Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #16610 Sitting 344 2006-01-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Apparti min issostitwixxa persuni f'pożizzjonijiet eżistenti, jew mela' pożizzjonijiet eżistenti ,il-Ministeru ngaġġa: - 1 Senior Adviser - 4 Support Officers (illum huma 3) Sa' l-aħħar ta' l-2005, 24 l-impjegat tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin kienu marru jahdmu f'Istituzonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 10 PQ #16601 Sitting 343 2006-01-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?

Response (FRENDO, MICHAEL)

M`hemm l`ebda kumpanija jew awtoritajiet/corporations li taqa` taht id-dekasteru tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
Leg 10 PQ #16685 Sitting 343 2006-01-23 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Għajnuna lill-poplu Palestinjan

Question

Jista' il-Ministru jaħseb jekk nistgħux, bħala pajjiż, nagħtu l-għajnuna lill-poplu Palestinjan billi ngħinuh iwaqqaf munita tiegħu separata mix-Sheikil Lhudi? Dan jista' isir minn għaqdiet stakeholders privati finanzjarji Maltin fejn dawn igħinu biex is-set-up ta' din il-munita' issir ibbażata fuq il-euro.

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Gvern Malti lest jkompli jagħti l- appoġġ tiegħu fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali lill-poplu tal- Palestina, u dan kemm bilateralment kif ukoll fi ħdan il-politika estera komuni ta` l-Unjoni Europea. Għaqdiet Stakeholders privati finanzjarji Maltin jistgħu jagħmlu proposti studjati konkreta f`dan ir -rigward.
Leg 10 PQ #15786 Sitting 342 2006-01-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EU — Ħaddiema Maltin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni Maltin jaħdmu f'xi organizzazzjoni li taqa' taħt il-kappell ta' l-Unjoni Ewropea llum u fejn? X'xogħol jagħmlu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ir-reklutaġġ ta' l-impjegati ta' l-Unjoni Ewropea hija r-responsabbilta' tal-European Communities Personnel Selection Office (EPSO) fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mhux tal-Gvern Malti. Jien infurmat li sa' l-aħħar ta' Novembru 2005 kien hemm 167 ċittadin Malti mpjegat ma xi Istituzzjoni Ewropea li minnhom, 83 jaħdmu ġewwa l-Belġju, 71 jaħdmu ġewwa l-Lussemburgu u 13 jaħdmu Malta. Dawn il-figuri ma jinkludux id-deputati Maltin fil-Parlament Ewropew kif ukoll l-uffiċċjali li ġew innominati direttament mill-Gvern Malti. Fil-Kunsill hemm 31 ċittadin Malti mpjegat, li minnhom 4 jagħmlu xogħol politiku, 20 jagħmlu xogħol ta' traduzzjoni u 7 jagħmlu xogħol segretarjali. Fil-Kummissjoni hemm 67 ċittadin Malti mpjegat, li minnhom, 23 jagħmlu xogħol politiku, 30 jagħmlu xogħol ta' traduzzjonu u 14 jagħmlu xogħol segretarjali. Fil-Parlament hemm 30 ċittadin Malti mpjegat, li minnhom, 21 jagħmlu xogħol politiku, 7 jagħmlu xogħol ta' traduzzjonu u 2 jagħmlu xogħol segretarjali. Fil-Qorti tal-Ġustizzja hemm 27 ċittadin Malti mpjegat, li minnhom persuna tagħmel xogħol politiku, 20 jagħmlu xogħol ta' traduzzjonu u 6 jagħmlu xogħol segretarjali. Fil-Qorti ta' l-Awdituri hemm 6 ċittadini Maltin impjegati, li minnhom 2 jagħmlu xogħol politiku u 4 jagħmlu xogħol ta' traduzzjoni. Fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew hemm 2 ċittadini Maltin impjegati, li minnhom, persuna tagħmel xogħol politiku u persuna tagħmel xogħol segretarjali. Hemm ukoll 4 interpreti Maltin li jaħdmu b'mod fiss ma' l-Istituzzjonijiet Ewropej. Minbarra dawn, wieħed irid jgħid ukoll li hemm numru ta' ċittadini Maltin li għaddew l-eżamijiet meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jaħdmu ma' l-Istituzzjonijiet Ewropej imma s'issa għadhom ma ġewx offruti post ta' xogħol ma' l-istess istituzzjonijiet.
Leg 10 PQ #16378 Sitting 342 2006-01-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (FRENDO, MICHAEL)

B`risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16378 tad-9 ta` Jannar 2006, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata f` xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #15758 Sitting 338 2006-01-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ħruġ ta' visas

