Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn studenti bħalissa jistudjaw id-dentistrija?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li studenti jistudjaw id-dentistrija jifformaw parti mill-Università ta’ Malta, u għaldaqstant nistieden l-Onorevoli Membru biex jqiegħed il-mistoqsija tiegħu lill-Onorevoli Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn dentisti impjegati mal-Gvern Malti u kemm hawn dentisti jaħdmu Malta inkluż fil-privat? Kemm minn dawn huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mal-Gvern ta’ Malta hemm 37-il dentist jaħdem. Dawn huma kollha Maltin. Barra minn hekk, 23 huma rġiel u 14 huma nisa. M’għandniex informazzjoni dwar kemm hemm dentisti jaħdmu mal-Privat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li turi kemm hawn nisa u rġiel ipejpu? Jista’ jgħid x’piż huma fuq id-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm hemm fondi allokati kull sena għal kampanji kontra t-tipjip sabiex individwu jieqaf ipejjep? Xi previżjonijiet u/jew allokazzjonijiet hemm għas-snin li ġejjin? Kemm jiswa lid-Dipartiment tas-Saħħa pazjent li jpejjep?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-aħjar sors ta’ nformazzjoni dwar it-tipjip f’dawk li għandhom 15-il sena u‘l fuq li għandu d-Dipartiment għall-Informazzjoni dwar is-Saħħa u r-Riċerka huwa stħarriġ Ewropew li jsir darba kull ħames snin fuq kampjun rappreżentattiv tal-popolazzjoni adulta ta’ Malta.
L-aħħar stħarriġ sar fil-2008. Rigward l-istħarriġ li jmiss, fil-fatt dan huwa ppjanat għall-ħarifa ta' l-2014. Id-dewmien kien l-aktar minħabba li l-EUROSTAT għażlet is-sena 2014 sabiex issib triq tan-nofs u tippermetti l-pajjizi kollha ta' l-Ewropa jagħmlu dan l-istħarriġ flimkien, kif mitlub skond ir-Regolament 141/2013 maħruġ mill-Kummissjoni Ewropeja. Wieħed irid jifhem li kull pajjiż kellhom kalendarji differenti għall-istħarriġ tagħhom dwar is-saħħa u l-maġġoranza kien imisshom jagħmluh fl-2014.
Fil-figura li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra,wieħed jista’ jara il-proporzjon ta’ irgiel u nisa li jirraportaw li jpejpu kuljum, hemm ukoll informazzjoni li ġiet mitluba mill-Onorevoli Membru.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 623 u jgħid kemm kien hemm persuni li użaw is-servizzi taċ-ċentri tad-Detox li għandu l-Gvern, sena b’sena bejn l-2003 u l-2013 (l-ewwel tliet xhur)? Jista' jindika l-lokalità minn fejn kienu l-persuni rispettivi u x’età kellhom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru sabiex jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Sptar Mater Dei u Sptar Ġenerali t’Għawdex – każijiet ta’ overdose
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari mistoqsija parlamentari 367 u jgħid kemm kien hemm persuni li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei jew l-Isptar Ġenerali t'Għawdex isofru minn overdose ta' droga, sena b'sena bejn l-2003 u l-2013 (l-ewwel tliet xhur)? Jista' jindika l-lokalità minn fejn kienu l-persuni rispettivi u x'età kellhom meta ddaħħlu l-Isptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Caritas – għajnuna għar-riabilitazzjoni ta’ persuni bi problemi tad-droga
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 365 u jgħid x'għajnuna se jkun qed jagħti l-Gvern lill-organizzazzjoni Caritas biex jgħinha fil-ħidma tagħha fir-riabilitazzjoni ta' persuni li jkollhom problema ta' droga?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru sabiex jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-kolonoskopiji fl-iscreening tal-kanċer tal-musrana l-kbira se jsiru kollha f’Għawdex? Jekk iva, ġew ikkonsultati l-esperti tal-gastroenteroloġija ta’ pajjiżna? Min se jkunu t-tobba li se jagħmlu dan ix-xogħol, u kif se jsir il-ħlas tagħhom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li hemm 28 persuna fil-lista tal-kolonoskopiji fl-iscreening tal-kanċer tal-musrana l-kbira, bħalissa qed jsiru kollha fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, minħabba listi twal ta’ stennija li sibna għal din il-proċedura li tinvolvi pazjenti li għandhom (overt symptomatic u mhux screening) fl-Isptar Mater Dei.
