Legislature:
Category:
Reset
Active:

Promozzjonijiet fl-Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jerġħu joħorġu l-promozzjonijiet fl-Armata skond kif ħabbar is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Tony Abela f'artiklu fil-gazzetta "In-Nazzjon" datat 15 ta' Jannar 2007 fejn qal li l-promozzjonijiet mhux se jdumu biex jerġgħu joħorġu matul is-sena kurrenti? Jista' jgħid jekk jistgħux jerġgħu jiġu promossi nies li ħadu promozzjoni s-sena l-oħra, kemm f'dawk li huma other ranks u high ranks?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess tal-promozzjonijiet inbeda u għandu jitlesta fix-xhur li ġejjin. Il-promozzjonijiet ser jingħataw skond l-esiġenzi tas-Servizz.

Forzi Armata — 25 sena servizz

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24747 mill-aktar fis possibli u ċioe': Peress li jirriżulta li hemm xi numru sostanzjali ta' suldati li mhux se jilħqu jagħlqu l-25 sena servizz, meta tidħol fis-seħħ il-klawsola ta' l-irtirar tal-55 sena, jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li jippermetti li dawn is-suldati jibqgħu jservu sakemm jagħlqu l-25 sena servizz jew inkella sal-61 sena biex b'hekk ikunu jistgħu jgawdu l-pensjoni sħiħa tas-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’għandi xejn x’inżid mar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru 24747.

Bejgħ ta' mediċini bl-għoli

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27908 u 28207 u jgħid x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu kontra dawk l-importaturi tal-mediċini li rriżulta li kienu qed ibiegħu mediċini bil-għoli? Ser jittieħdu passi legali kontra dawk li abbużaw u allura kienu qed jisolħu lil min bilfors irid juża dawn il-mediċini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-sistema li biha qed jiġu ffissati l-prezzijiet li bihom għandhom jinbiegħu il-mediċini f’pajjiżna ġiet imfassla mill-Kumitat tal-Mediċini matul din is-sena u bdiet tiġi mplimentata fl-aħħar ta’ dan is-Sajf. Għalhekk wieħed ma jistax jasal għall-konklużjoni li dawk l-importaturi li ma kienux ikkonformaw ma’ din is-sistema, kompletament ġdida, qabel ma daħlet fis-seħħ kienu qed jabbużaw.

Xiri ta' proprjeta' mill-barranin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtrat proprjeta' mill-barranin f'dawn l-aħħar tnax-il xahar u x'kien il-valur tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi li ħarġu taħt l-Att dwar Akkwist ta’ Proprjetà Minn Persuni Mhux Residenti (Kap 246) kien ta’ 473 bejn it-30 ta’ Settembru 2006 u 30 ta’ Settembru 2007. Il-valur globali tal-proprjetà kien ta’ Lm44,246,852. Ma jfissirx li l-kuntratti tal-permessi li ħarġu jkunu ġew konklużi.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kera

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Fund for good causes

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27278, 27799, 27930 u 28058 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-Fund for Good Causes li ġej mill-lotteriji? Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati? Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MFA — Għoli ta' prezzijiet

Question

Fid-dawl ta' l-istqarrija tal-Malta Football Association fejn minn meta tibda l-ewro f'Malta l-prezzijiet se jogħlew sostanzaljment, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-MFA talbitx jew ikkonsultatx ruħha mal-ministeru li taħtu jaqa' l-isports u jekk il-ministeru aċċettax din iż-żieda fid-dħul mill-1 ta' Jannar u r-rounding up goff li se jsir minħabba l-ewro?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Shipbuilding — Timber Carriers Russi

Question

B'referenza għat-Timber Carriers Russi jista' l-Prim Ministru jinfurmani jekk kienx hemm xi żvilupp fuq il-flus dovuti msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5564 tas-6.06.04?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Storbju Eċċessiv

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 27568 u 27829 u 27978 u 28119 ċjgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Dar Malta fi Brussell

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24645 jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28123 u jgħid kemm hemm organizzazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta u jgħid liema huma dawn l-organizzazzjonijiet kummerċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Delegazzjoni fl-Awstralja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27828, 27385 u 28160 u jgħid x'kienet in-nefqa totali taż-żjara tiegħu u tad-delegazzjoni fl-Awstralja, inkluż l-passaġġi ta' l-ajru, etc?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif diġà tgħid spjegazzjoni fir-risposta għall-mistoqsija il-kontijiet taż-żjara għadhom qed jinġabru u għaldaqstant, l-Uffiċċju tiegħi għadu m’huwiex f’pożizzjoni li jagħti risposta għalissa.

Żjara fl-Awstralja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27827, 27386 u 28161 u jgħid min kienu l-membri kollha tad-delegazzjoni li akkumpanjatu l-Awstralja u min kienu l-ġurnalisti u rappreżentanti tal-media li telgħu miegħu? Huwa minnu li fosthom kien hemm ta' Where's Everybody? X'arranġamenti finanzjarji saru dwar l-akkumpanjament u l-vjaġġi u akkomodazzjoni u ikel tal-ġurnalisti li kellu miegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Bejgħ ta' mediċini bl-għoli

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27908 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa,Anzjani u Kura fil-Komunita' u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu kontra dawk l-importaturi tal-mediċini li rriżulta li kienu qed ibiegħu mediċini bil-għoli? Ser jittieħdu passi legali kontra dawk li abbużaw u allura kienu qed jisolħu lil min bilfors irid juża dawn il-mediċini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Nefqa fuq petrol

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċjali li huma ntitolati għal petrol imħallas mill-Gvern huma dawk l-uffiċjali li qiegħdin fuq Performance Agreement u uffiċjali oħra li għandhom speċifikament fil-kuntratt ta’ l-impjieg tagħhom li huma ntitolati għal dan il-benefiċċju. Fir-rigward tan-nefqa fuq petrol matul ix-xhur ta’ Jannar u Marzu 2007 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

AFM — Ri-ingaġġ ta' suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm spiċċaw suldati mill-armata, u wara reġgħu kienu ngaġġati bħala suldati fl-istess armata? Is-snin li jkunu għamlu qabel jigu kkonsidrati wara r-ri-ingaġġ jew jibdew jgħoddu mill-ġdid? Fl-aħħar snin, kien hemm xi każ fejn ingħaddewlhom flimkien, jew kollha kellhom jibdewlhom mill-bidu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Euro Assistants

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 27825 u 27950 u għar-risposti relattivi, jista' l-Prim Ministru jgħid kif intgħażlet dik l-impjegata partikolari mit-tmien EAs magħżula kif intqal f'mistoqsija parlamentari 27498?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.