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu visas din is-sena u għal liema pajjiżi?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Minħabba l-kliem "għal liema pajjiżi " fil-mistoqsija, Nitlob l-Onorevoli Interpellant jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal visas li ntħarġu biex persuni jiġu Malta jew jekk hux qed jirreferi għal visas li nħargu lill-Maltin biex jmorru f` pajjiżi ohrajn.
Leg 10 PQ #15913 Sitting 337 2006-01-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Kummissjoni bejn Malta u l-Libja

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk twaqqfitx xi forma tal kummissjoni bejn Malta u l-Libja sabiex taħdem għal soluzzjoni dwar il-problema li qed jiffaċċjaw s-sajjieda Maltin u Għawdxin meta jistadu fl-ibħra tal-kosta Libjana? Jekk fl-affermattiv, min huma l-membri u kemm-il darba ltaqgħu? Jekk fin-negattiv, jista' il-gvern jikkunsidra l-proposta?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nieħu nota tal-proposta ta` l-Onorevoli Interpellant, il-Gvern Malti qajjem din il-materja dwar sajd minn sajjieda Maltin u Għawdxin ma` l-ogħla awtoritajiet tal- Gvern Libjan u din il-materja għadha suġġett ta` diskussjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
Leg 10 PQ #15912 Sitting 336 2005-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Negozjati mal-Gvern Libjan

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati tal-Gvern Malti mal-Gvern tal-poplu Libjan dwar il-problema tas-sajjieda Maltin u Għawdxin li llum ma jistgħux jistadu fl-ibħra tal-kosta Libjana?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Membru li l-Gvern Malti qed jistenna mingħand il-Gvern Libjan tweġiba għat-talba tiegħu sabiex isiru diskussjonijiet biex jintlaħaq ftehim mal-kooperaturi tas-Sajd. Il-Gvern Mlati ma jistax jikkonkludi bħala Gvern ftehim dwar il-fisheries mal-Libja jew ma' xi Gvern ta' xi pajjiż ieħor.

Affarijiet Barranin — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont globali ta' mobile phones użati mill-membri ta' l-istaff tiegħu? Minn min qegħdin jintużaw? Min awtorizza t-tali użu u kemm huwa s-sealing għal kull mobile phone?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont globali ta' mobile phones użati mill-membri ta' l-istaff tiegħi huwa ta' 17. Dawn jappartjenu lill-membri tas-Segretarjat tiegħi, is-Segretarju Permanenti u Diretturi. Ġew awtoriżżati mis-Segretarju Permanenti skond il-kariga jew kuntratt tagħhom. Minbarra s-Segretarju Permanenti, is-Segretarja Privata tiegħi, l-kap tas-Segretarjat tiegħi, l-Assistent Segretarju tiegħi u l-Communications Co-Ordinator tiegħi, l-membri l-oħrajn għandhom "ceiling" ta' Lm 300 għal kull mobile phone.
Leg 10 PQ #16067 Sitting 336 2005-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM — Xiri ta' karozzi BMW

Question

Fid-dawl tat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15842, jista' il-Ministru jgħid min kien responsabbli għall-arranġamenti li saru biex jintużaw BMW għaċ-CHOGM u jekk l-użu ta' karozzi għaċ-CHOGM kienx miftuħ għal diversi kumpanniji li jimportaw u jbiegħu karozzi f'Malta?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Fil-każ taċ-CHOGM f`Malta il-BMW offrew numru ta` karrozzi għal użu tal-kapijiet ta` stat li jattendu għaċ-CHOGM f`Malta bħala "sponsorship". Ma sar jew intalab l-ebda ħlas għal dawn il-vetturi. Din l-offerta l-BMW kienet għamlitha qabel f`CHOGM oħrajn.
Leg 10 PQ #16236 Sitting 336 2005-12-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Contracts of service

Question

B'riferenza għat-tweġiba li l-Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari 15521, jista' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' contracts of service li daħal għalihom il-Ministeru fil-perijodu bejn l-1 ta' Lulju 2004 sal-lum billi għal kull kuntratt iffirmat jagħti r-remunerazzjoni li jkopri kull kuntratt, inkluż benefiċċji, allowances u perkaċċi oħra marbuta ma' l-istess kuntratt, kif ukoll it-tul ta' kull kuntratt u l-grad jew nomenklatura li ngħatat kull persuna biex tagħti servizz abbażi tal-kuntratt iffirmat, flimkien ma' l-isem tal-persuna indikata? Dawn il-contracts of service qegħdin jitħallsu minn fondi pubbliċi li dan il-parlament għandu d-dover li jara kif qegħdin jintnefqu.