L-esperti tal-gastroenteroloġija f’pajjiżna ilhom involuti f’dan il-progett sa mill-bidu nett. It-tobba f’Għawdex li qed jagħmlu dan ix-xogħol huma speċjalisti kkwalifikati biex jagħmlu din il-proċedura. Dawn il-konsulenti huma mħallsa bir-rati normali bħall-konsulenti l-oħra kollha, skont il-ftehim kollettiv tat-tobba u ma tħallsu l-ebda ħlas iehor għax-xogħol li ingħadda lilhom mill-lista ta’ stennija tal-isptar Mater Dei.
Ix-xogħol miexi b’rata tajba u bir-rieda tajba ta’ dawn it-tobba u dawk kollha nvoluti, dawn il-pazjenti qed jinqdew aktar malajr u jinġħataw dijanjożi bikrija għall-benefiċċju ta’ saħħithom kif inhu xieraq.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2320, jista’ l-Ministru jikkonferma li nqata’ l-overtime tal-pulizija (fuq deċiżjoni tal-Ministeru għas-Saħħa) li s-soltu kien jaħdem l-Isptar Mater Dei u b’hekk naqas il-complement ta’ pulizija li s-soltu kien ikun hemm fl-istess sptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni mill-Ministeru tas-Saħħa li tirregola l-overtime tal-pulizija fl-isptar Mater Dei. Fl-isptar hemm żewġ pulizija stazzjonati dejjem fid-dipartiment tal- Emerġenza.
Infurmat ukoll li l-
management
tal-isptar qed jistenna risposta mingħand il-pulizija biex jiżdied pulizija ieħor għas-servizz tal-isptar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie approvat u mħallas overtime f’kull sezzjoni li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu matul ix-xahar ta’ April u Mejju 2013, u jagħti d-dettalji sezzjoni b’sezzjoni?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din il-mistoqsija tinsab imwieġba fil-Mistoqsija Parlamentari numru 3106.
Jista’ l-Ministru jgħid x’pożizzjoni se jieħu l-Gvern fir-rigward ta’ ħruġ ta’ liċenzji ġodda tal-ispiżeriji?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li l- Ministeru jifhem li l-ispiżeriji għandhom funzjoni mportant ferm x’jaqdu fil-qafas tat-twettiq tal-politika għas-settur tas-saħħa.
Il-Ministeru se jibqa kommess li jara li l-aspett pubbliku tas-settur tas-saħħa jibqa kkumplimentat minn inizjattivi u attivijatiet tas-settur privat, inkluz l-ispiżeriji bil-ħaddiema u sidien tagħhom, biex l-aqwa servizz jibqa jingħata lill-pazjenti Maltin u Għawdxin bi’prezz li jirrifletti valur sħiħ tal-flus imħallsa għal tali servizz.
Spiżeriji – liċenzji ġodda — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal liċenzji ġodda ta’ spiżeriji u jgħid għal liema lokalitajiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm tlett mija u sbatax ( 317) l’ applikazzjoni pendenti għal-ftuħ ta’ spiżeriji f’Malta u Għawdex li huma mqassmin skont it-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-mediċini humiex out-of-stock: a) QV Cream; b) Ventolene; ċ) Remeprazole Omeprazole – 20mg; u d) Xanax 0.5? Jekk iva, għal liema raġuni?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mill-mediċina msemmija fil-mistoqsija:
a) QV cream –
Bath Emollient
huwa
in stock
fl-istores tal-POYC Unit
b) Salbutamol Inhaler [Ventolin Inhaler] – Dan wasal illum fl-istores tal-POYC Unit, u ser jitqassam b’urġenza lill-ispiżeriji kollha fl-Iskema sa nhar il-Ħamis 3 ta’ Ottubru.
