Jista’ l-Ministru jgħid dwar il-baga l-ġdida tal-cruise liners li l-Ministeru għal Għawdex jixtieq ipoġġi fix-Xlendi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġa tlesta l-ewwel studju ta’ taħt il-baħar, filwaqt li qed isiru l-preparamenti biex jinbeda t-tieni studju li se jwassal għal għarfien dwar ix-xogħol implikat. Bħalissa għaddejjin taħdidiet bejn l-Awtorita’ Maltija tat-Trasport, il-Ministeru għal Għawdex u stakeholders fl-industrija biex tinġabar l-aħjar informazzjoni għall-istadju li jmiss tal-proġett.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-bini ta’ Dar tal-Anzjani f’Għajnsielem Għawdex? Jista' jikkonferma kemm se jkunu alloġġjati anzjani f’din l-istess Dar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħol tal-bini tad-dar ta’ San Ġużepp beda. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-pedamenti u fuq il-ġiebja u mistennija jiġu alloġġjati 140 anzjan/a.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-bini ta’ pixxina (natatorium) f’Għawdex? X’sar minn amministrazzjonijiet Nazzjonalisti dwar din il-pixxina?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex permezz tal-privitisation unit ħareg RFP li bħalissa qeda fil-fażi ta' aġġudikazzjoni. Gvern preċedenti għażel is-sit u ġab il-permessi ‘mma qatt ma vara l-proġett konċernat u għal diversi snin baqa’ biss fuq il-karta.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar kemm-il kilometru ta’ toroq saru minn Marzu 2013 ‘il quddiem fil-g¿ira t’Għawdex mill-Ministeru t’Għawdex, fejn sar dan ix-xogħol u kemm kien l-investiment involut?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija elenkata fit-tabella hawn annessa u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-pjanijiet tiegħu għas-sit tal-Ħofra, fix-Xewkija u s-sit preċedentament okkupat mill-Malta Dairy Products fl-istess Xewkija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qegħdin f’diskussjonijiet mal-PPCD fuq possibilita’ ta’ finanzjament mill-EU għal dawn il-proġetti, biex inżidu l-possibiltajiet ta' xogħol għan-negozji żgħar u medji.
Jista’ l-Ministru jelabora dwar il-ħtieġa ta’ fibre optic cable alternattiv? Jista’ jgħid x’qatt sar minn amministrazzjonijiet preċedenti dwar din l-inaċċessibilità diġitali li Għawdex isofri minnha?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għalGħawdex – ingaġġ ta’ persuna – pakkett finanzjarju u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24014 u jgħid xi rwol għandu fil-Ministeru tiegħu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? X’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra qed jingħata dan l-individwu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi ġie ngaġġat bħala Ministry Co-ordinator fuq affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kultura buq bażi ta’ Person of Trust għal 20 siegħa fil-gimgħa. Huwa qed jitħallas pro rata fuq skala ta’ salarju 7 u qiegħed jingħata Mobile Allowance ta’ €407.50 fis-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għalqu lukandi f’Għawdex fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti bejn Settembru 1998 u Marzu 2013?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Settembru 1998 u Frar 2013 għalqu 3 lukandi li kienu l-Andar, l-Imġarr kif ukoll l-Atlantis. Fl-istess perjodu għalqu ħames guest houses.
Jista’ l-Ministru jelabora dwar in-niċċa ta’ Boutique Hotels f’Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Il-kunċett ta’ boutique hotels huwa kunċett li għal Għawdex jaqbel ħafna minħabba n-numru żgħir ta’ kmamar li huma assoċjati ma’ din it-tip ta’ akkomodazzjoni, l-atmosfera personali li wieħed isib fihom, u wkoll minħabba l-fatt li jkomplu jifirxu l-impatt pożittiv tat-turiżmu fl-irħula Għawdxin, filwaqt li ma jtellfux mill-karatteristiċi tipiċi taċ-ċentri rurali li jinsabu fihom.
Minbarra n-numru żgħir ta’ kmamar dan il-kunċett b’mod ġenerali:
· jorbot ma’ stil uniku li jamalgama ruħu perfettament mad-destinazzjoni;
· joffri numru ta’ kumditajiet li t-turist ifittex fiż-żmenijiet tal-lum;
· jerġa juża jew jirrikwalifika bini eżistenti; u
· huwa marbut ma’ spazji iżgħar.
