Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2588 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mobile Blood Donors Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tiswa kuljum biex tinżamm u titħaddem il-mobile blood donors unit?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Biex topera il-Mobile Unit tad-Dipartiment tat-Trasfużjoni tad-demm hemm bżonn ta' sitta min-nies: Tabib, SRN, SEN, Health Assistant/Nursing Aide, Hospital Auxiliary u x-xufier. Il-Unit tad-Demm taħdem mit-Tnejn sal-Ħadd u ġurnata minnhom ma toħroġx. Tkun miftuħa bejn it-tmienja ta' filgħodu u s-siegħa u nofs ta' wara' nofsinhar. Il-paga medja taż kull persuna fuq il-Mobile Unit kull jum hija kif ġej:- - Tabib Lm17.85 (din tinkludi Ħdud u day allowance) - SRN Lm19.00 (din tinkludi allowances u premiums) - SEN Lm15.50 (din tinkludi allowances u premiums) - H/Asst Lm11.96 (din tinkludi allowances) - Hosp. Aux. Lm11.09 (din tinkludi overtime tal-Ħadd) - *Driver Lm20.60 (din tinkludi overtime matul il-ġimgħa u l-Ħadd) - Boroż ta' demm u l-iproċessar Lm17.00 _____________________________________________ Total Lm113 Ma' dawn iridu jiżdiedu spejjeż ta' insurance, liċenzja, petrol u maintenance. * Billi hemm xufier wieħed biss, isir ammont konsiderevoli ta' overtime. Il-possibilta' li jiżdiedu iżjed xufiera diġa' ġiet aċċettata bħala prinċipju u qiegħed isir dak kollu possibbli biex dan jitwettaq.
Leg 9 PQ #2605 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli "special items" li huma out of stock bħalissa fl-ispiżeriji taċ-ċentri tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mżhemm l-ebda pillola ``special'' li hija out of stock fl-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa llum.
Leg 9 PQ #2606 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Injections kontra l-influwenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu injections kontra l-influwenza fiċ-ċentri tas-saħħa għal din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' tilqim kontra l-influwenza li ttieħdu fiċ-Ċentri tas-Saħħa, inkluż Għawdex, kien ta' 13,875.
Leg 9 PQ #2618 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Appuntament biex isiru braces

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li biex speċjalista dentali tara pazjent biex jagħmel il-braces ġie mogħti appuntament minn Ottubru, 1998 sa Settembru, 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-raġunijiet għaliex l-ispeċjalista inkarigat mill-Orthodontics idum kważi sena biex jara l-pazjenti riferuti lilu huma: (1) Dan l-ispeċjalista qiegħed fuq parental leave; iżda joffri s-servizzi tiegħu darba fil-ġimgħa. F'ġimgħa waħda jara każijiet ġodda, waqt li l-ġimgħa ta' wara jagħmel operazzjonijiet u reviews. (2) Il-konkorrenza għal din il-klinika hija kbira (45 pazjent kull darba). (3) Id-Dipartiment tas-Saħħa ilu li ħa ħsieb din is-sitwazzjoni. Fil-fatt, waqt li l-post-Senior Registrar fl-ispeċjalita' għadu vojt - hemm dentista li qiegħed jistudja barra biex jispeċjalizza fl-Orthodontics (megħjun) bi study leave mingħajr paga mid-Diviżjoni tas-Saħħa. Dan mistenni li jiggradwa fi żmien sentejn.
Leg 9 PQ #2619 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel il-Gvern dwar il-bżonn ta' aktar tobba fil-Health Centres waqt il-ħin taċ-ċertifikati tal-mard u r-riċetti tal-mediċini b'xejn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tqassim tat-tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa jsir skond ir-riżorsi umani disponibbli. Il-problema ta' nuqqas ta' tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa hija waħda li ilha għaddejja għal żmien twil u d-Dipartiment tas-Saħħa qed jagħmel minn kollox biex jingaġġa tobba ġodda kemm fuq bażi full-time kif ukoll part-time.
Leg 9 PQ #2598 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Casual nurses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm casual nurses bħalissa jaħdmu fid-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħalissa hemm 52 Casual Nurses jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #2573 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Persuni b'effett ta' ecstasy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-isptar ibatu minn effett ta' ecstasy, sena b'sena fl-aħħar għaxar snin u xahar b'xahar għal din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Klassifikazzjoni internazzjonali tat-tagħrif li jinġabar mill-isptar San Luqa ma tippermettix li jiġu individwati l-każi partikolari ta' overdose ta' ``ecstasy''.
