Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena?
X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti u , iżjed u iżjed, fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li daħlu l-casualty department u mietu b'xokk elettriku matul l-2002?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' nies li daħlu l-Casualty b'xokk elettriku ma jinżammx iżda ninsab infurmat, minn tagħrif miġbur mir-reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet, li n-numru ta' persuni li kienu rreġistrati li mietu kawża ta' xokk elettriku mill-bidu tas-sena 2002 s'issa kien ta' tnejn.
Jista' l-Ministru jara li l-fanali li hemm ma jixgħelux fid-daħla taċ-ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata jiġu rranġati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fanali li jinsabu fid-daħla taċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata jaqgħu taħt responsabilita` tal-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid u mhux ta' l-Amministrazzjoni taċ-Ċimiterju.
Kemm żdiedu n-numri ta' karozzi, vetturi, etc mikrija u jew ġodda mill-1996 l'hawn sena b'sena sal-lum fil-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet etc, li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni mietu bl-AIDS mill-ewwel tas-sena 2002 sal-lum u kemm hemm persuni infettati bl-istess marda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' persuni li mietu bl-AIDS mill-ewwel tas-sena 2002 sa llum huwa numru zgħir u biex niggarantixxi l-kunfidenzjalita' lest li ngħaddihom lill-Onor Interpellant.
Jikkonferma il-Ministru jekk xtarax Jaguar għall-użu uffiċjali tiegħu? Kemm swiet din il-karozza? X'inhuma r-raġunijiet li ntgħażlet din il-karozza?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għall-ewwel żewġ domandi tal-Mistoqsija nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta li tajt tad-domanda 37132.
Rigward l-aħħar parti tad-domanda nixtieq ninforma l-Onor membru li r-raġuni prinċipali għaliex inxtrat din l-karozza sena ilu kienet li l-karozza preċedenti ma kienetx għadha vijabbli ekonomikament. Biżżejjed wieħed iħares lejn l-ispiża minfuqa biex issewwiet il-ħsara li kontinwament kien qed ikollha bejn 1997 u l-2002. Spiża ta' LM6533. Dan biex ma nsemmux ix-xhur wieqfa li tagħmel sakemm tissewwa l-ħsara. Infurmat li l-ispiża tal-ħsara attwali hija stmata li tilħaq LM2290.71. Fl-aħħar xhur bdejna nikkannibalizzaw karozza simili li nġiebet mill-Ministeru ta' Għawdex. Il-karozza preżenti ilha iktar minn sena mixtrija u kienet intagħżlet il-għaliex fost l-oħrajn hija iżgħar, taħli inqas mill-karozza preċedenti u fl-istess ħin il-prezz tagħha jidħol fil-parametri ta' nefqa allokata għall-karozzi tal-ministri.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jintemm il-proġett ta' estenzjoni taċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid u kemm ġej jiswa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-intenzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid hija stmata li ser tiġi tiswa LM500,000. Dan il-proġett jiġi mniedi skond il-prijoritajiet tas-servizzi tas-Saħħa. Fil-preżent mhux possibbli li tingħata d-data meta ser jintemm.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li applikaw biex jixtru oqbra fiċ-ċimiterju Marija Addolorata u għal kemm ħarġu permessi għat-tħaffir?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li sal-lum in-numru ta' applikazzjonijiet għal oqbra fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata huwa ta' 2155.
Il-proposta għal estensjoni l-ġdida għaċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata, ser tkun għal madwar 1500 qabar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lap top computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm twieldu tfal u mietu wara ġurnata f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur mir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet fis-sena 2000 kien hemm 9 tfal u fis-sena 2001 kien hemm 3 tfal li twieldu ħajjin u mietu f'inqas minn ġurnata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nuses ġodda jaħdmu ġewwa l-SLH mis-sena 2002 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' Nurses li bdew jaħdmu matul is-sena kurrenti fl-Isptar San Luqa huwa kif ġej:
Part-Time Nurses 14
Casual Nurses 56
Nurses tal-Post 5
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 33770, fejn il-Minsitru qal li din d-domanda hija ta' natura personali u li għandha tigi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13567 f'seduta 235, jista’ il-Ministru jara li ssir xi ħaga f'dan l-każ peress li l-familja qiegħda tbati immensament u allura din il-materja tigi segwita skond il-proċedura ndikata mill-Ministru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma tipprovdix servizz ta` fiżjoterapija fid-djar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose ġewwa il-casuality department ta' l-Isptar San Luqa mill-1 ta' Ġunju 2002 u x'tip ta' pilloli jew sustanza oħra ħadu. Kemm kienet l-eta` ta' dawn il-persuni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-1 ta' Ġunju sat-8 ta' Diċembru 2002 daħlu b'kollox 147 persuna b'overdose fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l-Isptar San Luqa.
L-akbar sustanzi komuni huma opiates, anti-depressants (l-aktar amytripline) u anxiolytics (l-aktar derivati tal-benzodiazepines).
L-eta` tal-persuni tvarja minn 15 sa 80 sena.
Hemm xi problemi biex it-tobba jeżaminaw lit-tfal tal-klandestini biex jiċċertifikawhom li jistgħu jattendu l-iskola bla problemi? Kif se jinegħlbu dawn il-problemi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li ma kien hemm l-ebda problema biex it-tfal ta` l-immigranti klandestini jiġu ċċertifikati li jistgħu jattendu l-iskola.
It-tfal ġew eżaminati minn tabib tad-Direttorat tas-Saħħa Pubblika u ma nstab ħadd mit-tfal li mhux tajjeb biex jattendi l-iskola.
Għalhekk, mill-aspett tas-Saħħa, dawn it-tfal jistgħu jattendu l-iskola minnufih.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-gross salaries xahar b'xahar individwalment tal-impjegati li jaħdmu mal-fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi bejn Jannar 2002 u l-aħħar ta' Novembru 2002?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li l-post 25, Triq Xandru, Bormla jiġi debitament disinfestat u mnaddaf billi hemm wisq imbarazz miġbur fih?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li wara li d-dipartiment ġie innotifikat b'dan il-każ fit-28 ta' Jannar 2002 saru żewġ spezzjonijiet, ġie identifikat is-sid u ntalab biex ineħħi l-imbarazz.