Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13697 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trade Fair Grounds — Business Convention

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13295, peress li l-Ministru wieġeb li l-Ministeru ma kienx responsabbli mill-amministrazzjoni finanzjarja tal-business convention, jista' għalhekk jgħid f'idejn min kienet fdata din l-amministrazzjoni u jitlob l-informazzjoni mitluba? In kwantu għall-aħħar tweġiba, jista'l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija in konnessjoni ma' personnel in ġenerali kif impoġġija l-mistoqsija f'domanda parlamentari numru 13295, u mhux personnel mqabbad mill-Ministeru?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-amministrazzjoni tal-Konvenzjoni kienet fdata f`idejn il-Korporazzjoni tal-Fieri u ma narax raguni ghaliex ghandi noqghod nitlob taghrif dwar finanzi u personnel. Minbarra l-fatt li din il-Korporazzjoni hija indipendenti mill-Gvern, zgur li ghandha esperjenza fl-organizzazzjoni ta` attivitajiet varji konnessi mal-kummerc u ghaldaqstant taf taghmel uzu tajjeb kemm mill-finanzi kif ukoll mill-personnel ghad-dispozizzjoni taghha.
Leg 9 PQ #13709 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birgu — Triq N. Laiviera - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex il-bozza li hemm quddiem id-dar numru 7, Triq N. Laiviera, Birgu, ma tibqax ta' inkonvenjent għar-residenti f'din id-dar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ghaddejt l-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi mistharreg u jekk ikun il-kaz jittiehdu l-passi mehtiega.
Leg 9 PQ #13728 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Appell Numru 6525

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex l-appell interpost minn Richard Carabott (Appell numru 6525) il-bord ta' l-appell tal-ħatriet fil-Maltacom u li ġie intavolat fl-24 ta' Diċembru 1998, għadu sal-lum ma ġiex appuntat u lanqas mismugħ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bhalissa l-Bord ta` l-Appelli dwar il-promozzjonijiet, wara li ttratta madwar 220 appell, qieghed jisma` l-madwar 125 appell pendenti dwar promozzjonijiet li kienu hargu bejn Lulju u Settembru 1998. L-appelli dwar il-promozzjonijiet fil-grad li ghalih kienet applikat il-persuna msemmija fil-mistoqsija, li jammontaw ghal disgha, mistennija jigu ttrattati wara li jkunu konkluzi l-kumplament ta` l-appelli msemmija aktar `l fuq.
Leg 9 PQ #13744 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zebbuġ — Tiswija ta' lampa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11928, jista' l-Ministru jara li din il-lampa li ilha ma tixgħel għax aktar minn sena tiġi rranġata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-lampa li ghaliha qed issir riferenza tinsab fil-vicinanzi ta` kamra tan-nar f`Wied Qirda Haz-Zebbug. Kemm din il-lampa kif ukoll il-linja ta` l-elettriku li tissuplixxiha kienu sofrew hsara meta kienet splodiet l-imsemmija kamra tan-nar. Ghaldaqstant il-Korporazzjoni Enemalta, ghal ragunijiet ovvji, kienet kostretta li ssib post differenti fejn tehel din il-lampa. Naturalment meta dan il-post jigi identifikat, isir ix-xoghol mehtieg.
Leg 9 PQ #13766 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIMCOL/MGI Ltd — Shareholding

