Jista’ l-Ministru jghid kemm kienu impjegati għalliema ġodda fl-iskejjel ta’ l-Istat u f’dawk privati jew tal-Knisja mill-bidu tas-sena skolastika ‘l hawn? Jista’ jgħid kemm minn dawn kienu impjegati fil-livell primarju u kemm fil-livell sekondarju?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' għalliema ġodda li ġew impjegati kien hekk :-
Skola Skejjel Primarji Skejjel Sekondarji
Stat - 41 109
Knisja- 15 50(8 part-time)
Indipendenti - 3 4.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' l-għalliema, facilitators, kindergarten assistants kollha li ġew trasferiti minn skola għall-oħra f'Għawdex stess u jindika l-iskejjel x'inhuma, kif ukoll ta' dawk l-għalliema, facilitators, kindergarten assistants li minn Malta ġew trasferiti Għawdex u f'liema skejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-mobilita' ta' għalliema, Kindergarten Assistants u Learning Support Assistants titwettaq fl-aħjar interess tat-tfal u skond l-esiġenzi tas-servizz. Ma nħossx il-ħtieġa li d-dettalji mitluba jinġabru. Iżda jekk l-Onor. Membru trid tagħrif dwar xi każ speċifiku tindika l-każ ta' l-individwu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sholarships għall-korsijiet barra minn Malta f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid f'liema universitajiet jew kulleġġi ngħataw dawn l-ischolarships u f'kull każ individwali kemm ħallas il-gvern għalihom?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Ministeru tiegħi beda jħaddem l-iskema ta' scholarships tal-Gvern għall-ewwel darba s-sena li għaddiet (2006-2007). Id-dettalji finanzjarji dwar l-ischolarships li ngħataw din is-sena (2007-2008) għadhom qed jinħaddmu.
It-tagħrif għas-sena 2006-2007 ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27492 u għar-risposta relattiva dwar parkeġġ fl-universita', peress li diversi studenti qed jilmentaw li l-ispazju għall-parkeġġ għalihom naqas, jista' l-Ministru jgħid x'ta' lok għal dan it-tnaqqis u x'ser isir biex tittaffa din il-problema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma saru l-ebda arranġamenti bejn l-Universita' ta' Malta u l-isptar Mater Dei dwar parkeġġ. Informat ukoll li ma ttieħdu l-ebda spazji ta' parkeġġ minn ħadd.
Fl-Universita' hemm l-istess spazju għall-parkeġġ kif kien qabel. L-unika ħaġa li inbidlet hi n-numru ta' studenti, staff u karozzi li żdiedu sew.
B'referenza għat-talba għal facilitator għall-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li skond l-assessjar psikoloġiku dan it-tifel għandu bżonn attenzjoni immedjata, jista' l-Ministru jgħid meta dan it-tifel ser jiġi provdut b'facilitator?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-applikazzjoni ta' l-istudent konċernat qed tiġi proċessata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-problemi li kien hemm bejn l-MCAST u l-Malta Maritime Authority speċjalment fejn jidħol l-Istitut Marittimu ġewx solvuti jew le? Jekk le x’inhu jżomm sabiex dawn jiġu solvuti? Jista’ jgħid ukoll x’kienu d-diffikultajiet li ġabet l-MMA f’dawn il-kazi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-problemi li kien hemm bejn l-MCAST u l-Malta Maritime Authority ġew solvuti wara diskussjoni. Id-diffikultajiet kienu relatati ma' aspetti ta' kjarifiċi akkademiċi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-budget għal din is-sena fejn jidħol it-trasport separatament għas-sezzjoni tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni, l-Operat Primarju u dak Sekondarju?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni l-ammont ta' flus li ntefaq mill-Budget tat-trasport fil-perjodu minn Jannar sa Settembru, kien kif ġej:
Sezzjoni Servizzi Korporattivi Lm 73,108
(ex-Sezzjoni tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni)
Operat Primarju Lm195,999
Operat Sekondarju Lm849,315
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament wara sena jistudja u jistinka rnexxielu jikkwalifika ma' l-ewwel 30 student tas-sena tiegħu b'dan li ġie promoss għal klassi A u sussegwentement reġa' tniżżel fil-klassi B? Peress li dan l-aġir kellu effett ħażin ħafna fuq il-moral u l-motivazzjoni ta' dan l-istudent jista' jara kif din is-sitwazzjoni tista' tiġi rimedjata u dan l-istudent jieħu dak li ħaqqu u cioe' jerġa' jitqiegħed fil-klassi A li huwa gwadanja bi dritt b'tant studju u sagrifiċċju?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudent konċernat baqa' fi Stream A.
