Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x' se jagħmel wara is-sejħa pubblika tal-Maġistrat Dr. Silvio Meli biex issir riforma radikali fil-Qorti taż-żgħażagħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Qorti tal-Minorenni hi parti integrali mir-riforma li sa ġġib magħha t-twaqqif tad-Divizzjoni tal-Familja. L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf ukoll illi l-Qorti tal-Minorenni għalkemm formalment Qorti kienet dejjem aktar assoċjata mal-kamp soċjali u konsegwentement ir-riformi essenzjali jrid jsiru l-aktar mill-lenti tal-legislazzjoni dwar it-tfal li qed tiġi preparati mill-Ministeru għall-Politika Soċjali.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm ġew deċiżi kawżi mill-Bord li jirregola l-kera fis-snin 1998, 1999, 2000 u sal-31 ta' Ottubru 2001?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li n-numru ta' kawżi deċiżi mill-Bord li jirregola l-Kera, għas-snin 1998, 1999, 2000 u 2001 (sal-31 t'Ottubru) kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex huwa kif ġej:
1998 1999 2000 2001
(sa 31/10)
Malta 121 145 142 135
Għawdex 4 6 4 5
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-subbasta ġiet esegwieta fuq inizjattivi tal-banek lokali?
Jista' l-Ministru jagħti din l-informazjoni bank b'bank individwalment, reġistrati lokalment, u għas-snin 1999, 2000, 2001 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Subbasti li ġew esegwiti fuq inizjattiva tal-banek lokali, bank b'bank individwalment mill-1999 sa llum. Tajjeb li l-Onorevoli Interpellant ikun infurmat illi din il-lista tapplika għal banek f'Malta biss peress li ma ġew esegwiti ebda subbasti mill-banek f'Għawdex.
Peress illi tibdil fit-tariffi jsiru permezz ta' Avviżi Legali l-informazzjoni mitluba hi diġa pubblika u l-Onorevoli Interpellant jista' jsibha fil-Gażżetta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kinietx identifikata persuna li mistennija tinħatar Imħallef biex
jieħu post l-Imħallef Lino Agius li se jmur jaħdem fl-Olanda fit-Tribunal tal-Ġnus Magħquda?
Kienet identifikata l-persuna li se tinħatar fil-Qorti ta' l-Appell flok l-Imħallef Agius?
Meta se jinħatru dawn il-persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Imħallef Lino Agius hu mistenni li jieħu l-ġurament fit-Tribunal Internazzjonali għall-ex Jugoslavja fit-22 ta` Novembru 2001 u l-Imħallef ġdid - li ġie identifikat - mistenni li jieħu l-ġurament tal-kariga f'Jannar 2002.
Jista' l-Ministru jgħid minħabba li f' Jannar li ġej il-President tal-Qorti jispiċċa mill-ħatra
minħabba l-eta', il-Gvern identifika l-persuna li se tingħata l-ħatra?
Jekk kienet identifikata l-persuna dan ġej mill-Ġudikatura?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onorevoli Interpellant ikollu risposta fiż-żmien propizju.
Jista' l-Ministru jgħid x' passi ttieħdu kontra ex impjegat tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin li ismu qed jintbagħat under separate cover fil-qorti tal-Maġistrat fl-aħħar ħdax-il sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress illi l-prosekuzzjoni kriminali hi f'idejn il-Kummissarju tal-Pulizija , l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ħdax-il sena ttiħdux xi passi kriminali kontra ċ-ċittadin Malti li ismu qed jintbagħat under separate cover?
Jekk ittieħdu passi fejn ittieħdu, meta ttieħdu, fuq xhex ittieħdu u x' passi ttieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress illi l-prosekuzzjoni kriminali hi f'idejn il-Kummissarju tal-Pulizija, L-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Avukat Ġenerali barra r-riżultati ta' l-inkjesta li mexxiet il-Maġistrat Miriam Hayman dwar allegazzjonijiet li saru fil-konfront tal-Kummissarju ħax in konsiderazzjoni affidavits jew dokumenti oħra li ma kinux jifformaw parti mill-inkjesta?
