Legislature:
Category:
Reset
Active:

Infermiera barranin

Question

Fid-dawl tal-fatt li d-dipartiment tas-saħħa għandu numru ta' infermiera barranin li ilhom jaħdmu miegħu għal bosta snin (uħud minnhom aktar minn sitt snin) b'kuntratt li jiġġedded kull sena, jista' l-Ministru jgħid meta dawn il-ħaddiema se jingħataw kuntratt indefinit?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Siringi miċ-ċentri tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu siringi għall-persuni li jabbużaw mid-droga miċ-ċentri tas-saħħa f'Malta u f'Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta' siringi li tqassmu lill-persuni li jbatu mill-vizzju tad-droga minn kull ċentru tas-saħħa minn Malta huma dawn: Furjana Qormi Gzira Rahal Gdid Bormla Mosta Rabat 2000 19100 12037 31271 47420 11050 21729 10018 2001 19500 10474 34104 45052 11200 17408 9142 2002 35272 15373 39815 59180 15500 19064 8825 2003 42295 14572 39667 73300 17860 15942 7213 2004 44986 17161 47369 63600 15327 21143 7582 2005 51147 12335 50636 56300 21000 20975 7818 2006 41113 12956 45610 68600 28700 22339 6350 Dwar Għawdex nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ta' Għawdex.

Trabi li mietu mat-twelid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu trabi mat-twelid mis-sena 2000 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul is-snin 2005 - 2006 ġew irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet 105 trabi li twieldu mejta (stillbirths). Perinatal deaths jinkludu trabi li twieldu mejta u trabi li mietu matul l-ewwel ġimgħa ta' ħajja. Minn dawn kien hemm 194 imwiet. 147 trabi mietu matul l-ewwel sena ta' ħajja (infant deaths) u minn dawn 118 mietu matul l-ewwel xahar ta' ħajja (neonatal deaths). Dawn il-figuri jinkludu trabi li jiżnu 500gr jew aktar. In-numru ta' mwiet sena b'sena huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt: Year Fetal deaths (stillbirths) Perinatal deaths Neonatal deaths Infant deaths 2000 16 32 23 26 2001 20 30 12 17 2002 20 36 20 22 2003 16 34 20 22 2004 15 27 17 23 2005 8 21 17 23 2006 10 14 9 14 Total 105 194 118 147 Fetal / Perinatal / Neonatal and Infant deaths weighing 500gr and over during 2000 - 2006.

Marda tal-kanċer

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni f'Malta u Għawdex mietu bil-marda tal-kanċer matul is-sena 2007 u kemm kellhom eta'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kien hemm 156 -il persuna li mietu bil-marda tal-kanċer matul is-sena 2007 s'issa, f'residenti ta' Malta u Għawdex, skond iċ-ċertifikati li waslu fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet. L-etajiet tagħhom hija kif tidher fit-tabella hawn taħt: Etajiet Numru ta' imwiet 0 - 14 0 15 - 24 0 25 - 34 2 35 - 44 6 45 - 54 10 55 - 64 30 65 - 74 39 75 - 84 51 85 + 18 Total 156

SVPR — Air Conditioners bil-ħsara

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-swali ġewwa San Vincenze De Paule Residence li għandhom air conditioners bil-ħsara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa s-Sala fir-residenza San Vinċenz de Paul li għandha air conditioners wieqfa hija parti mis-Serenity Block li qed isir xogħol ta' manutenzjoni fuq is-sistema'.

Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex il-mediċini Priadel, Lexomil, Oxectin, Xanax u Axura (għad-dementia) m'humiex availablegħaċ-ċittadini Maltin mill-isptar u miċ-ċentri tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Residenza għall-persuni b'inkapaċita' mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi pjanijiet biex wara li ssir il-migrationsħiħa mill-iSptar San Luqa lejn l-iSptar Mater Dei parti minnu tiġi użata bħala residenza għall-persuni b'inkapaċita' mentali, speċjalment dawk li jkunu tilfu l-ġenituri tagħhom? Jekk le, xi pjanijiet alternattivi għandu l-gvern biex jindirizza din il-problema akuta li qed tippreokkupa lil diversi ġenituri anzjani bi tfal b'inkapaċitajiet simili?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent il-Gvern ma għandu l-ebda ħsieb biex la jitbattal l-isptar San Luqa xi parti minnu tiġi użata bħala residenza għall-persuni b'inkapaċita' mentali. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Raħal Ġdid — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jara li ċ-ċentru tas-saħħa f'Raħal Ġdid jingħata tindifa, fosthom anke tibjid u jinbidlu xi siġġijiet miskura peress li wasluli kummenti li hemm bżonn xogħol f'dan is-sens?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid , bħaċ-Ċentri tas-Saħħa kollha, qed jiġi mnaddaf regolarment minn kumpanija privata u s'issa qatt ma kellna rapporti la minn naħa tal-pubbliku u l-anqas minn naħa ta' min jieħu ħsieb dan iċ-ċentru li mhux qed jiġi mnaddaf sew. It-tieni sular ta' dan iċ-ċentru ġie refurbished u beda jopera riċentement. L-ewwel sular kien ukoll irranġat tliet snin ilu u sal-ġimgħa l-oħra sar xogħol ta' tibjid u żebgħa fuq dan is-sular. Ma jirriżultax li hemm xi siġġijiet miksura.

