Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8755 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi ta' ħwienet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi ġodda għal ftuħ ta' ħwienet ġodda din is-sena xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' permessi ġodda għal ftuħ ta' ħwienet ġodda li ngħataw din is-sena, xahar b'xahar, kien kif ġej : - Xahar Numru ----- ----- Jannar 68 Frar 34 Marzu 48 April 49 Mejju 41 Ġunju 27
Leg 9 PQ #8964 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Ħal-Luqa - siti ta' natura storika

Question

In vista ta' l-aħħar domanda parlamentari fuq is-suġġett, jista' l-Ministru issa jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' Ħal Luqa ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8963 f`Seduta 137.
Leg 9 PQ #8965 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Mellieħa - siti ta' natura storika

Question

In vista ta' l-aħħar domanda parlamentari fuq dan is-suġġett, jista' l-Ministru issa jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal tal-Mellieħa ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8963 f`Seduta 137.
Leg 9 PQ #8966 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Imġarr - Siti ta' natura storika

Question

Fid-dawl apparenti ta' l-aħħar domanda parlamentari fuq is-suġġett, jista' l-Ministru issa jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' l-Imġarr, Malta, ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8963 f'Seduta 137.
Leg 9 PQ #8967 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni Russi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni ta' nazzjonalita' Russa ngħataw il-permess li joqogħdu Malta għal aktar minn tlett xhur fis-snin 1997, 1998 u sa l-aħħar ta' Ġunju 1999? Jista' jiġi speċifikat kemm hemm ta' sess femminili u kemm maskili?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar persuni ta' nazzjonalita` Russa li ngħataw il-permess li joqgħodu Malta għal aktar minn tlett xhur fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija hu kif ġej : - Sena Irġiel Nisa ---- ------ ---- 1997 59 132 1998 55 162 1999 78 162 (sa Ġunju)
Leg 9 PQ #8968 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Fortizza Sant'Iermu

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4059 u wara l-aħħar domanda parlamentari, jista' l-Ministru jieħu s-suġġeriment li fil-post hekk imsejjaħ "Lower St Elmo" jsir post miftuh għall-pubbliku? Jista' jiġi nkarigat uffiċjali fi ħdan id-dipartiment sabiex jipprepara rapport fuq l-istat attwali tal-post, inkluża lista tal-persuni kollha li qed jokkupaw parti b'titolu legali u mingħajru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li preżentament it-Taqsima tal-Proprjeta` tal-Gvern m'għandiex ir-riżorsi meħtieġa li jistgħu jiġu allokati biex jiġi attwat is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #8969 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Kirjiet/ċnus

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm arretrati ta' kirjiet u ċnus sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 li għandu jieħu l-Lands Department? Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kawżi jew atti eżekuttivi pendenti u fuq liema ammonti sabiex dawn jiġu rkuprati? Kemm minn dan l-ammont hemm ikkonsidrat bħala preskritt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8651 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Forti ta' Binġemma

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba s-suġġeriment tajjeb u għaqli li l-persuna li qiegħda tokkupa attwalment il-forti ta' Binġemma tiġi maħtura kuratur, jiġi mwettaq u dan biex wieħed ikun jista' jibda jiftaħha għall-pubbliku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li peress li l-Fortizza ta' Binġemma hija r-residenza ordinarja tal-persuna li qed tokkupha diġa` saru diversi kuntatti bejn id-Dipartiment ta ' l-Artijiet u dak ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali biex jintlaħaq l-iskop li rrefera għalih l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #8745 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Shooting range — Airguns

Question

Billi ġewwa l-isports and leisure fair li saret dan l-aħħar kien hemm shooting range għall-airguns, kien hemm shooting range għall-airguns ġewwa l-luna park li kien hemm il-Blata l-Bajda u sar sparar kif deher fil-gazzetta The Times li jien poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet il-pulizija fuq dan il-ksur sfaċċat tal-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Dwar ix-shooting range għall-airguns ġewwa l-Luna Park li kien hemm il-Blata l-Bajda, ninsab infurmat li l-Pulizija kienet ordnat lill-operatur tal-Luna Park biex din tingħalaq. Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-pulizija qiegħda tinvestiga.
Leg 9 PQ #8876 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' stupru fix-xhur ta' Ġunju u Lulju ta' din is-sena? Tista' tagħti aktar dettalji?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul Ġunju kien hemm żewġ rapporti ta' stupru u rapport ieħor li rriżulta li kien rapport falz. Bejn l-1 u l-15 ta' Lulju kien hemm tlett rapporti ta' stupru. Ninsab infurmat ukoll li sal-15 ta' Lulju tressqu diversi persuni l-Qorti in konnessjoni ma' tnejn minn dawn ir-rapporti.
Leg 9 PQ #8941 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Towing ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ittowjati karozzi minn Marfa Road, Għadira Bay, Mellieħa, bejn is-Seabank Hotel u l-Costa del Sol nhar il-Ħadd 11 ta' Lulju 1999 bejn il-5.00 p.m. u d-9.00 p.m? Kemm ħadu sehem pulizija u towing trucks f'din l-operazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-post, id-data u l-ħinijiet indikati mill-Onor. Interpellant ġew irmunkati 21 vettura minn 7 membri tal-Korp tal-Pulizija. Sabiex ġew irmunkati dawn il-vetturi ntużaw 5 tow trucks.
Leg 9 PQ #8961 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru investigazzjonijiet mill-Pulizija in konnessjni ma' persuni ta' nazzjonalita' barranija li jinġiebu f'pajjiżna għal skopijiet li l-Kapitolu 63 tal-Liġijiet ta' Malta, u cioe' White Slave Traffic (Suppression) Ordinance, tipprova tikkontrolla?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` kelli l-okkażżjoni ngħid fi Tweġiba preċedenti dwar dan is-suġġett, il-Pulizija qed twettaq ħidma sabiex ma jkunx hemm l-allegat abbuż. Żgur li l-Onorevoli Interpellant jifhem li din hija ħidma kontinwa u għaldaqstant ma tistax tiġi kwantifikata.
Leg 9 PQ #8963 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Kirkop - Siti ta' natura storika