Min ippreżenta dawn l-affidavits?
U kemm kien l-għadd ta' persuni li ppreżentaw affidavit?
U hija proċedura ġdida li segwa l-Avukat Ġenerali meta ta kas ta' dawn l-affidavits, flok idderiega lura l-inkjesta lill-Maġistrat inkwirenti u dawn kienu jidħlu fl-inkjesta permess ta' proċedura li jipprovdi l-Kodiċi Kriminali?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Avukat Generali diġa ta` pubblikament l-informazzjoni kollha li qed jitlob l-Onor. Interpellant u m`għandi xejn x`inżid ma dak li stqarr l-Avukat Generali.
Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninform l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment?
Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-informazzjoni qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Avukat Ġenerali bediex investigazzjoni dwar kif tagħrif
li ħareġ fl-inkjesti dwar il-qtil ta' Lino Cauchi u l-mewt ta' Gianni Psaila li kienu fl-uffiċju
tiegħu spiċċaw imxandra fil-ġurnali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat mill-Avukat Generali illi r-risposta hi fl-affermattiv ovvjament f`dak li jirrigwarda l-Ufficju tal-Avukat Generali.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Maġistrat Michael Mallia kien avviċinat biex jingħata
l-ħatra ta' Imħallef?
Il-Maġistrat Mallia kien aċċetta dan?
Jista' l-Ministru jgħid jekk wara li saret il-komunikazzjoni bejn il-Gvern u l-Maġistrat
inbidlitx il-pożizzjoni tal-Gvern?
Jekk inbidlet x' kienet ir-raġuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma jidirilhix li jkun għaqli li għal kull ħatra ta` Imħallef il-Gvern jgħid lil min avviċina, lil min ma avviċinax u għaliex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabbilita tiegħek? Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il inkjesta maġisterjali saret u fil-konklużjoni kien hemm rakkomandazzjoni li jittieħdu passi kriminali kontra xi persuna u dan ma seħħx għaliex l-Avukat Ġenerali ddeċieda li m' hemmx bażi soda biex każ ikun pruvat fil-qorti mingħajr dubju raġonevoli?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija parlamentari nru 29340 li titratta fuq l-istess suġġett.
Jista' l-Ministru jgħid x' irriżulta mill-investigazzjoni li talab l-Avukat Ġenerali dwar
il-
leakage
tar-riżultat ta' l-inkjesta li mexxiet il-Maġistrat Miriam Hayman?
Min mexxa l-investigazzjoni u jekk il-persuna li xandret it-tagħrif dwar il-konklużjoni
ntalbitx tagħti xi spjegazzjoni?
Jikkonferma l-Ministru li l-Maġistrat intalbet tispjega xi fatti dwar il-każ minn persuni
li m' humiex membri tal-ġudikatura?
U jekk sar dan, min kienu l-persuni li investigaw il-każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Risposta tingħata wara illi l-inkjesta tkun konkluza.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-okkażjonijiet u x'kienet in-natura ta' l-inkjesta fejn l-Avukat Ġenerali iddeċieda li ma kienx hemm bażi għall-proċeduri kriminali kontra xi individwu avolja kien hemm indikazzjoni biex jittieħdu dawn il-proċeduri minn maġistrat wara li tkun saret inkjesta maġisterjali:
Bejn Ġunju 1971 u Mejju 1987; u
Bejn Mejju 1987 u Ottubru 2001
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29340 li tittratta fuq l-istess suġġett.
Jista' l-Ministru jgħid fil-perjodu ta' dawn l-aħħar tlett snin, kemm il-darba wara li ingħalqu l-provi f' kumpilazzjoni, l-Avukat Ġenerali iddeċieda li joħroġ in-nulle prosecui?
Response (GATT, AUSTIN)
Infurmat mill-Avukat Ġenerali li mill-1997 'l hawn hu ordna n-"nulle prosecui" f'seba' każijiet.