Leg 9 PQ #1268 Sitting 31 1998-12-12 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 u l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika; (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Saret direct order waħda bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 mid-dipartiment tas-Saħħa. a) id-direct order kienet għat-tiswija ta' 154 Hearing Aids. b) ma saru ebda specifications minhabba li x-xogħol kien ta' tiswija. c) l-award saret wara li ngħatat l-awtorita'mill-Ministeru tal-Finanzi. d) ma sarux quotations minhabba l-fatt li offerta li kienet saret f'Novembru 1996 kienet ikkwotata ferm għola bi prezz li jvarja bejn Lm43 u Lm82 kull hearing aid. e) il-quotation li ġiet accettata kienet tammonta għal STG.6190.80 (Lm3949.18) jew Stg.40.40(Lm25.60) 'wahda. f) id-ditta Starkey Laboratories Ltd. taż Chesire, Ingilterra, ngħatat l- ordni. g) ma ngħataw ebda' extensions. Ma nstabx li kien hemm xi supplierġkuntratturi li kienu jagħtu s-servizz lid-Dipartiment qabel il-5 ta' Settembru u twaqqfu. Ingħataw żewg Direct Orders bejn il-5 ta' Settembru u l-10 ta' Novembru mid-Dipatiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi. a) Dawn kienu kif jidher hawn taht u ngħataw bħala `Direct order' wara sejha għall-offerti taħt ir-regoli tat-`tenders'. 1. Saru l-ispeċifikazzjonijiet relevanti. 2. Ħareġ avviż fuq il-Gażżetta tal-Gvern. 3. Ġew evalwati l-offerti kollha wara d-data ta' l-għeluq. 4. Waħda kienet għax-xiri ta' `Thorascopic Instrumentsż, għall kwantita' ta' 60 (instrumenti varji), ingħatat lill-`Associated Equipment Ltd.' għall-prezz totali ta' Lm2395 5. It-tieni każ kien għax-xiri ta' Vitamin B Complex `tabs' u nghatat lil `GBY Supplies, għall-kwantita ta' 856,000 tablets bil-prezz ta' Stg.4.44/1000 tab. b) L-ebda offerta ma ssodisfat l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet tat-tender. Fiċ-ċirkostanzi li ma ppermettewx li tiġi proċessata tender oħra, fiż-żewġ każi u fejn dawn l-offerti kienu l-eqreb lejn l-ispeċifikazzjonijiet u l-iżjed vantaġġjużi għad-dipartiment, l-ordni kellha tingħata b'direct order. M'hiex l-abitudini ta' dan d-dipartiment li wara li jingħata kuntratt, il- kuntrattur konċernat jitwaqqaf milli jkompli jagħti dak is-servizz jekk mhux għall-ragunijiet assolutament validi, cioe': a) il-kuntrattur nnifsu jagħmel talba bied jinħall mill-kuntratt peress li ma jkunx fil-posizzjoni li jonora l-kuntratt minħabba raġunijiet varji: b) id-dipartiment jikkunsidra li jwaqqaf kuntratti biss meta l-kuntrattur ma jkunx qed jonora l-kuntratt mogħti lilu jew minħabba li l-prodott li jkun qed jissupplixxi jinstab li ma jkunx ta' livell aċċettabli skond il-kundizzjonijiet tal-kuntratt. Bejn il-5 ta' Settembru u l-10 ta' Novembru, kien hemm tlett każi fejn id-Dipartiment tal-Kuntratti `ibblacklistja' lil tlett uppliersż, hawn taħt imsemmija, fuq parir tal-GPS; 1) PARADRUCO LTD., U.K. Minħabba li ma baqgħax jonora d-diversi kuntratti li kellu ma' dan id-dipartiment; 2) ALDO UNION, SPANJA: Minħabba irregolarita' teknika dwar ċertifikat fuq prodott ta' mediċina; 3) M.S. MEDICORD, MALTA: li minkejja diversi attentati sabiex isir kuntratt miegħu, sew bil-posta reġistrata kif ukoll bil-kurrier, id-dipartiment baqa` ma rċieva l-ebda tweġiba għaliex naqas li jissupplixxi l-kunsinni rikjesti. F'każijiet simili, id-dipartiment ma jqabbad l-ebda kuntrattur ieħor floku, iżda l-prattika tkun li terġa` toħroġ sejħa pubblika oħra ġdida għall-offerti.
