Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema bil-pensjoni tad-diżabilità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5219 u tgħid f'każ ta' kera qadima li ġiet riveduta għal €185 kull meta trid issir reviżjoni tal-kera skont il-liġi?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħti aktar dettalji fuq dan il-każ bħall-isem, l-indirizz u numru tal-karta tal-identità tal-persuna kkonċernata sabiex l-Awtorità tad-Djar tkun tista’ tagħti spjegazzjoni fuq dan il-każ.
Tista’ l-Ministru tara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji u jinbidel il-bieb tal-komun tal-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilu iktar minn 40 sena u jinsab fi stat ħażin ħafna tant li ma jistax jingħalaq?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux site visits f’dawk id-djar tal-anzjani li wrew l-interess li jipprovdu sodod għall-anzjani wara l-expression of interest li nħarġet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom ma saru ebda żjarat f’djar tal-anzjani li wrew interess li jipprovdu sodod għall-anzjani wara li nħarġet l-espressjoni ta’ interess.
Sodod għall-anzjani – expression of interest — evalwazzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid minn min hu kompost il-kumitat/tim li hu inkarigat biex jagħmel evalwazzjoni tal-expression of interest li nħarġet biex jiġu provduti sodod għall-anzjani (residential care)?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat ta’ Evalwazzjoni hu magħmul mis-Sur Raymond Mamo bħala Chairperson u Dr Miriam Azzopardi u Dr Stephen Abela bħala membri. Dr Marvina Formosa u s-Sur Philip Rizzo huma osservaturi fuq il-kumitat waqt li s-Sur Mark Debono huwa s-Segretarju tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm fost dawk li wrew interess li jipprovdu sodod għall-anzjani fl-expression of interest li ħarġet, jistgħu jipprovdu nursing care?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-evalazzjoni tal-espressjoni ta’ interess għadu għaddej.
Residenza San Vinċenz de Paul – rapporti dwar abbuż fuq anzjani
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew rappurtati każijiet ta’ abbuż fuq l-anzjani tul din is-sena xahar b’xahar fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Fiex kien jikkonsisti l-abbuż? X'passi ttieħdu f'kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li trid tirranġa s-saqaf tar-residenza tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-każ imsemmi qed jingħata prijorità minn naħa tal-Awtorità tad-Djar. Għalkemm kien hemm xi dewmien biex jinbdew ix-xogħlijiet minħabba proċeduri amministrattivi in konnessjoni mat-tender, qed isir sforz biex tinstab soluzzjoni mill-aktar fis possibbli sabiex ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jinbdew mill-kuntrattur possibilment fi żmien ġimgħa.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għadha ma rċevietx iċ-cheque tal-pensjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l persuna msemmija ġiet nfurmata bil-miktub.
F’każi simili, wara li l-persuna titlob stop payment, dan jiġi mibgħut il-Bank Ċentrali u malli jkun hemm il-clearance li ma ssarrafx, joħroġ ċekk ieħor bħala replacement immedjatament.
Tista’ l-Ministru tikkonferma li kien hemm xi riżenji minn xi bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, liema bordijiet jikkonċernaw il-kura tat-tfal? Jekk fl-affermattiv min huma dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Minn min imtlew il-postijiet vakati minn dawn il-persuni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk waqqfitx jew hijiex fil-proċess li twaqqaf task force fuq il-fostering? Jekk iva, min huma l-persuni li se jkunu fuq dan it-task force u xi kwalifiki għandhom biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet ta’ daqstant sensittività?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistqosija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk sarux tibdiliet fil-proċeduri tal-fostering? Tista' l-Ministru tgħid kif dawn swew ta’ aktar ġid għat-tfal vulnerabbli?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien ikun aktar f’waqtu li kieku l-Interpellant indentifika xi spażju li fil-Ministeru għall-Familja u Soliderjetà Soċjali jew fl-Aġenżija Appoġġ li jista jesa’ aktar minn 300 ruħ, għaliex din il-laqgħa u laqgħat oħra sussegwenti kienu jsiru f’xi post minn dawn u mhux f’Kastilja f’sala li tista’ tieħu dan l-ammont ta’nies.