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13284, jista' l-Ministru jagħti aktar informazzjoni dwar l-kumpanniji Malpro Ltd u Malprofuo Ltd bħal xi tip ta' operat għandhom, l-għanijiet għalfejn twaqqfu, kemm huwa t-turnover u kemm jħaddmu nies dawn il-kumpanniji li fihom l-MGI għandha shareholding?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #13774 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Shipbuilding — Klieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ta l-ordni biex "jitneħħew" 52, kelb mix-Shipbuilding tal-Marsa kif rapportat fi gazzetti Maltin Malta Independent 3/2/2000? Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn in-nies li tqabbdu, jekk tħallsux u jekk tħallsu, kemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ftit taz-zmien ilu, il-management tal-Malta Shipbuilding hass il-bzonn li l-popolazzjoni tal-klieb li kienu jiggerrew f`dak il-post tigi kkontrollata. In-numru kbir ta` klieb li kien hemm fit-tarzna kien qed ikun ta` periklu kemm ghas-sahha kif ukoll ghas-sigurta` ta` l-istess haddiema u ta` nies ohra li kienu jzuru dan il-post. Barra minn hekk, nies mhux maghrufa, kienu hadu d-drawwa li jhallu klieb wara l-bieb tat-tarzna bit-tama li l-haddiema jiehdu hsiebhom. Meta xi xhur ilu l-Malta Shipbuilding talbet l-ghajnuna ta` socjeta` li tiehu hsieb l-annimali, b`xorti hazina ma setghetx tghin biex din il-problema tingheleb. Ghaldaqstant il-management ha d-decizjoni biex in-numru ta` klieb fit-tarzna jitnaqqas. Sfortunatament din id-decizjoni ma gietx esegwita b`mod ghal kollox korrett. Numru ta` klieb ittiehdu f`postijiet miftuha fejn setghu jghixu fil-liberta`. Din id-decizjoni, ghalkemm mehuda b`intenzjoni tajba, setghet holqot tbatija ghal uhud minn dawn il-klieb u wegghet is-sentimenti ta` dawk li jhobbu l-annimali. Sabiex il-hsara kawzata minn dan l-incident tittaffa, saru laqghat ma` rapprezentanti tal-haddiema li jiehdu hsieb il-klieb li hemm fit-tarzna u ntlahaq qbil fuq soluzzjoni umanitarja ghal din il-problema. Il-management iltaqa` wkoll ma rapprezentanti ta` l-Island Sanctuary ta` Marsaxlokk li wieghdu l-ghajnuna taghhom fil-kura tal-hafna klieb li fadal fit-tarzna. Min-naha taghha l-Malta Shipbuilding wieghdet l-ghajnuna taghha biex din l-ghaqda tkun tista` taghti s-servizz taghha lit-tarzna. Saru wkoll arrangamenti biex numru zghir ta` haddiema jithallew jidhlu fit-tarzna fi tmiem il-gimgha biex jitimghu l-annimali.
Leg 9 PQ #13775 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Posta — Parcels

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex n-nies tal-Belt Valletta ma jistgħux jirtiraw parcels mill-Posta meta mill-posta ta' bliet u rħula oħra jistgħu? Għaliex dawn iridu jmorru l-Marsa biex jirtiraw il-parcel post?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ghalissa, peress li l-Parcel Office jinsab il-Marsa, il-parcels iridu jigu rtirati minn hemm.
Leg 9 PQ #13798 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kordin — Ġibjun - Leakages

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13491?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ma jidher li hemm ebda hsarat fin-network ta` madwar il-gibjuni msemmija. Tajjeb jinghad li bhalissa l-gibjuni ta` Kordin li, effettivament huma tnejn, huma battala biex issirilhom manutenzjoni estensiva.
Leg 9 PQ #13805 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment tal-Konsumatur — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ilmenti/rapporti li għadhom pendenti quddiem id-dipartiment tal-konsumatur? Jista' jgħid kemm ilhom pendenti dawn ir-rapporti u kemm hemm personnel mad-dipartiment li jieħdu ħsieb l-investigazzjoni ta'dawn ir-rapporti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sad-9 ta` dan ix-xahar kien hemm sebghin ilment pendenti quddiem id-Dipartiment ghall-Affarijiet tal-Konsumatur. Minn dawn l-ilmenti, tnejn ilhom pendenti mill-1998, 43 mill-1999 u 25 mis-sena kurrenti. Fil-prezent id-Dipartiment ghandu tmien impjegati konnessi ma` l-investigazzjoni ta` l-ilmenti.
Leg 9 PQ #13810 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq Hanover - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari numru 13616?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xoghol tat-thaffir u tqeghid ta` kanen fi Triq Hannover, Bormla beda fl-ahhar gimgha ta` Jannar li ghadda. Fl-ewwel gimgha ta` dan ix-xahar sar il-`pressure testing` u d-disinfezzjoni tal-kanen il-godda u fit-tieni gimgha bdew jitqabbdu s-servizzi tad-djar mal-kanen godda. Din hija l-procedura normali f`dan it-tip ta` xoghol.
Leg 9 PQ #13814 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Triq Labour - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li l-Enemalta tinvestiga għaliex il-vultaġġ fi Triq Labour, Zabbar, qed jitbaxxa għal-livell ta' 180-190 volts meta jien informat li għandu jkun 250 volts, bil-konsegwenza li qed isiru ħsarat f'apparat elettroniku? Possibbli jsiru investigazzjonijiet u din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata bla dewmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi stabbilit x`qed jikkawza l-waqgha fil-vultagg u eventwalment jittiehdu l-passi mehtiega sabiex is-sitwazzjoni tigi rrangata.
Leg 9 PQ #13840 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Triq ta' l-Għargħar - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex il-familji li joqogħdu fi Triq ta' l-Għargħar, Wied il-Għajn, għadhom mingħajr bozza wara li dawn marru jilmentaw bosta drabi - kien hemm anke inċidenti minħabba li din l-area tinsab fi dlam ċappa - mal-kunsill lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi mistharreg, u jekk ikun il-kaz, jittiehdu l-passi mehtiega.
Leg 9 PQ #13846 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid/Fgura — Wied Blandun - Tindif

