Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Turiżmu mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ;odda fid-Dipartiment tat-Turiżmu bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema ta' l-NTOM? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Membru li l-N.T.O.M. spiċċat fil-31 ta’ Awissu 1999.
Jista' jgħid xi proġetti hemm għall-futur biex jissaħħaħ it-turiżmu f'Malta?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-taqsimiet relativi tal-Malta Tourism Authority Strategic Plan 2000-2002 li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' jgħid kemm kien hawn turisti ta' bejn 20 sena u l-25 sena u ta' liema nazzjonalita' huma?
Response (REFALO, MICHAEL)
Peress li l-Onor. Membru mhux ċar fil-mistoqsija tiegħu, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti tagħrif dwar turisti ta’ bejn l-etajiet ta’ 20-24 u 25-29 sena li żaru Malta fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena kif ukoll in-nazzjonalita’ tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tal-beach cleaners? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fit-taqsima tal-beach cleaners saru tliet trasferimenti, mitluba mill-individwi stess, bejn il-5 ta’ Jannar u l-10 ta’ Settembru 2000.
Sal-lum m’hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti minn din it-taqsima.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999 u din is-sena?
X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom?
X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?
Response (REFALO, MICHAEL)
Bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Settembru 2000 kien hemm tliet (3 każi ta’ serq li ġew irrapportati lill-Pulizija għall-investigazzjoni. L-ebda każ minnhom ma kien jinvolvi valur ta’ iżjed minn Lm500.
Fil-fatt, il-valur kien ta’ Lm90, Lm150 u Lm200.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-White Rocks Holiday Complex mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fil-White Rocks Holiday Complex bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Beach Cleaners mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fis-sezzjoni tal-Beach Cleaning tad-Dipartiment tat-Turiżmu bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Awissu 2000?
Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif diġa kelli l-opportunita’ nwieġeb l-onorevoli interpellant f’okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara’ l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-onorevoli membru għall-allokazzjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Għal-liema raġunijiet l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ġietx aċċettata għall-kors ta' hospitality management fl-Institute for Tourism Studies, meta għandha 107 credits u kellha biżżejjed kwalifiki biex sethħet tattendi kors fl-Universita' ta' Malta?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-persuna li qed issir riferenza għaliha ma setgħetx tiġi aċċettata għall-kors ta’ Hospitality Management minħabba li ma laħqitx il-grad mitlub f’suġġett li hu meqjus bħala rekwiżit obbligatorju għall-kors (Matematika).
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rekwiżiti tal-kors imsemmi kif ippubblikati fil-prospectus ta’ l-Istitut.
X'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li applika għall-kors tal-Food Preparation and Production ma ġietx aċċettata mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi minkejja li għandu esperjenza tax-xogħol f'dan il-qasam, għandu ċertifikat tajjeb mill-iskola u għadda mill-eżamijet tas-SEC fil-Malti, Matematika, Ingliż, Physics, Home Economics u Religious Knowledge?
Kif daħlu studenti b'inqas kwalifiki minnu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif spjegat f’PQ numru 19363 l-applikanti g[all-korsijiet fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi jridu jissodisfaw għadd ta’ kriterji qabel ma jiġu aċċettati. Infurmat li għalkemm huwa minnu li l-applikant in kwistjoni għandu APL (marki li jingħataw għall-eżamijiet tas-SEC) biżżejjed, dan hu biss parti mill-proċess. Infurmat li l-applikant ma ssodisfax l-interview panel. Ta min igħid ukoll li l-kors tal-Food Preparation & Production hu wieħed li jkollu konkorrenza qawwija u din naturalment irrid il-kompetizzjoni.
Infurmat ukoll li l-applikant għandu esperjenza ta’ xogħol limitata għaliex beda jaħdem ta’ kitchen helper f’Lulju 2000, jiġifieri xahar qabel fetħu l-applikazzjonijiet.
Il-kwalifiki akkademiċi huma biss parti mill-proċess ta’ ammissjoni fl-ITS.
Kemm studenti li din is-sena applikaw biex isegwu xi kors ma' l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, kienu eliġibbli u kwalifikati iżda tħallew barra minħabba nuqqas ta' spazju?