Leg 9 PQ #1299 Sitting 31 1998-12-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti mibgħuta barra

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm pazjenti ġew imsiefra barra minn Malta għall-kura medika matul dawn l-aħħar erba' snin, sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-etajiet tal-pazjenti u kemm kienet l-ispiża, sena b'sena, l-ispiża relatata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. Matul dawn l-aħħar erba' snin intbagħtu: 1994 - 546 pazjent 1995 - 318 pazjent 1996 - 326 pazjent 1997 - 291 pazjent 2. L-ispiża relatata kienet: 1994 - Lm1,366,185 1995 - Lm1,407,804 1996 - Lm631,727 1997 - Lm533,696 3. L-etajiet kienu: Bejn 0 - 14-il sena - 39% Bejn 15 - 40 sena - 34% Bejn 41 - 60 sena - 22% 61-il fuq - 5%
Leg 9 PQ #2139 Sitting 31 1998-12-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mammography unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqfet il-mammography unit? Lil kemm-il pazjenta tista' tagħti servizz kuljum? Kemm kienu l-pazjenti li għamlu użu minn dan il-unit minn meta twaqqfet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mammography unit fl-Isptar San Luqa beda jiffunzjona fl-1995. Għall-bidu kien jsiru ħames mammograms kuljum, magħhom kienu jsiru wkoll każijiet urġenti. Illum, in-numru żdied għal 8 kuljum flimkien ma' każijiet urġenti. In-numru ta' pazjenti li għamlu użu minn dan is-servizz mill-1995 sa issa hu ta' madwar 5,500. Ma' dawn wieħed irid iżid 50 oħra li kellhom bżonn `percutaneous mammography guided wire localization' għad-dijanjosi bikrija ta' kanċer tas-sider.
Leg 9 PQ #2281 Sitting 31 1998-12-12 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Enrolled nurse

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema skola tinsab l-enrolled nurse bl-I.D. No. 548253(m), li isimha u kunjomha qed jintbagħatu separatament? Minn meta kienet stabbilita fuq din l-iskola fis-Servizz Pubbliku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-enrolled Nurse li għaliha qed jirreferi l-Onor Interpellant qegħda, skond ir-rekords tad-Diviżjoni tas-Saħħa fi Skala b'seħħ mit-18 ta' Mejju 1994.
Leg 9 PQ #2376 Sitting 31 1998-12-12 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-infermiera li ngħataw transfer bejn Novembru, 1996 u Awissu, 1998? Kemm minnhom kienu staff nurses u kemm kienu enrolled nurses? Jista' l-Ministru jagħti wkoll id-dati ta' meta kienu ħarġu dawn it-transfers u kemm kienu l-infermiera trasferiti kull darba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-Numru ta' infermiera li ngħataw transfer bejn Novembru 1996 u Awissu 1998 huwa 244. Minn dawn kien hemm 48 Staff Nurses u 150 Enrolled Nurses. Id-dati ta' meta kienu ħarġu dawn it-transfers u kemm l-infermiera trasferiti kull darba huma kif ġej hawn taħt: Data Numru ta' Data Numru ta' nfermiera nfermiera trasferiti trasferiti ________________________________________________ _________ 27.02.97 81 23.12.97 2 28.02.97 1 14.01.98 2 03.04.97 2 15.01.98 1 04.04.97 15 16.01.98 2 11.04.97 1 22.01.98 1 18.04.97 1 23.01.98 2 09.05.97 13 29.01.98 3 19.05.97 1 16.02.98 6 11.06.97 2 24.02.98 1 17.06.97 4 03.03.98 2 11.07.97 4 06.03.98 1 14.07.97 11 03.04.98 2 17.07.97 2 20.04.98 1 18.07.97 3 27.04.98 5 01.03.97 1 22.05.98 2 07.08.97 3 03.06.98 2 08.08.97 2 08.06.98 3 12.08.97 1 15.06.98 2 21.08.97 5 19.06.98 8 26.08.97 2 13.07.98 3 01.09.97 12 16.07.98 1 23.09.97 1 28.07.98 2 13.10.97 1 03.08.98 8 31.10.97 1 11.08.98 1 10.11.97 1 19.08.98 3 17.11.97 1 24.08.98 4 25.11.97 1 27.08.98 1
Leg 9 PQ #1281 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 maqsuma skond il-ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru in-nefqa bħala "hospitality" kienet kif ġej: Ministeru Lm 129.77 Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Lm 70.26 Dipartiment tas-Saħħa Lm 300.07 Fondazzjoni għas-Servizzi Medici Lm 76.00
Leg 9 PQ #1962 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ta' Ġiorni — Berġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jiftaħ berġa medika fl-inħawi ta' Ta' Ġiorni jew f'xi nħawi oħra f'San Ġiljan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Kura Primarja diġa għandu servizz ta' Berġa f'San Ġiljan. Id-Dipartiment għandu wkoll servizz ta' Berġa f'San Gwann.
