingħata iktar informazzjoni fil-futur.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm art ġiet esproprjata minħabba l-bini tal-Coast Road? Fiex wasal il-proċess ta' kumpens għal dak li jikkonċerna lis-sidien ta' din l-art? Kemm hu stmat li jrid isir ħlas lil dawn is-sidien?
Ir-Rabat Għawdex – Triq ir-Repubblika, Triq Sant’Ursola, Triq Gedrin, Triq Kerċem u Triq Qasam San Ġorġ — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31902 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġie riferuta lilu u ċioè: Jista’ jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fuq Triq ir-Repubblika, Triq Sant’Ursola, Triq Gedrin, Triq Kerċem u Triq Qasam San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq dawn it-toroq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq kull triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li mill-ħames toroq imsemmija l-Korporazzjoni wettqet xogħlijiet fi Triq Sant’Ursola, Triq Qasam San Ġorġ u f’parti żgħira minn Triq ir-Repubblika. F’dawn l-inħawi kien hemm ukoll proġetti oħrajn li mhumiex taħt ir-responsabbilta’ tal-Korporazzjoni.
Ix-xogħol għadu ma ġiex iċċertifikat peress li r-riżultati tat-testijiet li saru għadhom ma ġewx sottomessi. L-istimi li saru fuq dan it-tender huma ta’ ammont globali u mhux maqsuma skont it-toroq.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32353 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il inkjesta saret minn Marzu 2013 sa llum, dwar liema suġġett kienet u x’kien l-eżitu ta’ kull inkjesta? Jista’ jgħid kemm u liema inkjesti għadhom pendenti?
Ċertifikat dwar ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ċertifikat dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija Energy Performance Certificate (EPC) huwiex neċessarju għal min ikun kiseb permess tal-iżvilupp iżda ma jkollux ħsieb li jikkonsma l-permess u lanqas ibiegħ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nformat mill-Building Regulation Office li tali Ċertifikat huwa meħtieġ.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21964, jista’ l-Prim Ministru jindika l-aktar għaxar servizzi mitluba miċ-ċittadini fuq servizz.gov? Tista’ persuna tinqeda permezz ta’ email jew permezz tat-telefon? Jekk iva, x’inhu l-indirizz tal-email li persuna tista’ tibgħat għal xi informazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29605 u 31696 u jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ żieda ta’ €2,400,000 għal Vot 5808 EU-Africa Summit u jgħid:
a) x’pagamenti ser ikun qed isiru b’dawn iż-€2,400,000;
b) lil min ser ikunu qed isiru jew saru b’
direct orders
; u
c) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru bil-proċess ta’
tendering
għall-attività tal-
EU-Africa Summit
?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29604 u 31697 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ €3,200,000 għal Vot 5365 CHOGM 2015 u jgħid:
a) x’pagamenti ser ikunu qed isiru sabiex jitħallas dan l-ammont ta’ flus mitluba;
b) lil min ser ikunu qed isiru;
c) x’pagamenti ser ikunu qed isiru jew saru b’direct order; u
d) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru fil-proċess ta’
tendering
għall-attività ta’ CHOGM 2015?
Vot 31 Professional Services għas-sena 2016 — pagamenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29603 u 31695 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar fiex kienu jikkonsistu l-pagamenti, lil minn saru u għal liema raġuni saru dawn il-pagamenti relatati mal-Vot 31 Professional Services għas-sena 2016 taħt Vot 5 kif jidher fl-Estimi Supplimentari?
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – San Pawl il-Baħar — mains
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tibda tbiddel il-mains tal-ilma matul it-triq li minn fejn il-Knisja ta' San Pawl Nawfragu, tieħdok sa ħdejn il-ground tal-football tas-Sirens FC, San Pawl il-Baħar, peress li kif ingħad f'risposti parlamentari preċedenti, dawn il-mains ikunu jistgħu jinbidlu qabel ma jingħata wiċċ ġdid ta' tarmak lil dawn l-istess toroq? X'koordinazzjoni saret s’issa bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u dawk li se jwettqu x-xogħol fuq il-post?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li bħalissa qed tikkordina mal-entita’ kkonċernata.
Servizzi Pubbliku — proċess ta' għażla kompetittiv għad-dħul fi grad ta' Uffiċjal Prinċipali
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32648 fejn filwaqt li ġie kkonfermat li kienu nkarigati żewġ bordijiet, intqal ukoll li xorta ħareġ riżultat wieħed, peress li din hi sitwazzjoni inevitabbli, għaliex hu ovvju li għall-istess eżami jrid jinħareġ riżultat wieħed u peress li żgur kull bord kellu lista ta' nies li ressqu quddiemu, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kandidati resqu quddiem kull bord u kemm għaddew minn kull bord?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw permessi f'Tas-Sliema li kienu jirrekjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) bejn l-2014 u l-2017? Jista’ jingħata rendikont tal-ammont totali fi flus u n-numru ta’ karozzi abbażi ta’ liema ġie kkalkulat is-CPPS sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nformat mill-Awtorità tal-Ippjanar li n-numru ta’ permessi f’Tas-Sliema, li kienu jirrekjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme bejn l-2014 u l-2017, l-ammont ta’ flus mħallsa u n-numru ta’ karozzi abbażi ta’ liema ġie kkalkulat is-CPPS, sena b’sena huwa kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt.
Sena
Valur (€)
Numru ta' parkeggi
Numru ta' permessi
2014
107,384
53
25
2015
334,519
161
37
2016
538,245
257
93
2017
113,173
54
17
1,093,322
525
172
Liġi tal-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi – lista ta’ donazzjonijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-partiti politiċi li ottemperaw ruħhom mal-Liġi tal-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi u sal-1 ta' Marzu 2017 ippreżentaw lill-Kummissjoni Elettorali lista ta' donazzjonijiet finanzjarji li rċevew fl-2016?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Informat li erba’ partiti – l-Alternattiva Demokratika, il-Moviment Patrijotti Maltin, il-Partit Demokratiku u l-Partit Nazzjonalista - ġew reġistrati mal-Kummissjoni Elettorali għall-finijiet tal-liġi tal-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi. Dawn kollha ġew reġistrati wara t-30 ta' Gunju 2016 u ssottomettew il-lista msemmija fl-interpellanza.
Inżid ngħid li, kif diġa’ ġie spjegat pubblikament, il-Partit Laburista kien l-ewwel partit li applika għal dina r-reġistrazzjoni u ssottometta l-istatut tiegħu. Minkejja li fil-fehma tal-Partit Laburista l-istatut jottempra ma’ dak li trid il-liġi tal-Finanzjament ta’ Partiti Politici, il-Partit Laburista, mar-riċevuta ta’ ittra da parti tal-Kummissjoni Elettorali b’numru ta’ rikjesti ta’ kjarifiki, informa lill-istess Kummissjoni li kien se jagħmel tibdil ulterjuri fl-istatut tiegħu sabiex il-liġi tal-finanzjament tal-partiti tigi rispettata bl-iktar mod b’sahhtu u leali possibbli.
Dan it-tibdil se jseħħ dan ix-xahar stess skont ir-regoli interni tal-Partit Laburista.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva - konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Jista' l-Prim Ministru jgħid sal-aħħar ta’ Frar 2013, kemm kien hemm nies impjegati mas-Settur Pubbliku [inklużi intrapriżi pubbliċi)? Kemm minn dawn kienu impjegati full-time? Kemm minn dawn kienu impjegati fuq bażi part-time? Kemm minn dawn kienu impjegati f’position of trust? U kemm minn dawn kienu impjegati b’kuntratt definit?