Health carers — Fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li bħalissa spiċċaw il-fondi li suppost jagħmlu tajjeb għall-ħlas tal-health carers li huma subcontractedmid-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jgħinu lin-nurseseċċ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

"Le mhuwiex minnu". Id-dipartiment jgħaddi pagament regolari lis-subcontractor.

San Vincenz de Paule — Ilmenti

Question

Diversi kostitwenti fid-distrett tiegħi li għandhom qraba fis-sala 5/6 tan-nisa (St Francis Ward) fir-residenza San Vincenz de Paule, ilmentaw min-nuqass ta' kura u traskuraġni fil-konfront ta' l-anzjani min-naħa ta' l-istaff. Fost l-oħrajn semmewli każijiet ta' pazjenti li ma jitniżżlux mis-sodod, kif ukoll każijiet fejn il-qanpiena tal-pazjent tinqala' mis-sodda biex il-pazjent ma jkunx jista' jsejjaħ lin-nurse u meta l-kostitwenti tiegħi ilmentaw fuq dan it-tip ta' trattament qalulhom li fis-sala hemm nuqqas kbir ta' staff u dak kien l-aħjar li jistgħu jagħmlu mal-pazjenti anzjani. Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li f'din is-sala hemm nuqqas ta' staff? Jekk huwa minnu, x'qed isir mid-dipartiment fuq din is-sitwazzjoni? Jista' jgħid jekk waslulux ilmenti simili?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-istaff fl-imsemmija sala dejjem taw l-aqwa kura possibli. Xhieda ta' dan huwa l-fatt li għalkemm il-maġġoranza tar-residenti huma bed ridden, il-pressure sores huma ineżistenti. F'każijiet eċċezjonali jista' jirriżulta li r-residenti ma jitniżżlux kollha mis-sodda. Rigward in-nurse call, minn investigazzjoni li għamel il-management, ma jirriżultax li jinqalgħu xi qniepen tar-residenti. Jekk kien hemm xi qanpiena bil-ħsara, dejjem inġibdet l-attenzjoni biex din titranġa. Ir-residenza ta' San Vinċenz hi istituzzjoni ta' aktar minn elf ruħ fejn ir-rata ta' dipendenza qiegħda dejjem tikber. Fil-fatt in-nefqa tad-Dipartiment fit-taqsima tal-kura dejjem jiżdied u fi żmien qasir ser toħroġ tender għal servizz ta' aktar carers biex jiżdied il-complement fis-swali tan-nisa.

Attard — Klinika

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu x-xogħlijiet biex titranġa l-klinika ta' H'Attard? Jista' jgħid meta hu mistenni li x-xogħol ikun komplut? Kemm hi l-ispiża u x'tip ta' xogħlijiet saru u x'baqa' jsir? X'servizzi hu mistenni li toffri din il-klinika wara li jitlesta x-xogħol?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ix-xogħolijiet konnessi mar-refurbishment tal-Berġa ta' H'Attard kważi lesti. Peres li ser isir pavimentar fuq il-biċċa ta' barra, id-data finali ma tistax tiġi ffissata għal issa. L-ispiża totali mistennija tlaħħaq Lm10,500. Ix-xogħolijiet li saru huma: 1. xogħolijiet strutturali 2. tikħil, tibjid u żebgħa tal-post 3. stallazzjoni ta' sistema ġdida ta' l-elettriku 4. sistema ta' l-ilma ġdida 5. sistema ta' drenaġġ ġdida 6. pavimentar tal-post kollu 7. stallazzjoni ta' toilets għall-pubbliku, staff u persuni bi bżonnijiet speċjali 8. bibien u twieqi ġodda kemm interni u esterni Ix-xogħolijiet li għad iridu jsiru huma: 1. bieb li jifred il-berġa minn mal-war rooms 2. bieb / grada ta' barra 3. pavimentar ta' spazju apert bejn il-berġa propja u l-ħajt ta' barra Is-servizzi li mistennija jingħataw minn din il-berġa huma: 1. servizz bażiku ta' tabib 2. servizz ta' infermiera 3. tqassim ta' mediċini kull xahar fuq preskrizzjoni ta' tabib 4. servizz ta' Speech Therapy

Kumpaniji jagħmlu xogħol ta' tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumpaniji li qed jagħmlu xogħol ta' tindif fl-iSptar San Luqa, fl-iSptar Boffa, fl-iSptar Zammit Clapp u f'San Vincenz de Paule Residence?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant tinsab fit-tabella ta' hawn taħt: Sptar San Luqa Joseph Degiorgio - Balzan Sptar Sir Paul Boffa Xejn Sptar Zammit Clapp Gafa' Saveways Ltd - B'Kara Residenza San Vinċenz de Paul Xejn

