B'referenza għall-artiklu 6 ta' l-Avviż Legali 321 ta' l-2001, dwar regolamenti dwar xogħol part-time, maħruġin bis-saħħa tal-Liġi tat-Taxxa fuq id-Dħul (Kap 123), jista' l-Ministru jispjega għalfejn l-Universita ta' Malta hija speċifikata għal darba darbtejn f'dan l-artiklu?
Jaqbel li l-inklużjoni ta' l-Universita' ta' Malta fit-termini ta' dan l-artiklu tista' thedded l-awtonomijia ta' din istituzzjoni?
Peress li l-proviso ta' dan l-artiklu jintroduċi distinzjoni diskriminatorja bejn kumpaniji fejn il-gvern għandu controlling interest u entitajiet oħra fosthom l-Universita` ta' Malta, jista' jispjega għalfejn iddaħħal dan il-proviso, li permezz tiegħu dawn il-kumpaniji ġew eżentati mill-miżura kontemplata fl-artiklu 6, u dan b'effett mill-1 ta' Jannar 2000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-raguni li l-Universita’ hija msemmija “darba darbtejn” fl-artikolu 6 tal-Avviz Legali 321 tal-2001 hija purament ghall-iskopijiet ta’ drafting. Fil-fatt mhux biss l-Universita’ hija msemmija “darba darbtejn” f’din ir-regola imma wkoll il-Gvern u l-kunsilli lokali.
Rigward it-tieni mistoqsija, ma nahsibx li l-awtonomija tal-Universita’ se tkun mhedda mir-regola msemmija, bhalma sa issa l-fatt li l-budget tal-Universita’ jiddependi mill-estimi generali qatt ma hedded l-awtonomija ta’ din l-istituzzjoni.
Ir-raguni ghaliex saret distinzjoni bejn kumpaniji li fihom il-Gvern ghandu controlling interest u entitajiet ohra saret minhabba l-personalita’ guridika separata li ghandha kumpanija, anki jekk fil-kontroll tal-Gvern. Ghalhekk ma tezisti ebda diskriminazzjoni.
Peress li permezz ta' artiklu 6 ta' l-Avviż Legali 321 ta' l-2001 diversi mpjegati tal-gvern li joffru servizzz part-time lill-Universita` ma jistgħux, jiġu meqjusa aktar li qed jagħmlu dan is-servizz fuq bażi part-time imma bħal li kieku għadhom jaħdmu mal-gvern, u peress li dawn il-ħaddiema ma jkunux jistgħu jibbennefikaw aktar mill-miżuri maħsuba għal xogħol part-time b'massimu ta' Lm3,000 dħul fis-sena, jista' l-Ministru jikkonferma li dawn ir-regolamenti jmorru kontra l-ewwel artiklu ta' l-ewwel Protocol tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem abbinat ma' l-artiklu 14 ta' l-istess Konvenzjoni billi joħolqu diskriminazzjoni mhux ġustifikata bejn impjegat u ieħor?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhux korrett wieħed jgħid li huwa b’riżultat tar-regola 6 tal-imsemmi Avviz Legali li impjegati tal-gvern li jaħdmu part-time l-Universita’ ma jistgħux jiġu meqjusa aktar li qed jaħdmu fuq bażi part-time ghall-iskopijiet tar-regoli dwar xoghol part-time.
L-interpretazzjoni tad-Dipartiment dwar dan il-punt kienet mill-bidunett li dahlu r-Regoli dwar xoghol
part-time
, jigifieri sa mill-1996, li d-dipartimenti kollha tal-Gvern u l-Universita’, ghall-finijiet ta’ dawn ir-regoli, huma l-istess organizzazzjoni, uzata fl-istess sens uzat fir-regola 5 tar-regoli principali.
Ir-regola 6 ghamlet dan il-punt aktar car biex jitnehha kull dubju imma fil-fatt f’dan ir-rigward ma dahhlet xejn gdid. In-novita’ li hemm f’din ir-regola tikkonsisti biss fil-fatt li kumpaniji, minhabba l-personalita’ guridika separata li ghandhom, anki dawk fil-kontroll tal-Gvern, ghandhom jibdew jitqiesu li huma employers separati.
Ninsab informat li waqt it-tfassil tar-regolamenti d-dipartiment ikkonsidra l-aspett imsemmi fl-ahhar parti tal-Interpellanza izda ma kellu l-ebda parir jew opinjoni kuntrarja.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu is-servizzi li l-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament ipprovda lid-dipartiment tat-taxxi interni?
