Legislature:
Category:
Reset
Active:

Delimara — Fanal

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8530?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Awtorita` Marittima għandha proġett li l-fanal ta` Delimara jiġi restawrat u li parti mill-bini jsir stazzjon tal-kontroll għall-vapuri li jbaħħru fl-inħawi.
Leg 9 PQ #8676 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Isla — Arloġġ fil-venda

Question

Minħabba l-użu li għandu arloġġ f'venda tal-karozzi tal-linja, jista' l-Ministru jara li l-arloġġ li hemm fil-venda ta' l-Isla jissewwa għax ilu bil-ħsara għal ħafna xhur?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-arloġġ imsemmi ma jaqax taħt ir-responsabbilta ta` l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku u ma jagħmilx parti mill-venda tal- karrozzi tal-linja.

Port — Insurance għal ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi sistema ta' insurance għal ħaddiema tal-Port meta dawn ikorru waqt il-ħin tax-xogħol fil-qadi ta' dmirijiethom? Jekk fl-affermattiv, minn min titħaddem din l-iskema?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li regolament 44 tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħaddiema tal-Port jikkontemplaw il-ħtieġa ta` sistema ta` Polza ta` Sigurta għall-Ħaddiema tal-port fuq bażi ta` 24 siegħa. Din il-Polza ta` Sigurta tkopri mewt aċċidentali, diżabilita` permanenti jew disabilita` totali temporanja dovuta għal inċident u-jew mard. L-iskema titħaddem mill-`Port Workers Pensions and Contingency Fund Committee`, imwaqqaf skond regolament 32 ta` l-istess regolamenti.

Santa Luċija — Servizz ta' trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jindaga u jara kif, wara li fi Frar 1999 inbidlet ir-rotta tal-karozza tal-linja li titlaq minn Santa Luċija (Malta), il-karozza tgħaddi minn Triq il-Prinjoli, Vjal it-Torri u Garden Drive fejn m'hemm l-ebda bus shelters? Jista' l-Ministru jara li jsiru aktar bus shelters wara li l-karozza titlaq mit-terminus ta' Santa Luċija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-talba ta` l-Onor. Interpellant se tkun kunsidrata mill-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku, li fil-jiem li ġejjin se tikteb lill-Kunsilli Lokali kollha biex tara x`talbiet hemm għal `bus shelters` ħalli dawn ikunu jistgħu jibdew jiġu stallati bi pjan.

Qormi — Triq il-Ħelsien

Question

Peress li Triq il-Ġdida fi Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi, tinsab f'qagħda diżastruża għax għalkemm hija kollha mibnija għadha bit-terrapien u lanqas biss hija llivellata; peress li f'din it-triq żmien ilu nbdew il-bankini u waqfu ħesrem, peress li meta tagħmel ix-xita tant it-triq tegħreq bl-ilma li jgħerqu l-garaxxijiet li hemm fit-triq u li r-residenti lanqas biss ikunu jistgħu jaqsmu t-triq, u peress li bl-effett tat-trabijiet li hemm, numru ta ' tfal ibatu bis-synosis u bl-asthma, jista' l-Ministru jgħid meta d-dipartiment se jagħti l-prijorita' meħtieġa lil din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li din it-triq hija waħda minn dawk indikati mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati skond il-prijoritajiet li ser jiġu stabiliti.

Qormi — Triq il-Mitħna - Ilmijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel id-dipartiment biex isolvi l-problema ta' l-ilmijiet kbar li jinġabru fi Triq il-Mitħna, f'Ħal Qormi, kif taqbeż il-pont?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ilma li jaqa` f`Mill Street ġej minn niżla ta` Triq il-Kanun u d-Dipartiment għandu l-ħsieb li jestendi il-`culverts` minn ġol-mina tax-xita li kienet tħaffret waqt il-proġett ta` Sta. Venera għal ġo din it-triq. Biex dan ix-xogħol isir entitajiet oħra jridu jċaqalqu xi wħud mis-servizzi tagħhom.

Ministeru għat-Trasport — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-perjodu msemmi intefqu Lm2882.03 li minnhom Lm2041.13 saru fil-Ministeru filwaqt li Lm840.90 ntefqu fid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi.

San Ġiljan — Triq Birkirkara - Xogħlijiet

Question

Peress li ħaddiema tal-gvern qed jagħmlu xogħol kontra l-għarar fi Triq Birkirkara, San Ġiljan, liema xogħol qed iwassal biex issir ħsara fil-wiċċ tat-triq imsemmija u peress li l-ispiża tal-ħsara msemmija mhijiex waħda li jiflaħ għaliha l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, jikkunsidra l-Ministru li wara li jitlesta x-xogħol kontra l-għarar isir ix-xogħol ta' tarmac mid-Dipartiment tat-Toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sa llum m`hemm l-ebda talba pendenti quddiem id-Dipartiment tat-toroq dwar dan ix-xogħol.

