Legislature:
Category:
Reset
Active:

Lukanda Verdala — Ħaddiema

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 577 u cioe' b'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi fil-Leġiżlatura li għaddiet dwar il-pagamenti dovuti lill-Ex Ħaddiema ta'l-Ex Lukanda Verdala għall pagi dovuti lilhom li ma' ġewx imħallsa, jista ' l-Ministru jaġġornani dwar is-sitwazzjoni u cioe' meta l-MDC u l-GWU se jifthemu sabiex jitħallsu l-pagamenti nkwistjoni lill-ħaddiema u b'hekk tissolva problema li ilha pendenti sa minn meta nxtrat il-lukanda mis-sidien attwali ? Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi rrispettat il-ftehim li kien hemm bejn il-GWU u l-ministru preċedenti li kien assigura lill-GWA li appena din tibgħat it-talba għall-pagamenti in kwestjoni, jitħallsu lura dawn il-pagi dovuti għal sigħat ta' xogħol li baqgħu ma tħallsux għalihom sal-lum il-ħaddiema in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onororevoli Interpellant mhux qed jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi fil-mistoqsija tieghu. Jekk qed jirreferi għaż-żmien ta' qabel ma' l-MDC xtrat il-bini tal-lukanda Verdala permezz tas-subbasta, l-pożizzjoni hija eżattament kif deskritta fit-tweġiba għall-PQ Nru. 577. Jekk qed jirreferi għaż-żmien ta' wara li l-MDC xtrat il-bini tal-lukanda, ma jirriżultax li hemm xi arretrati ta' pagi li għadhom dovuta minn dak iż-żmien.

Malta Enterprise — Bord tad-diretturi - membri

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord tad-diretturi tal-Malta Enterprise? Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċċji oħra, jekk hu fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhuma?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-membri fuq il-bord tad-diretturi tal-Malta Enterprise huma : Mr Joseph Zammit Tabona, Chairman Mr George Borg, Deputy Chairman Prof Joe Bannister Mr Anton Borg Mr Vincent Farrugia Mr Reginald Fava Mr John Magro Mr David Newman Ms Yvonne Pulis Mr Paul Zahra Għalissa m'hi qed titħallas ebda onorarja lil dawn il-membri.

Malta — Unjoni Ewropea - Finanzi

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 55 u 254, jista' il-Ministru ġentilment jgħidli minn fejn se jiġu l-flus dovuti għall dawn l-ispejjeż ġodda b'riżultat ta' sħubija u li naturalment il-Gvern Malti se jkollu iżid fin-nefqa tiegħu wara sħubija?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm xejn x’wieħed iżid ma dak li diġa ingħata bħala risposta għall Mistoqsijiet Parlamentari numru 55 (Seduta 4) u 254 (Seduta 16).

Ministeri — Direct orders

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-limitu stabbilit ta' l-ammonti ta' flus għal direct orders li l-ministeri jistgħu japprovaw f'din il-Leġislatura? Kemm kien fil-Leġislatura l-oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Kemm f'din il-leġislatura kif ukoll fil-leġislatura li għaddiet, il-limitu stabbilit ta' ammonti ta' flus għal direct orders li l-Ministeri jistgħu japprovaw joħroġ mir-Regolament 11 ta' l-Avviż Legali 70 ta' l-1996, Regolamenti għal Provvisti fis-Servizz Pubbliku.

Attivitajiet sportivi — Rati ta' l-elettriku speċjali

Question

Jikkonsidra l-Ministru li jawtorizza rati speċjali ta’ l-elettriku għall-attivitajiet sportivi uffiċjali li jsiru fil-għaxija bħalma huma l-football u t-tiġrijiet taż-żwiemel, peress li dan jgħin anke lill-isport għax jista' jħajjar aktar nies li jattendu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li peress li mhux kompitu tal-Korporazzjoni Enemalta li tagħti tali konċessjonijiet, l-organiżżazzjonijiet responsabbli għal attivitajiet sportivi jingħataw sussidji minn fondi pubblici fl-ambitu tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż. Hi mbagħad fid-diskrezzjoni ta' l-istess entijiet kif dawn il-fondi jintużaw.