(Ara dokument 1787 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 87 tas-Sibt 16 ta' Novembru 2013)
Tista’ l-Ministru tiċħad jew tikkonferma li foster carers intalbu jiltaqgħu magħha f’Kastilja u mhux fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali jew fl-Aġenzija Appoġġ? Jekk fl-affermattiv x’inhi r-raġuni wara din it-talba?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien ikun aktar f’waqtu li kieku l-Interpellant indentifika xi spażju li fil-Ministeru għall-Familja u Soliderjeta Soċjali jew fl-Aġenżija Appoġġ li jista' jesa’ aktar minn 300 ruħ, għaliex din il-laqgħa u laqgħat oħra sussegwenti kienu jsiru f’xi post minn dawn u mhux f’Kastilja f’sala li tista’ tieħu dan l-ammont ta’nies.
Tista’ l-Ministru tiċħad li xi żmien ilu kellha pressjoni biex tifel li qiegħed taħt care order jerġa’ jmur lura ma’ ġenitur u dan kontra l-parir tal-psikologi u s-social workers li qed isegwu mill-qrib il-każ ta’ dan it-tifel? Kif qed taġixxi l-Ministru f’sitwazzjonijiet simili?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Nassumi lill-Onorevoli Interpellant huwa familjari mal-liġi u l-proċedura tal-Care Orders u għaldaqstant nassumi ili jaf li l-Ministru ma jidħolx fuq direzzjoni li bil-liġi jittieħdu mill-Children and Young People’s Advisory Board.
Tista' l-Ministru tagħti timeline bid-dettalji ta’ dak li diġà sar, inkluż kull tħabbira li saret dwar din l-istrateġija, u ta’ dak li għad irid isir, inkluż kull draft li qed joħroġ, fit-tfassil tal-istrateġija kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4942 u tara li ssir tiswija ta’ gallarija tal-appartament li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi qiegħed fi stat avvanzat li jiġi ngaġġat kuntrattur biex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4943 u tinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema minħabba sigurtà soċjali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni tal-pensjonijiet dwar il-każ tagħha.
Tista’ l-Ministru tagħti definizzjoni ta’ persuni homeless u roofless li timxi fuqhom il-Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar għandha 298 applikazzjoni li jaqgħu taħt il-kategorija “Homeless” kif muri fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari W144. Id-definizzjoni ta’ “Homeless” hija kif ġej:
Homeless - Institution
Applikanti li qed japplikaw minn istituti varji, xelters, u djar bħal Dar Merħba Bik, Suriet il-Bniedem, Dar Leopoldo etc, etc.
Homeless - CCF
Applikanti li qed japplikaw minn ġewwa l-faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Homeless - Eviction
Applikanti li qegħdin mhedda li ser jiġu żgumbrati jew mill-banek jew mis-sidien.
Homeless - Rehab Clients
Applikanti li kellhom xi vizzju u qegħdin ġo post tar-rijabilitazzjoni u ma jkollhomx post fejn jgħixu meta jlestu dan il-programm.
Homeless – Tolerance
Applikanti li jgħixu f’post mgħoti lilhom b’tolleranza iżda li xi darba jridu jirritornawh lura lis-Sid.
Homeless – Postal Address
Applikanti li m’għandhomx post fiss t’abitazzjoni iżda jkollhom indirizz li jintuża għall-posta biss.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa stmat li hawn persuni homeless u kemm hawn roofless f’Malta skont id-definizzjoni li timxi fuqhom il-Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar sallum għandha 298 applikazzjoni li jaqgħu taħt il-kategorija tal-“Homeless” kif murija fit-tabella hawn taħt:
3.2 Homeless - Institution
36
3.3 Homeless - CCF
23
3.4 Homeless - Eviction
106
3.6 Homeless - Rehab Clients
12
3.7 Homeless – Tolerance
33
3.8 Homeless – Postal Address
88