Dan is-servizz ingħata tul liema medda ta' żmien?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz li tat din il-persuna kienu jikkonsistu f’konsulenza rigward sistemi godda li kellu jadatta id-Dipartiment bhala parti mir-re-engineering process. Dawn fost ohrajn kienu jinkludu:
a) l-izviluppar ta’ sistema ta’ Fringe Benefits Tax u sistema gdida ta’ Taxxa Provvizorja, draftjar ta’ Formoli tat-Taxxi godda u l-process kollu relatat maghhom, ristrutturar tal-funzjoni tal-Cash Office, bidliet u amiljorament (enhancements) ta’ numru sostanzjali ta’ computer core systems.
b) Hadem fuq id-disinn u l-izviluppar tal-Workflow Management System, kif ukoll biex jigu zviluppati business processes li bis-sahha taghhom tigi kkontrollata il-korrispondenza kollha li tidhol fid-Dipartiment.
c) Huwa kien kummissjonat biex jirraporta dwar l-istrategija tal-Internet tad-Dipartiment.
d) Kien ukoll jippartecipa fil-Business Development Unit tad-Dipartiment fuq xoghol relatat ma’ teknologija u re-engineering tal-core business processes uzati mid-Dipartiment.
Dan is-servizz inghata bejn is-16 ta’ Novembru 1998 sal-15 ta’ Novembru 2001.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown sena b'sena kemm ġew ikkanċellati ex-officio assessments mid-dipartiment tat-taxxi interni bejn is-snin 1993 u 2001, iż-żewġ dati inklużi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba minħabba li s-sistema kompjuterizzata li biha ġew ikkanċellati l-assessments ma tiddistingwix bejn kontijiet ex officio u oħrajn li mhumiex.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta d-dipartiment tat-taxxi interni irrikorra għas-servizzi ta' ex-uffiċjali tad-dipartiment ma ħarġet l-ebda call for applications u mhux l-ex-uffiċjali kollha ġew avviċinati?
Għaliex ġie msejjaħ ex-uffiċjal li telaq mid-dipartiment fil-1987 meta l-anqas is-sistema kompjuterizzata ma kienet għadha daħlet, filwaqt li ex-uffiċjali li ħarġu bil-pensjoni aktar riċentement l-anqas biss ġew avviċinati?
Id-direttur tat-taxxi interni kiseb l-approvazzjoni ta' xi ħadd biex eżerċita dan il-poter?
Skond it-tweġiba li ta l-Ministru fi tweġiba għall-mistoqsija palamentari preċedenti dan ifisser li ex-impjegati oħra ma ġewx avviċinati mill-kummissarju għax ma kellhomx l-esperjenza meħtieġa u lanqas l-integrita mixtieqa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab informat li d-dipartiment avviċina lil dawk l-impjegati li kienu rtiraw u li, sa fejn kien magħruf, kellhom l-esperjenza meħtieġa fix-xogħol li kien mistenni li jagħmlu.
Is-servizz mitlub minn dawn il-persuni kien jirrekjedi aktar esperjenza teknika milli esperjenza fuq il-kompjuters; għalhekk il-fatt li persuna spiċċat mid-dipartiment qabel daħlet is-sistema komputerizzata ma kienx mistenni li se jkun ta’ ostakolu għas-servizz li kienet se tagħti.
Dan is-servizz intalab skond ir-regolamenti finanzjarji.
Naħseb l-Onorevoli Interpellant jaqbel li l-Kummissarju huwa fl-obbligu li jizgura li x-xoghol jitwettaq b’efficjenza u integrita’ u dan minghajr ebda disprezz lejn dawk l-ex-impjegati li ma kellhomx l-esperjenza mehtiega biex jaghtu dan is-servizz u ghalhekk ma setghux ikunu ikkonsidrati.
Jista' l-Ministru jgħid kif qed titħaddem l-iskema ta' l-incentiv fid-dipartiment tat-taxxi interni?
Huwa minn li qed jitħallsu rati differenti għall-istess xogħol skond id-diskrezzjoni tal-kunjissarju tat-taxxi interni?
Liema huma r-regolamenti finanzjarji li jagħti lid-direttur is-setgħa li jħallas dan l-inċentiv, li jiddeterminna l-ammont ta' l-inċentiv kif ukoll li jiffissa ammonti differenti għall-istess tip ta' xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema ta’ inċentiv jew aħjar “production bonus” li addotta d-Dipartiment tat-Taxxi Interni f’diversi setturi tad-Dipartiment huma maħsuba li jżidu l-efficjenza billi jinkuraggixxu sforz aktar mill-impjegati biex tikber il-produttivita’. Dan jorbot anke mal-ħsieb tal-Gvern li eventwalment jiġu stabbiliti ‘benchmarks’ ta’ effiċjenza maċ-Ċivil kif imħabbar fid-diskors tal-Budget tas-sena 2001.