Borsa ta' Malta — Transazzjonijiet

Question

Jista’ l- Ministru jgħid kemm-il transazzjoni ġiet proċessata mill-Borsa ta’ Malta sa mill-bidu tagħha u kemm kien it-turnover tal-Borsa kull sena? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll x’tibdil kien hemm fil-persentaġġ ta’ xogħol proċessat mill-Borsa matul l-aħħar tliet snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinsab fit-tabella kif gej: Year No.of Deals Turnover [Lm] 1992 1,694 11,750,351 1993 2,652 41,070,718 1994 2,868 42,551,957 1995 2,499 46,411,244 1996 3,789 25,199,054 1997 6,119 114,228,749 1998 8,506 134,804,976 1999 16,839 190,492,632* 2000 17,057 149,012,251 2001 9,526 169,493,450 2002 7,774 75,809,878 2003 [up to end June] 4,146 24,100,482 · Includes Lm74 million which represented sale of Government shareholding in Mid-Med Bank plc to HSBC. · If this figure is removed, increase in market turnover in 2000 when compared to 1999 is 32% · Comparing 2001 to 2000, market turnover registered an increase of 14%. · Comparing 2002 to 2001, market turnover registered a decrease of 55%

International trading companies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew iffurmati international trading companies u international holding companies matul l-aħħar tliet snin? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm baqa’ kumpanniji offshore? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm international trading companies u international holding companies għalqu matul l-aħħar tliet snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' international trading companies u international holding companies li gew iffurmati kien: Sena Kumpanniji li ġ ew iffurmati 2000 543 2001 500 2002 527 2003 (sat-30 ta' Ġunju) 310 Kumpanniji offshore kien baqa' 199 kumpannija sa' l-aħħar ta' Ġunju 2003. In-Numru ta International trading companies u international holding companies li għalqu huwa dan li ġej: Sena Kumpanniji li għ alqu 2000 81 2001 132 2002 172

Investiment barrani mill-Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie dikjarat investiment barrani mill-Maltin fl-iskema fejn setgħu jagħmlu dan b’penali mnaqqsa? Kemm inġabru flus taħt din l-iskema? Minn studji li saru kemm jirrizulta li għad baqa’ investiment mhux dikjarat? Jikkonsidra l-Ministru li joħroġ skema ġdida għall-investiment li baqa’ mhux dikjarat?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ mistoqsijiet ingħatat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 38487 fi’ Frar 2003. Dwar it-tielet mistoqsija, m’hemmx mezz żgur fil-preżent sabiex issir taf kemm baqa’ investiment mhux iddikjarat. Dwar l-aħħar mistoqsija, il-Ministeru qiegħed jikkunsidra talba li saritlu li joħroġ skema ġdida għall-investiment li baqa’ mhux iddikjarat.

Likwidazzjoni ta' kumpanniji Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpanniji Maltin ġew likwidati matul l-aħħar tliet snin? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm kumpanniji nqatgħu mir-Reġistru tal-Kumpanniji fl-aħħar tliet snin? Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpanija għad iridu jaderixxu mal-Liġi tal-Kumpanniji?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ kumpanniji likwidati kien: Sena Kumpanniji likwidati 2000 576 2001 682 2002 683 Numru ta’ kumpanniji maqtugħin mir-reġistru kien: Sena Kumpanniji maqtugħ in mir-reġ istru 2000 342 2001 275 2002 665 In -numru ta' kumpanniji li ghad iridu jaderixxu mall-Ligi tal-Kumpanniji ta' l-1995 huwa ta' 102.

