Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22797 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21549, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jagħtix ir-raġunijiet għaliex staff mhux akkademiku, bħal lab officers II, qed jiġu mistqosija biex jagħtu servizz akkademiku? Kemm ilu jintalab dan is-servizz akkademiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22800 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21549, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija, jagħtix in-numru ta' lab officers II li ntbagħtu fuq studju post-graduate? Jista' jagħti wkoll ir-raġunijiet għaliex dawn il-lab officers II intbagħtu fuq studju akkademikuj post-graduate? Dan l-istudju akkademiku huwa parti mid-dmirijiet li l-lab officers II ġew impjegati għalih?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22802 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21545, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jgħidx liema huma dawn l-universitajiet ta' reputazzjoni? Ma' min qed isiru l-konsultazzjonijiet estensivi? Għaliex il-Kamra ta' l-Ispiżjara ma ġietx ikkonsultata qabel ma tressaq is-suġġeriment quddiem is-Senat? Meta għandu l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jara li jkun hemm konsultazzjoni mal-Kamra ta' l-Ispiżjara?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22805 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Farmaċija — Kamra ta' l-Ispiżjara

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba l-Kamra ta' l-Ispiżjara ġiet mistiedna formalment għal konsulti fis-sena akkademika 1999-2000 mill-kap tad-dipartiment tal-farmaċija? X'kien diskuss f'dawn il-laqgħat? X'kien il-qbil u n-nuqqas ta' qbil fl-opinjoni tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22807 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22516?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi kompilat peress li jirrikjedi ċertu xogħol u għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22847 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Kulturali tal-Gvern Ċiniż

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet dwar il-ftuħ taċ-Ċentru Kulturali li l-Gvern Ċiniż ser jiftaħ hawn Malta? Jista' jgħid wkoll jekk ġiex allokat xi post għal dan iċ-ċentru?

Response (GALEA, LOUIS)

Għadna qiegħdin fil-proċess li jiġi identifikat post adatt b'konsultazzjoni sħiħa ma' l-Ambaxxata Ċiniża f'Malta.
Leg 9 PQ #22858 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet taż-Żgħażagħ

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 22279, jista' l-Ministru jgħid jekk hux l-għaqdiet kollha msemmija ġew mgħejjuna u kemm ingħataw fondi f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux il-proġetti kollha li ssottomettew l-għaqdiet huma eliġibbli għal għajnuna finanzjarja. Il-Proġetti għadhom qed jiġu pproċessati biex eventwalment tingħata l-għajnuna finanzjarja.
Leg 9 PQ #20231 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Equipment and Furniture in School vote

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17420?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22046 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Universita` qed jieħdu sehem fil-programmi Leonardo u Socrates ta' l-UE. Ma tistax tingħata figura preċiża tal-parteċipazzjoni ta' Malta fil-programm Socrates minħabba li ħafna mill-parteċipazzjoni qed timmatura matul din is-sena. Per eżempju, fil-programm Comenius, aktar u aktar skejjel Maltin qed jieħdu sehem. Sas-16 ta' Jannar 2001, hemm 17-il skola li qed jieħdu sehem. In-numru ta' parteċipanti jvarja minn proġett għal ieħor. Fil-programm Erasmus 100 studenti Universitarju qed jieħdu sehem. Fil-programmi l-oħra ta' Socrates, is-sehem ta' Malta qed jiżdied kuljum permezz ta' kuntatti ma' aġenziji nazzjonali f'pajjiżi oħra. Fil-programm Leonardo, fl-ewwel sejħa għall-applikazzjonijiet, kien hemm 250 applikazzjoni għall-proġetti ta' Mobility fl-2001. Il-ħlas ta' Malta fl-2000 kien ta' Lm415,000. L-UE ma ħarġet ebda fondi għal din il-parteċipazzjoni. Fl-2001, hu mistenni li l-fondi jinqasmu bejn Malta u l-UE.
Leg 9 PQ #22779 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Maria Reġina

Question

Jista' l-Ministru jara jistgħux jittieħdu passi biex l-istudenta li isimha u d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tattendi l-Junior Lyceum Maria Reġina tingħata l-għajnuna meħtieġa minħabba l-kondizzjoni tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22780 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21743, jista' l-Minstru jgħid jekk il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jagħtix rendikont tal-programmi fuq il-media li ħa sehem fihom fis-sena ta' ħidma 1999-2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22781 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Unviersita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21743, jista' l-Ministru jgħid il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jagħti rendikont ta' school visits li saru minnu fl-iskejjel, inkluż il-junior college, matul is-sena li għaddiet? Jista' jagħti wkoll rendikont ta' councellors li laqqa' miegħu, jew laqa' għandu matul is-sena li għaddiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22782 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21741, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jagħtix in-numru oriġinali ta' dħul ta' studenti minn mindu laħaq kap ta' l-istess dipartiment?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22790 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21745, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jagħti rendikont ta' xi tkopri t-talba ta' Lm576,543 għas-sena 2000/1? X'inhi t-talba kapitali u dik rikorrenti għal din is-sena? Kemm hemm proposti postijiet akkademiċi u mhux akkademiċi ġodda? X'kienu t-talbiet li saru sena b'sena tul it-tmexxija tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija preżenti? X'voti, sena b'sena, ingħataw għal dawn it-talbiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22794 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21544, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija kkonsultax mal-Kamra ta' l-Ispiżjara qabel ma għamel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu lil organi kompetenti fl-universita'? X'kien il-parir li ngħata mill-istess Kamra ta' l-Ispiżjara? Għal liema pajjiżi qed jirriferi l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija fit-tweġiba tiegħu? X'mekkaniżmu interni u esterni qed juża d-dipartiment tal-farmaċija biex jara li dan il-livell jiġi milħuq?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22845 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dħul tal-PBS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul matul is-sena 2000 mill-PBS għal programmi li xxandru fuq it-televizjoni? Jista' jagħti l-lista b'mod separat għal kull programm?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għalhekk ma nħossx li għandha tingħata.
Leg 9 PQ #22772 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21551, jista' l-Ministru jgħid f'liema oqsma ta' tagħlim, il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jara li hemm bżonn li jikber id-dipartiment? Taħt liema fakulta' jaqa d-dipartiment tal-farmaċija? Ġie qatt imressaq mill-kap tad-dipartiment tal-farmaċija preżenti, pjan biex tinħoloq fakulta' fil-farmaċija? X'inhi l-opinjoni tiegħu dwar dan? Il-Kamra ta' l-Ispiżjara ġiet infurmata b'dawn l-istrateġiji? X'kienu l-pariri li ngħata l-kap tad-dipartimenti tal-farmaċija, kemm mill-organi kompetenti universitarji kif ukoll mill-Kamra ta' l-Ispiżjara dwar dawn l-istrateġiji?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22773 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21740, jista' l-Ministru jgħid x'jirriżulta fl-istudji li jsiru minn żmien għal żmien li qed jagħmlu l-ispiżjara wara li jiggradwaw? Liema huma dawn l-istudji li l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija qed jagħmel riferenza għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22774 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Staff akkademiku

Question

Matul l-1999 u s-sena 2000, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni mill-istaff akkademiku u mhux, li applikaw għal estensjoni wara li għalqu s-61 u din l-applikazzjoni ġiet miċħuda?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22775 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21742, jista' l-Minsitru jgħid meta l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija ressaq dawn ir-rakkmandazzjonijiet għas-sena akkademika 2001-2002?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.