c) Omeprazole 20mg capsules huma in stock fl-istores tal-POYC Unit
d) Xanax 0.5 – Alprazolam, mhux fil-Lista tal-Formolarju tal-Gvern.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 520 u 2537, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se tibda tingħata għajnuna lill-pazjenti li jridu jixtru l-injezzjoni tal-Aclasta minħabba l-bone density?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-injezzjoni tal-Aclasta (zoledronic acid 5mg soluzzjoni għall-infużjoni) tinsab fil-Formolarju tal-Gvern tal-Isptar u bħalissa tingħata b'xejn lill-persuni li għandhom il-marda tal- ‘Paget’ jew Osteoporosi minħabba sterojdi li jittieħdu fit-tul kif indikat fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Skont id-dettalji li jinsabu fuq il- ‘
web site’
tad- Direttorat ta Servizzi Farmaċewtiċi din il-lista fil-Formolarju kienet ġiet ippublikata fil- 15/7/2013
Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu passi fil-konfront ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minħabba li din qalet kliem dispreġjattiv u nieqes mir-rispett fil-konfront tal-Ministru, kif ukoll li qed toħloq problemi u diffikultajiet bla bżonn fl-għoti tal-mediċini mill-Isptar San Luqa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li dan l-ilment qed jiġi segwid mid-Dipartiment tas-Segretarjat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3759 u jgħid kemm kien hemm taxpayers fil-brackets t’hawn taħt, sena b’sena, mill-2008 sal-2012? Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma bejn tax payers individwali u kumpaniji għall- a) Anqas minn €8,500; b) bejn €8,501 u €14,500; ċ) bejn €14,501 u €19,500; d) bejn €19,501 u €25,000; e) bejn €25,001 u €35,000; f) bejn €35,001 u €45,000; g) bejn €45,001 u €60,000; h) bejn €60,001 u €75,000; i) bejn €75,001 u €100,000; j) bejn €100,001 u €125,000; k) bejn €125,001 u €150,000; l) bejn €150,001 u €200,000; m) bejn €200,001 u €250,000; n) bejn €250,001 u €350,000; o) bejn €350,001 u €500,000; u p) aktar minn €500,000?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru sabiex jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għas-Saħħa — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru illi mid-9 ta` Marzu ‘l hawn, attendejt żewġ laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea, li matulhom iltqgħajna il-Ministri Ewropej responsabbli mis-Saħħa.
· Il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea responsabbli mill-Impjiegi, Politika Socjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (
EPSCO)
li sar fil-Lussemburgu fil-21 ta Ġunju.
· Il-Laqgha Informal tal-Ministri tas-Saħħa (Informal Health Ministers Meeting) li sar fil-Lithuania bejn it-8 u d-9 ta Lulju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ikklampjati karozzi fil-konfini tal-Isptar Mater Dei mill-uffiċjali tas-sigurtà matul ix-xhur ta' April, Mejju u Ġunju 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fix-xahar t’April ġew klampjati ( 4 ) erba’ karozzi, f’Mejju ( 12) tnax-il karozza, filwaqt li f’Ġunju ġew klampjati ( 2 ) żewġ karozzi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies ipejpu fil-konfini tal-Isptar Mater Dei mill-uffiċjali tas-sigurtà matul ix-xhur ta' April, Mejju u Ġunju 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li tlett ( 3 ) persuni ġew maqbuda jpejpu ġewwa l-Isptar Mater Dei fix-xahar t’April u tlieta ( 3 ) oħra f’Mejju. Ħadd ma’nqabad ipejjep fix-xahar ta’ Ġunju,għalhekk sitt ( 6 ) kontravenzjonijiet ġew maħruġa.
Dawn il-kontravenzjonijiet ġew maħruġa mill-Inspettur tas-Saħħa tal-Isptar Mater Dei. Dan għaliex il-membri tas-Sigurta’ m’għandhom l-ebda poter leġislattiv u l-uniċi żewg Pulizija fl-Isptar Mater Dei ikunu ġewwa l-Emerġenza.