Kumpanniji nominee

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm jeżistu liċenzji għal kumpanniji nominee? Kemm inħarġu minn dawn il-liċenzji matul l-2000, l-2001 u l-2002? Wara s-sħubija ta’ Malta fl-UE tali liċenzji jkunu jistgħu jingħataw lil persuni mhux Maltin minn kumpanniji membri?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sat-30 ta' Ġunju 2003 hemm 38 kumpannija li għandha warrant biex tiffunzjona bħala nominee (nominee company) waqt li hemm 77 kumpannija liċenzjata bħala nominee (licensed nominee company). Matul l-2000 kien hemm kumpannija waħda li ingħatat il-warrant biex tiffunzjona bħala nominee waqt li kien hemm 7 kumpanniji li ingħataw liċenzja bħala licensed nominee. Matul l-2001 kien hemm kumpannija waħda li ingħatat l-warrant biex tiffunzjona bħala nominee waqt li kien hemm sitt kumpanniji li ingħataw l-liċenzja ta’ licensed nominee. Matul l-2002 kien hemm kumpannija waħda li ingħatat l-warrant biex tiffunzjona bħala nominee waqt li kien hemm 4 kumpanniji li ingħataw l-liċenzja ta' nominee. Skond il-proveddimenti ta’ l-Att dwar l-Awtorita' għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, biex kumpannija tingħata liċenzja ta' nominee trid tkun kumpannija reġistrata Malta u l-maġġoranza tad-diretturi jridu jkunu ċittadini Maltin. Iżda barranin jistgħu jkunu kemm membri kif ukoll diretturi ta' nominee company. Dawn il-provvedimenti ilhom fis-seħħ mill-1994.

Professional Secrecy Act

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex istituzzjonijiet imsemmija fil-Professional Secrecy Act iridu jiżvelaw informazzjoni lil istituzzjonijiet oħra msemmija fl-istess Att (per eżempju kumpanniji nominee lill-banek)? Jista’ jgħid il-Ministru meta l-banek lokali jridu per forza jibdew jiskambjaw informazzjoni ma’ pajjiżi oħra? Jikkonferma l-Ministru li dan se jaffettwa b’mod negattiv lill-benefiċċjarji barranin li għandhom depożiti f’Malta? Jista’ l-Ministru jgħid sarx studju dwar x’impatt dan kollu jista’ jkollu fuq l-investiment lokali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-domanda sfortunatament mhijiex perfettament ċara għal liema obbligi qed tirreferi. Xorta waħda jista' jingħad illi din il-materja ġenerali għandha x'taqsam ma' proċeduri mandatorji li jissejħu "know your customer procedures" liema obbligi joħorġu taħt il-liġi u ir-regolamneti ta' kontra ir-riċiklaġġ tal- flus. L-għoti ta' informazzjoni, partikolarment dwar identita ta' klijenti, lill-istituzzjonijiet finanzjarji bħal ma huma banek, huwa parti mill-proċess magħruf bħala "know your customer" li permezz tiegħu l-istituzzjoni finanzjarja issir taf min hu l-klijent li se jingħata servizz sabiex b'hekk jiġi evitat kemm jista' jkun li s-servizzi ta' istituzzjonijiet finanzjarji jintużaw għal skopijiet illegali bħal ma huwa l-ħasil ta' flus. Dan huwa standard internazzjonali f'dan il-qasam u huwa rikjest minn leġislazzjonijiet u pprattikat mill-istituzjonijiet finanzjarji madwar id-dinja kollha. Meta Malta timplimenta standards internazzjonali, partikolarment fil-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus u kontra attivitajiet kriminali oħra, dan ma jkollu ebda effett negattiv fuq l-investiment serju li rridu nattiraw lejn pajjiżna anzi jiggarantixxi r-reputazzjoni ta' pajjiżna u s-serjeta tas-settur finanzjarju tagħna. Apparti minn dawn l-ispjegazzjonijiet, jidher illi t-tieni parti tal-PQ tidher li tirrelata ma' ħwejjeġ li għadhom ta' natura spekulattiva u naħseb illi għadu prematur li wieħed jiddeskrivi xi policies jew proċeduri li għadhom qegħdin jiġu studjati u fadallhom biex jidħlu fis-seħħ.