Kemm kien hemm studenti li applikaw biex jibdew kors fis-sena 2000/2001? Kemm ġew aċċettati minnhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-applikanti għall-korsijiet kienu kif ġej
Kors
Applikanti
Eliġ
ibbli
(APEL)
M’Attendewx
Applikanti
Potenzjali
Bdew il-kors
HM
52
48
16
36
20
HO
31
27
8
23
14
AO
35
28
12
23
18
FPP
99
91
20
79
44
FBS
33
29
13
20
19
TG
27
15
5
22
12
TS
27
24
2
25
21
TA
53
48
5
49
21
TOTAL
348
310
81
277
169
X'inhu l-massimu ta' studenti ġodda li jista' jilqa' fih għall-korsijiet differenti l-Istitut għall-Istudji Turistiċi?
Kif inhu stabbilit dan il-massimu f'kull kors?
Kif jiġu magħżula l-istudenti l-ġodda biex jibdew il-korsijiet?
Kemm jingħataw marki għaċ-ċertifikat ta' l-iskola, kemm jingħataw għall-eżamijiet tas-SEC u l-gradi li jġibu u kemm jingħataw għall-interview?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-massimu ta’ studenti ġodda li jista’ jilqa’ fih l-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’kull kors hu kif ġej
Higher Diploma in Hospitality Management 20
Hotel Operations 32
Accommodation Operations 20
Food Preparation & Production 44
Food & Beverage Service 48
Sports Leisure & Recreation 20
Travel Agency Operations 20
Tour Guides 12
Dawn in-numri huma stabbiliti skond il-faċilitajiet u r-risorsi umani ta’ l-Istitut.
L-applikanti għal dawn il-korsijiet jintgħażlu wara proċess ta’ selezzjoni mqassam f’erbgħa partijiet kif ġej
· Jilħqu l-minimu ta’ kwalifiki kif stabbilit fil-prospectus għal kull kors. (APL APEL marki li jingħataw għall-eżamijiet ta’ SEC eċċ., u marki li jingħataw għal xi xogħol li jkunu wettqu relatat mal-kors).
· Jgħaddu test tal-numeracy and literacy.
· Jgħaddu minn interview.
· L-eta’ minima stabbilita fil-prospectus.
Applikanti għandhom jissodisfaw kull parti tal-proċess. Iżda l-ITS jikkunsidra li jimtlew vaganzi fil-korsijiet jekk applikant ikollu kwalifiki u jgħaddi mit-test u l-interview għalkemm ma jkollux l-eta’ meħtieġa.
Applikanti jingħataw marki kif ġej
Ċertifikat ta’ l-iskola 13
SEC Avvanzat Grad D jew aħjar 9
SEC Intermediate Grad D jew aħjar 7
SEC Ordinarju Grad C5 jew aħjar 6
Kull sena xogħol (Craft Level) 1
Kull sena xogħol (Supervisory Level) 2
Kull sena xogħol (Management Level) 3
Għall-interview il-massimu hu ta’ 33
Jista' l-Ministru jagħti dettalji/informazzjoni dwar:
i) Applikazzjonijiet pendenti għal bini/estensjoni ta' lukandi u akkomodazzjoni oħra.
ii) Numru ta' sodod li qed jintalab li jiżdied.
iii) Kategoriji ta' l-akkomodazzjoni.
iv) Lokalita'.
v) Data ta' l-appuntazzjoni.
vi) Data mistennija ta' meta se jitlesta x-xogħol?
Response (REFALO, MICHAEL)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-tagħrif mitlub. Mhux possibbli iżda li nagħti d-data ta’ meta għandu jitlesta x-xogħol ta’ kull proġett għax din tiddependi mill-ħruġ tal-permess mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19533?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm f’ċerti aspetti kien maħsub li jintlaħqu l-parametri “Blue Flag” mhuwiex korrett li x-xogħol li sar jiġi deskritt b[ala kollu konformi ma’ l-istandards tal-blue flag kif fil-fatt ġie erronjament deskritt minn sezzjoni tal-medja.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba u ngħid li l-ammont ma jkoprix il-prezz tax-xogħol li sar mill-impjegati tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw għajnuna f'dawn l-aħħar sentejn il-Malta Touring Club?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-istħarriġ li sar s’issa ma jidhirx li l-Malta Touring Club ingħata xi għajnuna finanzjarja. Jekk it-tweġiba li għadni qed nistenna mill-MTA tkun f’sens kuntrarju ngħid ma’ din it-tweġiba.