Jista' l-Ministru jara li t-tifla li tattendi l-iskola primarja ta' Hal Lija, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata s-servizz ta' facilitator peress li tbati bid-dyslexia u għandha bżonn l-għajnuna fl-istudji tagħha?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-art li bħalissa tinsab żdingata fi Triq il-Mitjar, Ħal-Luqa hija ntenzjonata biex tigi żviluppata fi ground tal-football?
Jekk iva, jista’ jgħid kemm se jkun kbir dan il-
ground
? Min se jidħol għal din l-ispiża biex jinbena?
F’idejn minn se jitħalla biex jitmexxa? Meta se jinbeda x-xoghol?
Response (GALEA, LOUIS)
Iva, l-Gvern ċentrali ser jizviluppa din l-art li tħalliet zdingata f'faċilita' sportiva għall-poplu ta' Ħal Luqa.
Jista' l-Ministru jara li jieħu azzjoni dwar l-istat zdingat ta' l-iskola Maria Goretti f'Hal Tarxien? Hemm bżonn li l-ħajt ta' barra l-iskola li qed jaqa' u qiegħed fi stat perikoluż jerġa' jinbena jew jissewwa. Hemm problema kbira ta' ġrieden li jinġabru madwar il-bring in sites biswit l-iskola u fl-għelieqi tal-madwar. Dawn il-ġrieden qed joħolqu problemi għall-iġene tat-tfal ta' l-iskola stess u għar-residenti tal-madwar. Jista' l-Ministru jara li l-ambjent ta' l-iskola jitnaddaf mill-iktar fis possibbli?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni diġa' ħadet il-passi meħtieġa biex jiġi rimedjat l-istat tal-ħajt ta' barra ta' l-iskola. L-iskola tinzamm ukoll fi stat nadif. L-Onor. Membru jaf li l-Kunsill Lokali hu responsabbli għall-bring in sites u l-għelieqi tal-madwar u mhux l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu x-xogħlijiet fuq il-bini ta' l-iskola G. Despott, Bormla? Jista' jgħid meta se jitlestew xi fażijiet mill-istess bini?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kostruzzjoni ta' l-iskola sekondarja subien fil-Kulleġġ Santa Margherita jinsab fi stadju avvanzat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel reġistrati biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin? Kemm minnhom huma membri tal-FELTOM? X’kontroll hemm fuq dawk li m'humiex membri ta’ l-għaqda tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm 47 skola li għandhom liċenzja sabiex jgħallmu l-Ingliz bħala lingwa barranija. Skond il-website tal-FELTOM, din il-federazzjoni għandha 17 minn dawn l-iskejjel bħala membri tagħha. Il-Bord ma jiddistingwix bejn l-iskejjel liċenzjati li huma membri tal-Feltom u l-oħrajn li m'humiex. Il-Bord izur l-iskejjel kollha liċenzjati u l-annexes tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm skejjel independenti li nfurmaw lid-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni li għollew il-miżati għas-sena skolastika l-ġdida? Jekk iva, liema kienu u b’kemm f’kull każ? Kemm kienu l-miżati matul is-sena li għaddiet?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti fl-Universita` ta’ Malta sabiex jagħmlu PGCE PSD? Kemm ġew magħżula u kif saret l-għażla sakemm ma daħlux l-istudenti kollha li applikaw?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kien hemm 28 applikazzjoni għad-dħul fil-kors għall-Postgraduate Certificate in Education għat-tagħlim tal-PSD. Minn dawn wieħed kien ineliġibbli u sitta rtiraw l-applikazzjoni qabel beda l-proċess ta' l-għazla. Sar interview lil 21 applikant, it-Tlieta 4 ta' Settembru u group interview l-Erbgħa 5 ta' Settembru biex jimtlew il-ħmistax il-post disponibbli. L-applikanti kienu assenjati marki għall-kwalifiki li kellhom sa massimu ta' 20 punt u marki għall-assessement tagħhom fl-interview u l-group interview.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vakanzi għall-għalliema u f’liema suġġetti? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-vakanzi ta' għalliema li hemm bħalissa huma 2 fl-ICT, 1 fil-PE, Fizika, Reliġjon u Muzika. In-numru ta' għalliema applikanti kien 393 li bejniethom tefgħu 647 applikazzjonijiet għad-diversi suġġetti.
Tagħrif dwar is-suġġetti li applikaw għalihom ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.