Bħal kull ‘production bonus’ ieħor, qed jitħallsu rati ta’ remunerazzjoni differenti għal xogħol ta’ tip differenti. Dawn ir-rati huma msejsa fuq il-pagi u l-produzzjoni eżistenti. Fis-settur fejn qed jitħaddmu, dawn is-sistemi ħadu post l-overtime normali. Mill-esperjenza qasira li d-Dipartiment għandu s’issa, dawn l-iskemi qed jaghtu riżultat posittiv ħafna. Hija prattika normali li tintalab l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi biex jitħaddmu dawn l-iskemi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma id-djun mid-dipartimenti kollha u korpi parastatali, primarjament:
1) mid-dipartiment tal-artijiet dwar kumpens fuq art rekwiżizzjonata?
2) mid-dipartiment tax-xogħlijiet dwar ħlas dovut lill-kuntratturi?
3) mid-dipartiment tas-saħħa dwar ħlas dovut lill-kuntratturi li jissuplixxu mediċini, tgħamir u provvisti oħra?
4) mil-Malta Drydocks, Marsa Shipbuilding Company, Enemalta, Sea Malta, Gozo Channel u kumpaniji parastatali oħrajn?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru fid-dawl tat-tħassib ġustifikat li wera pubblikamanet dan l-aħħar il-gvernatur tal-Bank Ċentrali dwar non-performing loans mill-banek kummerċjali tista tagħti indikazzjoni tal-medja ta' dawn in non-performing loans sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-medja ta' non-performing loans tvarja minn żmien għal żmien u hija effettwata minn numru ta' fatturi fosthom dawk regolatorji li jiġu stabbiliti biex tinżamm is-sanezza tas-settur bankarju. Għaldaqstant, minħabba is-sensittivita' tas-settur finanzjarju, l-awtorijtajiet regolatorji kienu u għadhom ta' l-opinjoni li l-figuri mitluba ma għandhomx jiġu ppubblikati.
Jista' l-Ministru jgħid x'ammont ta' xogħol kien hemm fil-Monti di Pieta bejn l-1995 u l-2001, sena b' sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' xogħol bejn l-1995 u l-2001 kien hekk :
Sena Numru ta' Rahan Numru ta' Fidi
1995 6507 6291
1996 6396 6395
1997 6763 6022
1998 7290 6447
1999 7831 6694
2000 7755 6341
2001 7649 7898
Jista' l-Ministru jgħid billi kien wiegħed lil din il-kamra li jagħti rendikont dwar l-investment registration scheme wara tmiem Marzu 2002, jista' jgħid:
- kemm ġew reġistrati flus taħt din l-iskema s'issa mindu ġiet introdotta?
- kemm minn dawn il-fondi ġew reġistrati iżda ser jitħallew dpożitati barra l-pajjiż?
- kemm minnhom inġiebu lura pajjiżna?
- b'kollox kemm kien hemm persuni li kkonkorrew għal din l-iskema?
- kemm minn dawn il-fondi ġew ipproċessati mill-banek kummerċjali?
- kemm minnhom ġew ipproċessati minn stockbrockers - mhux bankarji - u minn istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dalwaqt inkun f'pożizzjoni li ngħati nformazzjoni fuq din.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?
Response (DALLI, JOHN)
Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta' l-ammont ta' kera li tħallset mill-Ministeru u mid-Dipartimenti u l-Istituzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħti.
Entita' Ammont ta' Kera
Ministeru 793
Taxxi Interni 8,400
VAT 160,000
Tax Compliance Unit 118,685 (Ottubru 2000 - Ottubru 2002)
Lottu Pubbliku 1,122 (irkuprati mingħand il-Lotto Receivers)
Dwana Xejn
Kuntratti Xejn
Teżor Xejn
Borża ta' Malta 25,470
Bank Ċentrali ta' Malta 1,301
Malta Financial Services Centre Xejn
Jista' l-Ministru jgħid meta għandha tiġi ppubblikata l-legal notice in konnessjoni ma' l-aħħar ftehim kollettiv li kien sar għall-ħaddiema fis-settur pubbliku biex jirregola l-pensjoni ta' dawk li kienu ngaġġati fis-Servizz Pubbliku qabel is-sena 1979? Jista' jgħid kemm huwa kkalkulat li din il-miżura sejra tqum għall-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għandna parir li t-tibdil meħtieġ ma jistax isir b'avviż legali imma jeħtieġ liġi. Din qeda tiġi finalizzata.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Pre-Accession Economic Programme li hejjejt għall-Kummissjoni Ewropeja flimkien mal-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi f'Settembru li għadda?