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13407?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-programm ta` xogholijiet ghal din is-sena li fasslet il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma, m`hemmx inkluzi x-xogholijiet imsemmija fil-mistoqsija.
Leg 9 PQ #13458 Sitting 239 2000-02-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għal bozoz ġodda hemm pendenti għal lokal tal-Fgura? Għal liema toroq huma dawn it-talbiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diga ghidt fit-twegiba ghall-Mistoqsija numru 13283, fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha 74 talba sottomessi mill-Kunsill Lokali tal-Fgura biex jitwahhlu lampi godda fil-lokal. Ma narax il-htiega li noqghod nidhol fid-dettal dwar ghal liema toroq saret it-talba biex fihom jitwahhlu lampi godda.
Leg 9 PQ #13604 Sitting 239 2000-02-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Business Convention — Trade Fair Grounds

Question

Dwar il-business convention li saret dan l-aħħar fit-trade fair grounds tan-Naxxar, jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm kienet l-attendenza tal-pubbliku għal din l-attivita'; (2) id-dħul kienx bi ħlas jew le? Jekk fl-affermattiv kemm inġabru flus mid-dħul; (3) x'kienet l-ispiża totali biex saret din il-convention bi breakdown ta' l-ispejjeż; (4) kemm attendew personel/staff għal din l-attivita'? Minn dawn kemm kienu mpjegati governattivi u kemm swiet f'overtime?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegibiet li tajt ghall-Mistoqsijiet numri 13266 u 13295 dwar l-istess materja.
Leg 9 PQ #12479 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-IPSE? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li ghalih qed issir riferenza, ma sar ebda caqlieq ta` haddiema fi hdan l-I.P.S.E. Trasferimenti jsiru jekk l-esigenzi ta` l-azjenda jitolbu dan.
Leg 9 PQ #13164 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Ħaddiema li spiċċaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu mad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1998 u l-1999? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li matul l-1999 ġew trasferiti għal dipartimenti ta' ministeri oħra u xi grad kellhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta` haddiema Maltin u Ghawdxin li spiccaw jahdmu minn mad-dipartimenti li jaqghu taht id-dekasteru tieghi matul l-1998 u l-1999 huwa ta` dsatax u hdax rispettivament. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba moghtija mill-Prim Ministru ghall-Mistoqsija numru 13170 waqt is-Seduta ta` llum stess.
Leg 9 PQ #13454 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għal bozoz hemm pendenti għal-lokal ta'Bormla? Għal liema toroq huma dawn it-talbiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diga ghidt fit-twegiba ghall-Mistoqsija numru 13283, fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha 14-il talba sottomessa mill-Kunsill Lokali ta` Bormla biex jitwahhlu lampi godda fil-lokal. Ma narax il-htiega li noqghod nidhol fid-dettal dwar ghal liema toroq saret it-talba biex fihom jitwahhlu lampi godda
Leg 9 PQ #13456 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birgu — Dawl fit- toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet hemm pendenti għal-lokal tal-Birgu? Għal liema toroq huma dawn it-talbiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diga ghidt fit-twegiba ghall-Mistoqsija numru 13283, fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha 10 talbiet sottomessi mill-Kunsill Lokali tal-Birgu biex jitwahhlu lampi godda fil-lokal. Ma narax il-htiega li noqghod nidhol fid-dettal dwar ghal liema toroq saret it-talba biex fihom jitwahhlu lampi godda.
Leg 9 PQ #13457 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Isla — Dawl fit-toroq

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'talbiet għal bozoz ġodda hemm pendenti għal lokal ta'l-Isla? Għal liema toroq huma dawn it-talbiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diga ghidt fit-twegiba ghall-Mistoqsija numru 13283, fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha 4 talbiet sottomessi mill-Kunsill Lokali ta` l-Isla biex jitwahhlu lampi godda fil-lokal. Ma narax il-htiega li noqghod nidhol fid-dettal dwar ghal liema toroq saret it-talba biex fihom jitwahhlu lampi godda.