Question

In vista ta' l-aħħar domanda parlamentari fejn intalab aktar żmien għal tweġiba, jista' l-Ministru issa jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' Ħal Kirkop ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 3540 f'Seduta 55 u 4343 f'Seduta 69 nitolbu jindikali l-proprjeta` jew proprjitajiet partikolari biex id-Dipartimenti konċernati jkunu jistgħu jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #9047 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bħalissa? Kemm minn dawn ġew impjegati wara l-5 ta' Settembru, 1998? Kemm minnn dawn il-ħaddiema huma part-time, fulltime jew summer workers?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent, l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għandha 321 impjegat li minnhom 8 huma part-time, 311 full-time u 2 summer workers. Ninsab infurmat ukoll li mill-5 ta' Settembru 1998 ġew impjegati 25 ħaddiem li minnhom, 19 kienu daħlu bħala trainees qabel il-5 ta' Settembru 1998.
Leg 9 PQ #7999 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weġġgħu pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom kawża ta' xi attakk li sar fuqhom minn xi persuni oħra?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika l-perijodu li dwaru qed jitlob dan it-tagħrif.
Leg 9 PQ #8000 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Bord dixxiplinarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu pulizija quddiem il-bord ta' dixxiplina din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li din is-sena ittellgħu 4 membri tal-Korp quddiem il-bord tad-dixxiplina (P.S.C.). L-akkuża kontra 3 minnhom kienet dwar traskuraġni ta' xogħol, disubbidjenza ta' ordnijiet u ta' telf ta' reputazzjoni, filwaqt li l-membru l-ieħor kien akkużat dwar traskuraġni ta' xogħol u telf ta' reputazzjoni. Ninsab infurmat ukoll li matul din is-sena ittieħdu proċeduri dixxiplinari nterni kontra 54 membru ieħor tal-Korp. L-akkużi kontra dawn il-persuni kienu jvarjaw bejn traskuraġni ta' xogħol, telf ta' riputazzjoni, xorb waqt ix-xogħol, nuqqas ta' ndafa, simulazzjoni ta' mard, assenza bla permess u disubbidjenza ta' ordnijiet.
Leg 9 PQ #8002 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Użu ta' armi

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il okkażjoni l-pulizija kellha tuża armi tan-nar waqt il-qadi ta' dmirijietha sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin u kemm-il darba ġew sparati tiri lejn membri tal-pulizija fl-istess żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-okkorenzi jirriżulta li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant kien kif ġej : - 1990 1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 1999* Każi fejn il-Pulizija użat armi tan-nar 5 2 2 4 5 11 6 4 1 2 Każi fejn intużat arma tan-nar kontra l- Pulizija xejn 1 xejn 2 xejn 2 1 xejn xejn 2 * Sal-15/06/99
Leg 9 PQ #8358 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Pembroke - Bini ta' ċentru

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li kif indikat fil-pjan ta' azzjoni ta' Pembroke jinbena ċentru li jkun jista' jilqa' fih ħwienet tal-merċa, ironmongery, spiżerija, fergħa ta' bank, għassa tal-pulizija, ċentru tas-sanita' u l-uffiċċju amministrattiv tal-kunsill lokali?

Response (BORG, TONIO)

Bħalissa l-Awtorita` ta' l-Ippjanar qed tirrevedi l-Pjan t'Azzjoni għal Pembroke. Aktar tagħrif ikun jista` jingħata meta dan jitlesta.
Leg 9 PQ #8608 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rapporti ta' hold-ups

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' hold-ups? Kemm minnhom kienu fuq anzjani? Jista' jagħti din l-informazzjoni, xahar b'xahar, minn Settembru, 1998 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Dwar in-numru ta' hold-ups li ġew irrapurtati lill-Pulizija bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u d-9 ta' Marzu, 1999, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5583, filwaqt li għall-perijodu mill-10 ta' Marzu, 1999, sal-5 ta' Lulju, 1999, ninsab infurmat li ġew irrapurtati lill-Pulizija 11-il hold-up. Ninsab infurmat ukoll li fl-istess perijodu (05/09/98 - 05/07/99), in-numru ta' anzjani (fuq il-61 sena) li kienu nvoluti f'dawn il-hold-ups kien ta' 7.
Leg 9 PQ #8609 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm serqiet minn Settembru, 1998 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Rigward in-numru ta' serqiet irrapurtati lill-Pulizija għax-xhur Ottubru '98, Novembru '98 u Diċembru '98, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 3836. Dwar it-tagħrif għall-perijodu Jannar - Ġunju 1999, ninsab infurmat li dan hu kif ġej : - Jannar 622 Frar 586 Marzu 616 April 641 Mejju 653 Ġunju 716