Dan il-kunċett jaqbel ħafna għal Għawdex, minħabba:
· l-kwalita ogħla ta’turisti li tattira din it-tip ta’ akkomodazzjoni;
· hu in linja mal-politika nazzjonali tat-Turiżmu li jrid ikompli jippromwovi lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta; u
· kif ukoll jsostni politika ta’ żvilupp sostenibbli fi ħdan il-komunitajiet Għawdxin.
Operaturi kummerċjali qed jaraw il-potenzjal ta’ din it-tip ta’ akkomodazzjoni, hekk kif f’dawn l-aħħar xhur nfetħu żewġ boutique hotels fin-Nadur u x-Xewkija, filwaqt li l-Awtorita Maltija tat-Turiżmu rċeviet numru ta’ applikazzjoniet għal-lukandi u guest houses li potenzjalment uħud minhom jistgħu ‘il quddiem jaqgħu taħt din it-tip ta’ kategorija.
Jista’ l-Ministru jelabora dwar ir-roħs fin-nollijiet tal-Gozo Channel li ġew ikkonċeduti lill-Maltin u lill-barranin fil-jiem kwieti tax-Xitwa? Kienet Xitwa kwieta għal Għawdex in vista tal-promozzjonijiet li saru fil-Milied u fl-Għid?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, d-dati li fihom il-Ministeru għal Għawdex nieda fiż-żmien kwiet tax-Xitwa inizjattivi biex in-noll tal-vapur tal-Gozo Channel kien bi prezz irħas għall-Maltin u t-turisti. Dan minbarra l-għajnuna biex jiġu organizzati diversi attivatijiet kulturali matul il-Milied u l-Għid.
Dan kollu għen biex matul dan il-perijodu kien hawn żieda sostanzjali ta’ Maltin li żaru lil Għawdex. Infatti t-traffiku ta’ passiġġieri u vetturi rreġistrat mill-Gozo Channel bejn Novembru tal-2015 u Marzu tal-2016 żdied bi 14.9% u 14.7% rispettivament, meta kkumparat mal-istess perijodu s-sena l-oħra.
Jista’ l-Ministru jelabora dwar ir-rekord fil-bed nights f’Għawdex fl-2015?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, l-informazzjoni fuq il-bed nights f’Għawdex kif mogħtija mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Jidher biċ-ċar li matul l-2015 il-bed nights f’ Għawdex iġġenerati minn turisti barranin żdiedu b’9.8% fuq l-2013 u b’14.3% fuq l-2014.
Dan ma ġiex b’kumbinazzjoni hekk kif il-Ministeru għal Għawdex ħadem fuq kampanja estensiva ta’ promozzjoni barra minn Malta li kienet tinkludi wkoll kampanja ta’ promozzjoni fuq medja diġitali, kif ukoll l-iżviluppar ta’ diversi pubblikazzjonijiet li tqassmu f’fieri barra minn Malta. Matul l-2015 tnediet ukoll skema li assistiet id-diving schools stabbiliti f’Għawdex biex ikomplu jirreklamaw barra minn Malta, kif ukoll biex jipparteċipaw f’fieri speċjalizzati lil hinn minn xtutna. Sar ukoll titjib kontinwu fuq il-prodott turistiku Għawdxi.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dwar is-suċċess li qed jiġi reġistrat fil-Gozo Channel?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-Kumpanija Gozo Channel is-sena 2015 kienet sena oħra ta’ ħidma ntensiva sabiex filwaqt li tipprovdi servizz ta’ eċċellenza f’dak li huwa l-ġarr ta’ passiġġieri, vetturi u merkanzija bejn iż-żewġ gżejjer tiżgura li topera bi profit.
Matul is-sena 2015, il-kumpanija esperjenzat żidiet sostanzjali f’dawk li huma passiġġieri u vetturi li qasmu bejn iż-żewġ gzejjer. Il-passiġġieri żdiedu b’iktar minn 2% fuq is-sena ta qabel, biex b’hekk qabzu l-4.7 miljun passiġġier filwaqt li l-vetturi żdiedu b’iktar minn 5.3% u cioe` żieda ta’ madwar 70,000 vettura fuq is-sena 2014. Dan ifisser żieda ta’ aktar min 700,000 passiġġier fuq is-sena 2012.