Kumpanniji offshore

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sħubija tagħna fl-UE hix se taffettwa l-obbligu ta’ kumpanniji offshore li jagħtu informazzjoni lil istituzzjonijiet oħra membri ta’ l-UE? Meta se jsir obbligatorju li tali informazzjoni tiġi skambjata?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qabel xejn aħjar li wieħed jispjega illi d-domanda tagħti impressjoni li bħalissa, is-soċjeta offshore għandhom xi obbligu jagħtu xi informazzjoni lil pajjiżi barranin. Mhijiex għalhekk perfettament ċara id-domanda għal liema informazzjoni qegħda tirreferi. Mhuwiex il-każ li offshore companies jagħtu xi informazzjoni lill-istituzzjonijiet Ewropej. Ta' min jirrileva illi soċjeta' offshore bħalissa ilaħħqu inqas minn mitejn soċjeta', u dawn ser jispiċċaw f'Settembru 2004.

Kumpanniji Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix statistika jew tistax tingħata informazzjoni dwar kemm infetħu kumpanniji Maltin jew kemm Maltin fetħu kumpanniji/negozji fit-Tunisia u l-Libja fl-aħħar sentejn? Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar dawn il-kumpanniji?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' Maltin (normalment permezz ta’ entitajiet u kumpanniji reġistrati taħt l-Att ta’ 1994 dwar il-Kumpanniji) li fl-aħħar sentejn u nofs għamlu investiment dirett fit-Tunisija u fil-Libja kien ta’ tlieta fit-Tunisija u ħamsa fil-Libja. L-Onorevoli Interpellant jifhem li mhux f’loku li tingħata informazzjoni ta’ natura kummerċjali rigward dan l-investiment.

Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi — Direct orders

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 123 kemm huma l-ammonti ta' flus għal-direct orders awtorizzati mill-Ministru, Segretarju Permanenti, uffiċjali, eċċ, separatament skond l-awtorita' tal-Ministru tal-Finanzi stabbilita' għall-din il-leġislatura? X'kienet is-sitwazzjoni għall-leġislatura li għaddiet?

Response (DALLI, JOHN)

Kemm f'din il-leġislatura kif ukoll fil-leġislatura li għaddiet, il-proċedura għall-awtoriżżazzjoni ta' direct order, li trid tintalab lill-Ministeru responsabbli għall-finanzi skond ir-Regolamenti Finanzjarji, hi li s-Segretarju Permanenti fi ħdan l-istess Ministeru jkun delegat mill-Ministru responsabbli għall-finanzi għal dan il-għan.

Technology Venture Fund

Question

X'ħidma saret mit-Technology Venture Fund mindu twaqqaf? Kemm intlaqgħu applikazzjonijiet? Kemm minnhom ġew ipproċessati favorevolment? Min huwa responsabbli għad-deċiżjonijiet eżekuttivi u konsultattivi ta' dan il-fund?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minn mindu twaqqfet it-Technology Venture Fund kien hemm proċess ta’ konsultazzjoni u laqgħat ma' diversi stakeholders. Sa llum kien hemm 6 applikazzjonijiet li minnhom gew approvati 4, waħda ma ġietx approvata u l-klijent ta’ l-aħħar waħda għad irid jgħaddi aktar informazzjoni. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma' 6 klijenti oħra li wrew interess għall-assistenza mit-Technology Venture Fund. Id-deċizjonijiet eżekuttivi jittieħdu mill-Bord tad-Diretturi tal-MDC u l-IPSE filwaqt li dawk konsultattivi jittieħdu mill-Board of Governors tat-Technology Venture Fund.

BICAL — Arretrati

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir l-aħħar pagament in konnessjoni ma' arretrati tal-BICAL?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Kontrollur qiegħed bħalissa fil-proċess li jillikwida il-kumpaniji assoċjati mal-BICAL biex b'hekk tkun tista' issir distribuzzjoni lid-depożitanti u kredituri tal-Bank.

