Tista' l-Ministru tgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtha mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tagħha li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali?
X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkun bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Tista' tgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara li l-persuna mill-Isla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qatgħulu saqajh u jinsab f'wheelchair u l-fond li fih jabita jinstab f'taraġ, issirlu rampa sal-bieb tiegħu, għax ma jistax joħroġ mid-dar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex jinvestiga.
Tista' l-Ministru tara li l-anzjana Bormliża, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva Care and Repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care ta' l-Awtorita' tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23701 fejn intqal li f'nofs Frar kellha ssir spezzjoni fil-fond fil-Fgura, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, mill-ħaddiema ta' l-Awtorita' tad-Djar, għaliex din sal-lum għadha ma saritx? Tista' tara li t-talba tkun milqugħa mill-aktar fis possibbli?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant li fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Numru 23701, li jien tajt f’Seduta Numru 494, jien ma għidtx li l-ispezzjoni kellha ssir f’nofs Frar.
Ninsab infurmata li din l-ispezzjoni saret fis-6 ta’ Ġunju 2007.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna Bormliża, li d-dettalji dwar qed jintbagħtu separatament, għandux applikazzjoni quddiem d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, u dan minħabba li fejn jgħix ser jagħlaqlu ċ-ċens temporanju, u hemm ċans li l-familja tiegħu tispiċċa fit-triq?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li m’hemmx kontijiet pendenti biex jingħalqu jew flus f’subsistence allowance li jridu jiġu ritornati, fuq safar li sar bejn Jannar u Marzu 2007, minn uffiċjali fil-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kienet involuta l-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru magħha, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjaha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25361 f’Seduta Numru 531.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, kopji tal-pjanti ta' 25, Triq Pietro Floriani, Furjana li fih ser ikun hemm is-sede tad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti mitluba mill-Onor. Interpellant.
Tista' l-Ministru tgħid meta hi mistennija li ssir l-ispezzjoni mill-ħaddiema tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni fil-fond fl-Isla, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tara li persuna li ma jaħdimx, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, mill-Birgu b'ħamest itfal jibbenefika mill-inizjattiva Care and Repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care ta' l-Awtorita’ tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tara jekk hux minnu dak li qed tallega l-persuna Zabbarija, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jiġifieri li qed tkun injorata minn uffiċjali ta' l-istess ministeru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn investigazzjoni li saret, inkluż kuntatt mal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, irriżulta li din il-persuna qatt ma kienet kellmet xi uffiċjal fil-Ministeru tiegħi u għalhekk l-allegazzjoni tagħha li ġiet injorata minn uffiċjali ta’ l-istess Ministeru hi kompletament infondata.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex is-single parent mill-Birgu, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhix qed tiegħu r-relief fuq it-tifel iż-żgħir tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid meta huma mistennija li joħorġu l-appointments tal-Manager Area Officers tas-Servizzi Soċjali? Meta ser jingħataw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-ħatriet tal-managers li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ser jinħarġu kif jitlesta l-proċess li jiġu assenjati f'liema uffiċċju distrettwali ser jaħdmu.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq l-installazzjoni ta' lift fil-blokki A,B,C u D fuq Tal-Blat housing estate Qormi wara li r-residenti diġa' ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom u l-applikazzjoni tal-MEPA ilha approvata mis-26 ta' Ġunju 1998?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar għandha żewġ applikazzjonijiet għal stallar ta' lift fi blokki C u D fil-binja ndikata mill-Onor. Interpellant. Dawn iż-żewġ applikazzjonijiet saru f'Novembru 2006.
Ninsab infurmata wkoll li ż-żewġ siti ġew spezzjonati mill-perit u l-konsulent dwar il-lifts ta' l-Awtorita' u qed jitħejjew il-pjanti tal-partijiet komuni tal-blokki biex jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet għall-permessi lill-MEPA.
Dwar l-applikazzjoni approvata mill-MEPA fl-1998, li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, ninsab infurmata li din kienet dwar bini ta' sular ieħor fuq il-blokki A, B, C u D, liema proġett qatt ma ġie mwettaq.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' omm separata bi tlett itfal, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qatgħulha r-relief fi Frar, appellat u sal-lum għadha mingħajr risposta? Jista' l-każ ta' din il-persuna jitmexxa u tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, sal-lum, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant naqset li tipproduċi d-dokument legali mitlub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali u dan minkejja li ntalbet tagħmel dan diversi drabi permezz ta’ ittri.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar mill-applikazzjoni għal akkomodazzjoni diċenti tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li flimkien mal-mara u t-tlett itfal jgħix f'post ċkejken sub-standard, bil-mara diżabbli u ilu jistenna 18-il sena mindu applika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li dawk li qegħdin clerks bil-kuntratt fil-Housing Authority jiġu clerks fissi tal-post?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar tikkunsidra t-talba ta' l-Onor. Interpellant fid-dawl tar-riżorsi umani li jkollha bżonn minn żmien għal żmien u fil-parametri tal-provedimenti ta' Avviż Legali Numru 51 ta' l-2007.