Il-Gozo Channel ħadmet bla heda sabiex setgħet topera kemm il-vjaġġi bl-iskeda kif ukoll ammont sostanzjali ta’ vjaġġi extra. Dan speċjalment f’mumenti ta’ ħtieġa partikolari fejn id-domanda kienet waħda kbira u fejn l-Gozo Channel ħadmet bil-flotta kollha tagħha sabiex toffri l-aqwa servizz possibbli. Fl-2015, il-Gozo Channel għażlet li tbiddel totalment il-kunċett tal-iskeda tagħha fejn introduċiet biss żewġ skedi: waħda tas-sajf u l-oħra tax-xitwa. B’hekk il-kumpanija żiedet b’ammont sostanzjali n-numru tat-trips tal-iskeda fejn in-numru ta’ trips f’2015 kien ta’ 20824, żieda ta’ 1482 fuq is-sena 2012 (19342).
Fil-qasam kummerċjali, il-kumpanija ukoll għamlet passi kbar ’il quddiem. Wara l-ħidma kbira li saret fil-kafeterija fejn tnaqqsu l-abbuzi li kienu rampanti fl-amministrazzjoni preċendenti, l-kafeterija abbord il-vapuri ħalliet profit nett ta’ aktar minn €400,000, jiġifieri d-doppju tal-qliegħ illi l-kumpanija għamlet mil-istess kafeterija fl-2012 meta Tonio Fenech kien Ministru.
Dan kollu wassal lill-Kumpanija sabiex fl-2015 tirreġistra profit ta’ aktar min €1Miljun, u dan wara s-sena diżastruża tal-2012 li kienet timmarka l-aħħar sena ta’ amministrazzjoni preċedenti fejn il-kumpanija kienet tilfet ’l fuq minn €1,6 miljuni.
Ta’ min isemmi ukoll illi matul l-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena (2016), il-Kumpanija dija’ għamlet 570 trip aktar mill-ewwel tlett xhur tas-sena l-oħra, u bħala passiġġieri qbiżna il-miljun passiġġier. Dan ifisser illi kien hemm żieda fil-ġarr tal-passiġġieri ta’ aktar minn 20% fuq l-ewwel tlett xhur tal-2015. Huwa għalhekk illi l-istess Kumpanija qiegħda tħares lejn il-futur b’entużjażmu u b’antiċipazzjoni u taspira li hekk kif għamlet matul dawn l-aħħar snin tkompli toffri servizz ta’ eċċellenza filwaqt li tkompli tkabbar il-qliegħ anke għal matul is-snin li ġejjin.
Ministeru għal Għawdex – proprjetà mikrija mingħand il-privat
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24681, fejn fit-tweġiba ntqal li mill-ħames postijiet li huma mikrija mill-Ministeru għal Għawdex mingħand il-privat, hemm erbgħa minnhom li magħhom sar kuntratt tal-kiri, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-erbgħa kuntratti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-kuntratti jikkontjenu data ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant mhux se jiġu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ individwu – pakkett finanzjarju u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24012 u jgħid xi rwol għandu fil-Ministeru tiegħu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? X’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra qed jingħata dan l-individwu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-individwu msemmi ġie ngaġġat bħala Project Management Coordinator buq bażi ta’ Person of Trust. Huwa qed jitħallas fuq skala ta’ salarju 3.
Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ persuna – pakkett finanzjarju u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamenari 24013 u jgħid xi rwol għandha fil-Ministeru tiegħu l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? X’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra qed tingħata din il-persuna?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmiha ġiet ngaġġata fuq bażi ta’ Contract for Service u titħallas skond is-siegħat li taħdem.
Ministeru għal Għawdex — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi, il-Ministeru għal Għawdex ma tax xogħlijiet/konsulenzi/rapporti lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għal Għawdex — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi, il-Ministeru għal Għawdex ma tax xogħlijiet/konsulenzi/rapporti lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għal Għawdex — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi, il-Ministeru għal Għawdex ma tax xogħlijiet/konsulenzi/rapporti lill-kumpanija msemmija.
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi, il-Ministeru għal Għawdex ma tax xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.