Response (DALLI, JOHN)
Npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Pre-Accession Economic Programme li l-Ministeru tal-Finanzi ssottomettaq f'Settembru li għadda lill-Kummissjoni Ewropeja bħala parti mill-Fiscal Surveillance Procedure taħt il-Kapitlu 11 - Unjoni Ekonomika u Monetarja ta' l-Acquis Communitaire. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dan id-dokument hu aċċessibbli fuq il-Website tal-Unjoni Ewropeja fuq dan l-indirizz :
http://www.europa.eu.int/comm/economy_finance/publications/external_relations/2002/pep_mt_en.pdf
Jista' l-Ministru jgħid il-kirja tal-premises ta' block 8 customer care ta' l-income tax għalqet?
Jekk iva, ġiet imġedda?
Kemm kienet il-kirja qabel?
Kemm hija illum?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kirja msemmija fl-Interpellanza għadha m'għalqitx. Jekk id-Dipartiment jiddeċiedi li jġedded il-kirja għal xi żmien, ikun jridu jsiru diskussjonijiet mas-sidien dwar il-kundizzjonijiet tal-kirja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lill-kumpaniji privati lill-Ministeru u jew id-Dipartimenti, kumpaniji eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-servizz taż-żamma tal-pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet?
Kemm għat-tindif?
Response (DALLI, JOHN)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali għal dak li għandu x'jaqsam ma' dipartimenti tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena u, għar-rigward ta' l-entitajiet fir-rapporti annwali partikulari tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittelgħu persuni l-Qorti is-sena l-oħra b'konnessjoni ma ksur tal-liġi tal-VAT? X'għamlu ħażin dawk li ittelgħu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2001 ġew imtellgħa l-Qorti 8,036 persuna. Dawn ittellgħu l-Qorti fuq nuqqas ta' ħruġ ta' rċevuti fiskali jew talli naqsu li jibgħatu d-denunzji fi żmien stipulat.
Dawn il-persuni ġew immultati bejniethom is-somma ta' Lm53,943 u Lm106,423 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' tax payers li jaħdmu part-time u li jħallsu rata speċjali ta' 15% fuq id-dħul min dan ix-xogħol is-sena li għaddiet? Kemm minn dawn kienu jaħdmu xogħol part-time fuq bażi self-employed? Kemm kienu part-timers u jdaħħlu qliegħ addizzjonali għal xogħol full time?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li biex taxpayer jibbenefika mill-iskema speċjali ta’ 15% final withholding tax fuq l-income (sa massimu ta’ Lm3000 fis-sena) minn part-time employment jew part-time self-employment irid bilfors ikollu main employment (jiġifieri jkun impjegat full-time x’imkien ieħor).
Matul is-sena 2001 kien hemm 2752 taxpayers li ħallsu 15% final withholding tax taħt l-iskema bħala part-time self-employed. Min ried jibbenefika minn din l-iskema ta’ part-time self-employment ried bilfors iħallas it-taxxa dovuta sal-15 ta’ Frar ta’ din is-sena.
Rigward in-numru ta’ taxpayers li bbenefikaw minn l-iskema ta’ part-time employment (mhux self-employment), id-Dipartiment ikun jista jagħti din l-informazzjoni meta jkunu ġew proċessati id-dokumenti FS3 kollha.
B'riferenza għad diskors tal-Budget 2002 u speċificament għat-tabella 4, jista' l-Ministru jagħti stampa riveduta tal-fond konsolidat kif tirriżulta illum in vista tal-fatt li d-dħul minn bejgħ ta' assi għall-ammont ta' Lm 47 Miljun ma seħħitx sa tmien is-sena li għaddiet?
Response (DALLI, JOHN)
Nirrepti li d-dħul mill-bejgħ ta' assi mhux meħud bħala dħul fil-fond konsolidat.
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-kamra jekk il-gvern għandux tagħrif dwar il-valur ta' investiment Malti fl-Argentina? Kemm huwa maħsub li tilfu flus l-Maltin wara dak li ġara riċentament?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 31279 f'seduta 693.