Leg 9 PQ #2208 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tfal jbatu bl-ażma

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi statistika teżisti dwar kemm tfal u addoloxenti jbatu bl-asthma fl-eta' ta' bejn sena u 16 sena f'Malta u f'Għawdex? X'inizjattivi qed jittieħdu flimkien ma' l-awtoritajiet edukattivi biex kemm jista' jkun f'pajjiżna jkollna inqas tfal u addoloxxenti jbatu mill-asthma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-unika figura li għandna fuq l-ażżma fuq it-tfal huwa minn studju ppublikat fi Frar 1997 jismu ``Asthma and other allergic conditions in childhood in the Maltese Islands (ISAAC) Montefort, Lenicker, Caruana and Agius Muscat. Il-figuri juru li fl-etajiet studjatai hemm problema kbira bl-ażżma fit-tfal Maltin u Għawdxin. F'madwar 4,000 tfal li ħadu sehem, fl-eta' ta' bejn 5 - 8 snin, 8.8 fil-mija kienu għadhom ikollhom tisfir f'sidirhom fl-aħħar sena. Imqabbel ma' studju simili f'1985, f'din l-eta' il-prevalenza ta' l-ażżma f'Malta kważi rduppjat. F'4,000 tfal oħra bejn 13 - 15-il sena kien hemm 16 fil-mija tat-tfal għadhom b'sintomi tat-tisfir fis-sider fl-aħħar sena. 22 fil-mija minn dawn ta' l-aħħar kellhom attakk qawwi ta' l-ażżma fis-sena tal-istudju (1995). Ir-riżultati ta' dan l-istudju u diversi rikomandazzjonijiet kienu mogħtija lill-Ministeri tas-Saħħa u ta' l-Edukazzjoni b'pariri x'jista jsir biex f'Malta nippruvaw intaffu l-problema tal-ażżma fit-tfal. Bħala parti mill-Health Vision 2000, kienu saru diversi laqgħat bejn esperti fl-ażżma u fil-qasam tal-amministrazzjoni tas-Saħħa biex joħroġ dokument fuq din il-kundizzjoni tant komuni fost il-Maltin.
Leg 9 PQ #1268 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 u l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika; (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta ohra.
Leg 9 PQ #1952 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Dipartiment tal-Casualty

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm attendew pazjenti fil-Casualty Department mill-1990 sal-lum kull sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-Total ta' pazjenti li daħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza mill-1991 sal-lum, kull sena kien: 1991 - 99,259 1992 - 95,418 1993 - 95,523 1994 - 95,017 1995 - 101,549 1996 - 100,448 1997 - 97,425 1998 - 93,261 (sa 30 ta' Novembru) It-total tal-1990 m'huwiex irreġistrat.
Leg 9 PQ #1954 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hawn nurses jaħdmu mal-Gvern li għandhom diploma jew degree fil-Psychiatric Nursing? Fejn jaħdmu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' nfermiera li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa u li għandhom diploma jew degree fis-Psychiatric Nursing huwa sbatax (17). Dawn jaħdmu kif ġej: Sptar Monte Carmeli 13 Sptar Boffa 1 Sptar San Luqa 1 Primary Health Care 2 _________________________________ Total 17
Leg 9 PQ #2350 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Xgħajra — Berġa

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra meta l-aħħar li sar manutenzjoni fuq il-Berġa tax-Xgħajra u jekk kemm-il darba jiġix ikkonsidrat li tiżdied il-frekwenza ta' ftuħ u ta' servizzi billi hemm parti sostanzjali tal-popolazzjoni ta' l-imsemmi raħal li qed tavvanza fl-eta' u ssibha diffiċli biex tmur post ieħor?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-aħħar manutenzjoni li saret fuq il-Berġa tax-Xgħajra kienet fil-bidu tal-1998, meta saret tiswija tal-bieb ta' barra. Manutenzjonijiet isiru skond kif jintalab. Bħalissa skond ir-riżorsi li għandna u l-prijoritajiet tad-Dipartiment, ma hemmx ħsieb li tiżdied il-frekwenza fil-ftuħ u s-servizzi f'din il-Berġa.
Leg 9 PQ #2358 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'se jkun il-futur ta' l-Isptar San Luqa, ġaladarba l-isptar l-ġdida se jkun ukoll sptar akut ġenerali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-użu ta' l-Isptar San Luqa jiġi determinat meta tiġi finalizzata r-riforma globali tas-saħħa.