Ministerial meeting — Cancun - Kummerċ dinji

Question

X'inhuma l-punti ewlenin li Malta beħsiebha tisħaq fuqhom l-aktar fit-thejjijiet għall-Ministerial Meeting ta' Cancun dwar il-kummerċ dinji? Huwa maħsub li jkun hemm konverġenza mal-pajjiż ta' l-UE dwar dan? X'qed isir biex jiġu ssalvagwardati l-erba' prinċipji bażiċi li jikkonċernaw l-investiment, il-kompetizzjoni, it-trade facilitation u t-trasparenza fil-governabbilita' li ħafna gvernijiet iqisu li m'humiex negozjabbli?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-iżvilupp ta’ Malta, pajjiz żgħir b’ekonomija miftuħa, minn dejjem kien dipendenti fuq il-kummerċ internazzjonali. Il-Gvern għalhekk minn dejjem irrikonoxxa l-importanza tal-liberalizazzjoni tal-kummerċ. Prova ta’ dan hija l-politika li ħaddimna f’dan il-qasam f’dawn l-aħħar snin. Għalhekk fil-laqgħa Ministerjali ta’ Cancun dwar il-kummerċ dinji, Malta beħsiebha taqbel fil-prinċipju ma’ proposti li jwasslu għal kummerċ aktar ħieles. Fil-prattika, minħabba iċ-ċokon tagħha, Malta minn dejjem segwiet mill-qrib il-proposti ta’ pajjiżi u blokki ewlenin waqt negozjati internazzjonali tal-kummerċ. Fid-dawl tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja, il-Gvern qiegħed f’kuntatt kontinwu mal-Kummissjoni sabiex ikun hemm koordinazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mall-pożizzjonijiet li se jittieħdu waqt il-laqgħa li l-Organizzjoni tal-Kummerċ Dinji se torganizza f’Cancun, il-Messiku f’Settembru li ġej. Tajjeb li wieħed jgħid li fil-prinċipju, Malta taqbel mal-pożizzjoni li qiegħda tieħu l-Unjoni Ewropeja f’dawn in-negozjati li kienu bdew wara l-laqgħa Ministerjali li kienet saret f’Doha, il-Qatar, f’Novembru 2001: li għandha tissaħħah is-sistema multilaterali tal-kummerċ dinji billi jkun hemm aktar aċċess għas-swieq, jiġu msaħħa ir-regoli tal-kummerċ u li tingħata importanza xierqa lill-bżonnijiet tal-pajjizi li qegħdin jiżviluppaw. Malta taqbel ukoll li għandhom jibdew in-negozjati fuq l-investiment, il-kompetizzjoni, it-trade facilitation u t-trasparenza fil-governabbilita’.

Dazju — Materjal Edukattiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk materjal edukattiv huwiex eżenti mid-dazju? Jekk iva għaliex qed jintalab ħlas ta' dazju fuq educational dvd's?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li materjal edukattiv hu suġġett għad-dazju ta' importazzjoni bir-rata ta' dazju imposta fit-Tariffa tad-Dwana skond il-materjal li jkun. L-unika eżenzjoni hi fuq materjal edukattiv prodott mill-Ġnus Magħquda jew mill-aġenziji speċjaliżżati tal-Ġnus Magħquda. Prodotti ta’ oriġini mill-Unjoni Ewropea mhumiex suġġetti għal dazju.

Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali — Finanzjament tal-Kunsilli

Question

Wara li fl-aħħar laqgħa għas-Sindki, saret kritika għall-fatt illi d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali informa lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali illi 10% ta' l-allokazzjoni tagħha qed tigi miżmuma, jistax il-Ministru jikkonferma illi fil-fatt l-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsilli Lokali u ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eżentati mill-proċeduri addottati mill-Ministeru fir-rigward tan-nefqiet minn Dipartimenti tal-Gvern u għalhekk il-Kunsilli Lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għandhom jiddisponu mill-ammont kollu allokat lilhom fl-aħħar budget skond id-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar il-Kunsilli Lokali u l-Avviż Legali li jirregola l-Assoċjazzjoni ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ħadd ma hu eżentat minn miżuri li jkunu meħtieġa fuq bażi nazzjonali biex nilqgħu għal ċirkustanzi li jistgħu jinqalgħu. Bhal kull entita oħra li tieħu riżorsi mill-Gvern (jiġifieri mit-taxxi tal-poplu), il-kunsilli lokali ukoll iridu jaraw li għal din is-sena, għalissa ma jikkommettux aktar minn 90% tal-ammont provdut lilhom sakemm naraw kif se jirriżulta d-dħul tal-Gvern.