Response (FRENDO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #16064 Sitting 335 2005-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kumpanniji kellhom b'xi mod jew ieħor x'jaqsmu ma' l-organizzazzjoni taċ-CHOGM f'Malta u f'kull każ xi ħlas ħadet jew għandha tieħu u għal liema servizz li tat?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Gvern qiegħed fl-istadju li jiffinalizza l-accounts taċ-CHOGM. Dawn l-accounts ser jiġu awditjati u meta jiġu ffinaliżżati, jiġu ppublikati bid-dettalji kollha.
Leg 10 PQ #16114 Sitting 334 2005-12-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Rappreżentant ta' Malta f'Iżrael

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk huwiex se jinnomina l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, bħala rappreżentant ta' Malta f'Iżrael? Jidhirlu li din hija għażla għaqlija minħabba li din il-persuna għandha opinjonijiet pro-Iżraeliti estremi u ferm magħrufa?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Għada ma saret l-ebda għażla għal persuna biex tirrapreżenta lil Malta f'Tel Aviv darba tinfetaħ rappreżentanza diplomatika flimkien ma` oħra f'Ramallah. Sadattant, l-Ambaxxatur Malti non-residenti għall-Iżrael jibqa` l-Ambaxxatur Abram Borg li ġie appuntat Ambaxxatur għall-Iżrael fid - 9 ta` Awissu 2002.
Leg 10 PQ #16115 Sitting 334 2005-12-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Council of Europe development bank

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-elezzjoni għal ħatra ta' chairman għall-Council of Europe development bank saritx u x'kien ir-riżultat? Jekk ma saritx, meta ser issir u x'qed jagħmel il-Ministeru biex jiffavorixxi u jaġevola lill-Ambaxxatur Licari li jkopri l-Kunsill ta' l-Ewropa?

Response (FRENDO, MICHAEL)

B'referenza għall-Mistoqsija numru 16115, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-elezzjoni għall-ħatra ta' Chairman għall-Council of Europe Development Bank ser ssir fid-9 ta' Diċembru. Diġa saru, seba rounds ta' elezzjonijiet li baqgħu bla riżultat konlużżiv. Malta għandha lill-Ambaxxatur Joe Licari bħala kandidat għal dan il-post. Il-Ministeru ma hu qed jagħmel xejn biex, fis-sarkażmu ovvju ta' l-Onorevoli Interpellant "jiffavorixxi u jaġevola lill-Ambaxxatur Licari". Il-Ministeru qed jagħti appoġġ sħiħ kif jixraq li jagħmel kulħadd lill-kandidatura Maltija b'Notes Verbales u diskussjonijiet ma' pajjiżi oħrajn u anki ftehim fuq kandidaturi.
Leg 10 PQ #15975 Sitting 333 2005-12-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali fuq iċ-CHOGM?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mhux possibli li f’dan l-istadju tingħata figura preċiża tan-nefqa totali fuq iċ-CHOGM.
Leg 10 PQ #15976 Sitting 333 2005-12-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM — Immigranti illegali

Question

Billi kien il-ħsieb li jintlaħqu repatriation agreements dwar l-immigranti illegali ma' diversi pajjiżi membri tal-Commonwealth waqt iċ-CHOGM, jista' il-Ministru jgħid jekk intlaħaqx dan il-għan jew le u jekk iva, ma' liema pajjiżi ntlaħaq ftehim?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Diġa tajt tweġiba għal din id-domanda waqt id-dibattitu wara l-istqarrija Ministerjali dwar iċ-CHOGM mill-Onorevoli Prim Ministru.
Leg 10 PQ #15977 Sitting 333 2005-12-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

DOHA global trade round

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern Malti għall-kritika li saret f'The Independent Newspaper UK tas-Sibt li għadda li l-Gvern Malti, flimkein ma' dak Ingliż u dak Ċipriott, huma akkużati li qed iħallu l-Unjoni Ewropea tmur lura mill-impenn tagħha biex tagħti aċċess agrikolu akbar lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-kuntest tad-DOHA global trade round, u dan meta skond il-prinċipji tal-Commonwealth "there shoud be the freest possibbli flow of multilateral trade on terms fair and equitable to all"?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-ġurnalista ta' The Independent, UK naturalment huwa liberu jagħmel l-interpretazzjonijiet tiegħu. L-istqarrijiet li ħarġu miċ-CHOGM huma ċari biżżejjed meta jittieħdu fil-kuntest u fit-test (text) sħiħ tagħhom.
Leg 10 PQ #15981 Sitting 333 2005-12-05 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ħruġ ta' visa

Question

Jista' il-Ministru jgħid u jispjega r-raġuni għar-rifjut ta' visa lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandu l-mara tiegħu taħdem hawn Malta?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #15842 Sitting 331 2005-11-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM — Xiri ta' karozzi BMW

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xiri ta' 54 karozza BMW għaċ-CHOGM b'somma totali ta' qrib Lm4 miljun saritx b'direct order u jekk iva, għaliex sar hekk u mhux b'sejħa għal offerti?

Response (FRENDO, MICHAEL)

La l-Gvern u lanqas iċ-CHOGM Task Force ma xtrat l-ebda BMW għaċ-CHOGM.