Pilloli tal-pressjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-outpatients li jieħdu l-Lopcress għall-pressjoni u l-Bagopic iridu jmorru għalihom l-isptar u m'humiex jinqdew miċ-ċentri tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Filwaqt illi s-sistemi tal-Gvern jidentifikaw mediċini fuq bażi ta' l-isem ġeneriku u d-doża tagħhom, is-servizzi farmaċewtiċi tal-Gvern ma setgħux jaċċertaw liema huma l-mediċini msemmijin. Nitlob għalhekk lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku dwar liema mediċini qed jirreferi għalihom.

Persuni b'diżabilita' — Ħrieqi

Question

Tista' l-Ministru tara li l-ħrieqi li jingħataw l-persuni b'diżabilita' jkunu ta' kwalita' aħjar għax qiegħed jkollna numru ta' lmenti mingħand ġenituri li qed jixtru dawn il-ħrieqi minn kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħrieqi li jingħataw lill-persuni b'diżabilita' huma ċertifikati bil-miktub li huma konformi ma' l-International Recognised Standards l-ISO 9001 kif ukoll l-ISO 11948-1.

Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq f'mediċini għas-sena 2006/2007 u kemm għandu jagħti lill-aġenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nefqa ta' mediċini ingħatat fir-risposta għal mistoqsija numru 25411. Fl-aħħar ta' Marzu 2007, l-ammont dovut lill-aġenti lokali u internazzjonali għal mediċini kien ta' Lm8,821,729.68. Jista' jkun hemm xi kontijiett oħra li għadhom qed jiġu verifikati u għaldaqstant mhux imdaħħla fis-sistema tal-Accounting tad-Dipartiment u esklużi mill-figura mgħotija.

Mediċini essenzjali

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk fl-aħħar ġimgħat kienx hawn nuqqas ta' mediċini essenzjali għal dawk li jbatu bl-epilessija u li huma ntitolati għalihom mis-servizz nazzjonali tas-saħħa? Meta se jerġa' jkun hawn minn dawn il-mediċini?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-aħħar ġimgħat kien hawn nuqqas tal-mediċina Phenytoin 25mg, 50mg u 100mg. Dan kien riżultat ta' bidla fil-mod kif jitqassmu l-mediċini mill-manifatturi u wholesale dealers barra minn Malta. Sakemm tiġi solvuta l-problema, dawn il-mediċini jistgħu jinġabru mill-ispiżeriji tal-gvern ta' l-isptar San Luqa u taċ-Ċentri tas-Saħħa li jinsabu l-Mosta, Floriana u Paola.

Persuni nfettati bl-H.I.V.

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni nfettati bl-H.I.V. u kemm għandhom eta' u kemm persuni f'Malta mietu bl-Aids?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' każijiet ta' HIV bejn l-2004 u Marzu 2007, li jinkludu l-gruppi ta' etajiet li jaqgħu taħthom dawk milquta, huma kif jidru fit-tabella hawn taħt: Sena Gruppi ta' etajiet 0 - 9 10 - 19 20 - 29 30 - 39 40 - 49 50 - 59 60 - 69 70 - 79 80+ N/A 2004 5 1 1 8 2005 2 2 3 1 8 2006 1 4 8 4 2 6 2007 1 1 1 Fil-perjodu stipulat il-każijiet ta' mwiet minħabba l-AIDS huma kif jidhru hawn taħt: Sena Numru ta' imwiet 2004 2 2005 1 2006 5 2007 -

Sptar San Luqa — Twelid ta' trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ommijiet welldu wlied ġewwa l-isptar San Luqa b'unknown father u kemm kellhom eta' dawn l-ommijiet, għas-snin 2005, 2006 u 2007 s'issa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-Sistema Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar l-Obstetrika (NOIS) ma tiġborx informazzjoni dwar unknown fathers.

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet tal-katarretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-katarretti ġewwa l-isptar San Luqa matul l-2005, l-2006 u l-2007 s'issa u kemm hemm fuq il-waiting list?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skond is-surgical Operations Register ta' l-isptar San Luqa n-numru ta' operazzjonijiet ta' kataretti reġistrati għal matul is-snin 2005, 2006 u l-2007 huwa kif jidher hawn taħt: Sena Numru ta' Operazzjonijiet 2005 1104 2006 1094 Jannar - Marzu 2007 331 In-numru ta' pazjenti fuq il-waiting list bħalissa huwa 4,544.

Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani fuq il-waiting list biex jidħlu fir-residenza San Vincenz de Paule jew f'xi dar ta' l-anzjani tal-gvern, separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani li qegħdin fuq il-waiting list huwa kif ġej: Djar tal-Anzjani 1,225 San Vinċenz de Paul 544