San Ġiljan — Triq il-Klarissi - Xogħlijiet

Question

Peress li Triq il-Klarissi, f'San Ġiljan hija fi stat ħażin ħafna u peress li hija triq wieqfa ħafna u peress li konsegwenza ta' hekk tirrikjedi ammont finanzjarju sostanzjali biex tiġi mogħtija t-tarmac, liema somma finanzjarja huwa impossibbli li jidħol għaliha l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, jikkonsidra l-Ministru li dan ix-xogħol isir mid-Dipartiment tat-Toroq a spejjeż tiegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferik għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 8139.

Raħal Ġdid — Sinjali tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid jinbidlu l-bankini, isiru sinjali ta' parkeġġ fl-art u jsiru traffic lights fi Triq Kordin ħdejn ir-roundabout minħabba l-periklu li hemm biex jaqsmu r-residenti ta' din l-area?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li t-triq hija waħda arterjali x-xogħolijiet isiru skond il-prijoritajiet li qed jiġu stabiliti fil-programm li qed jaħdmu fuqu l-esperti Ġermaniżi.

Għawdex — Dwejra - Turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara t-talba mill-GRTU li jinstab rimedju għas-sitwazzjoni li nħolqot b'ħafna sidien tad-dgħajjes li jġorru t-turisti fid-Dwejra, Għawdex jikkompetu kontra xulxin u jolqtu ħażin id-dħul ta' xulxin għax hemm ħafna minnhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-uniċi sidien ta` dgħajjes li qed joperaw servizz ta` ġarr ta` passiġieri fid-Dwejra huma biss dawk it-tmien sidien li għandhom il-permess joperaw dan is-servizz. L-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku qatt ma waslulha lmenti jew rapporti li hemm min qed jopera illegalment b`kompetizzjoni ma` l-operaturi li għandhom il-liċenzja meħtieġa. Dawn l-istess operaturi ikkonfermaw ma` l-Awtorita` li huma l-uniċi sidien li qed joperaw fid-Dwejra.

Tarxien — Triq il-Fieres

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir it-tarmak fi Triq il-Fieres, Tarxien minħabba l-istat perikoluż u abbandunat li tinsab fih?

Response (GALEA, ĊENSU)

M`għandi xejn x`inżid għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3264.

Bormla — Triq Hanover

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tissewwa Triq Hanover biswit il-blokki tal-flats li jagħtu għal fuq Santa Liena f'Bormla?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li xi xhur ilu saret stima tax-xogħol meħtieġ u bħalissa wieħed qed jistenna li jitlestew xogħolijiet oħra biex dan ix-xogħol ikun jista` jsir.

Bormla/Fgura — Ftuħ ta' mina

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux jippjana li jiftaħ il-mina ż-żgħira ta' ħdejn il-mina ta' San Nikola ta' bejn Bormla u l-Fgura, għal pedestrians minħabba l-periklu għal dawn meta jgħaddu mill-mina l-kbira?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex jikkonsidra s-suġġeriment ta`

Trasport — Vintage buses

Question

Il-Ministru jaħseb li wasal iż-żmien li l-vintage buses li huma antiki u qed jagħtu servizz utli u uniku lit-turisti m'għandhomx jibqgħu jiġu mġiegħla iħallsu depożitu ta' Lm10.00?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema depożitu qed jirreferi peress li jien infurmat li ma jeżisti l-ebda depożitu ta` Lm10 fuq il-vetturi msemmija.
Leg 9 PQ #8489 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Bormla — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-toroq ta' Triq il-Mitħna u Triq Polverista f'Bormla humiex se jingħataw kisja tat-tarmac? Jekk fl-affermattiv, meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li dawn it-toroq huma diġa asfaltati `r-resurfacing` tagħhom irid isir mill-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #8510 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Wied il-Għajn — Triq il-Buttar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq il-Buttar, Wied il-Għajn inqalgħet xi għaxar xhur ilu biex ġew mgħoddija xi servizzi u baqgħat maqlugħa sal-lum? Jaf il-Ministru li għalkemm kien intefa' xi terrapien fil-gandotti dawn kollha reġgħu nqalgħu? Jaf il-Ministru li f'din it-triq hemm drawwa li jipparkjaw ix-xarabankijiet tat-turisti li żgur mhux qed jieħdu impressjoni tajba ta' dan l-iżdingar? Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li din it-triq li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-gvern tiġi rranġata suret in-nies?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-asfalt ta` din it-triq ser isir bħala parti mill-proġett ta` l-`embellishment` tal-lokal.

Żabbar — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni meta se ssir parti nieqsa minn Triq Lia ġewwa Ħaż-Żabbar (bejn Triq Qalb Imqaddsa u Triq il-Karmnu)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li kien hemm diffikultajiet tekniċi għal ħruġ ta` l-ilma minn din it-triq, id-Dipartiment tat-Toroq qiegħed ilesti l-pjanti meħtieġa u x-xogħol mistenni jibda wara li toħroġ sejħa għall-offerti.