Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #23624 Sitting 490 2007-02-05 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Royal Welsh Agricultural Show

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta kellhiex stedina mill-organizzaturi tar-Royal Welsh Agricultural Show ġewwa Builth Wells Powys f'Wales?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura ma rċieva l-ebda stedina mill-organizzaturi tar-Royal Welsh Agricultural Show.
Leg 10 PQ #23227 Sitting 489 2007-01-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu , safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Leg 10 PQ #23372 Sitting 489 2007-01-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal li f'qasir żmien ikun hemm bidla fiċ-chairman tal-kunsill Malti għall-kultura u l-arti? Kif ġiet magħżula din il-persuna u xi kriterji ntużaw? Kemm se jkun il-ħlas li l-persuna magħżula se tieħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti rriżenja għax ħass li, minħabba x-xogħol tiegħu, ma setax jiddedika l-ħin neċessarju għall-qadi ta’ din il-kariga. Iċ- Chairman il-ġdid intgħażel għax għandu l-kriterji neċessarji sabiex imexxi l-Bord tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti. Ir-rimunerazzjoni taċ- Chairperson hija ta’ Lm 6,000 fis-sena.
Leg 10 PQ #23269 Sitting 488 2007-01-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor intrpellant.
Leg 10 PQ #23451 Sitting 487 2007-01-29 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju ngħata t-tender ta' l-awtorita' Maltija tat-turiżmu ta' cheaffeur cars lil Zarb Coaches? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-proċess ta' dan it-tender kollu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #23197 Sitting 486 2007-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Karnival 2007

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-parteċipanti li ġew aċċettati biex jieħdu sehem fl-edizzjoni tal-Karnival 2007? Minn dawn il-parteċipanti, jista' jgħid jekk hux kollha ngħataw post jew maħżen fejn jibnu l-karrijiet tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-postijiet jew imħażen fejn l-imsemmija parteċipanti qed jużaw? Jista' jgħid ukoll minn min qed titħallas il-kera, fejn dan huwa l-każ, u min qed iħallas għad-dawl u l-ilma? Jista' jgħid jekk kienx hemm ċirkostanzi fejn persuni li xtaqu jipparteċipaw ma ġewx aċċettati għax ma kellhomx fejn jaħdmu jew inkella ġew aċċettati li jipparteċipaw fl-edizzjoni li jmiss tal-Karnival minkejja li m'għandhomx post jew maħżen fejn jaħdmu? Hemm xi mħażen jew postijiet li ġew trasferiti taħt il-kunsill Malti għall-kultura u l-arti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onor interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. W317.
Leg 10 PQ #23256 Sitting 486 2007-01-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kontijiet tat-telephone

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta' flus li tħallas f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006 kien ta' Lm 2,096.39 u Lm 2,215.34 rispettivament. Ma narax li jkun prudenti li nsemmu l-ismijiet fil-Parlament.
Leg 10 PQ #23105 Sitting 485 2007-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Lukandi

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-aħħar seba' snin mis-sena 2000 'il hawn x'lukandi għalqu fiż-żona ta' San Pawl il-Baħar, il-Qawra u Buġibba? F'kull każ kemm kellhom sodod? Ta' liema kategorija? Fl-istess medda ta' żmien, liema lukandi nfetħu fl-istess żona, b'kemm sodod u ta' liema kategorija? Għaż-żmien li ġej, hemm xi applikazzjonijiet għall-bini ta' lukandi ġodda jew estensjonijiet? Kemm sodod u liema kategoriji?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif jidher hawn taht: Lukandi f’San Pawl, Buġibba u Qawra Lukandi li għalqu Lukandi li fetħu Sena Isem Klassi Sodod Sena Isem Klassi Sodod 2000 Hyperion 3 344 2001 Villa Mare 2 24 2001 Coralia San Antonio 4 624 Euro club 2 280 Blue Lagoon 2 54 2002 Cartwheel 3 160 2002 Bellavista 4 299 Springfields 3 80 Cycas 3 84 Gallina 3 294 2003 Island International 4 186 2003 Sunflower 3 216 Limelight 3 162 White Dolphin 3 108 Pandora 2 60 Cyrstal 2 75 2004 Breakpoint 3 50 San Mark 4 150 Concorde 3 154 2005 Mistra Village 4 564 2006 Cape Inch 3 54 Applikazzjonijiet fil-Qawra, Buġibba u San Pawl il-Baħar Isem Klassi Sodod Club Salina Wharf 4 72 Brandon Hostel 45 Beachline Guesthouse 26
Leg 10 PQ #23116 Sitting 485 2007-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Operaturi Turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 'l hawn kemm kien hemm operaturi li jħallsu xi liċenzja lill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu u waqfu joperaw? F'liema qasam kienu joperaw? Fl-istess żmien, liema operaturi ġodda turistiċi bdew joperaw? F'liema qasam?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant hija kif jidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew turisti globalment matul l-2005 u l-2006, minn fejn ġew u kemm qattgħu medja ta' iljieli ras għal ras kull wieħed minnhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi fl-2005, ġew 1,170,610 turisti f’Malta, żieda ta’ 1.3% meta ikkomparata mas-sena 2004. Il-maġġoranza ta’ turisti li ġew Malta fl-2005 huma Ingliżi (41.2%), Ġermaniżi (11.8%),Taljani (7.9%) u Franciżi (7.1%). Skond l-aħħar statistika li ħarget, minn Jannar sa Novembru 2006 ġew Malta 1,077,749 turisti. Din iċ- ċifra turi tnaqqis ta’ turisti ta’ 4.6% meta mqabbla ma’ l-istess perjodu tas- sena l-oħra. F’dan l-istess perjodu, l-aktar turisti li ġew huma mill- Ingliterra (38.1%), Ġermanja (11.1%), l-Italja (9.9%) u Franza (6.6%). Medja ta’iljieli ras għal ras għal dawn il-pajjizi : 2005 - Medja ta’iljieli 2006 (Jannar sa Novembru) Medja ta’iljieli Ingilterra 9.9 9.8 Germanja 8.9 9.3 Italja 7.7 7.8 Franza 8.2 8.5 TOTAL 9.5 9.5
Leg 10 PQ #23251 Sitting 485 2007-01-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

San Ġwann — Cart ruts

Question

Minħabba li l-cart ruts li hemm ġewwa San Ġwann huma meqjusa bħala attrazzjoni turistika, jista' isir fencing aħjar ta' l-inħawi minħabba li l-post qed jiġi nvażat bil-klieb u qtates?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-Cart Ruts ta' San Ġwann jaqgħu taħt ir-responsabbilta' diretta tal-Kunsill Lokali b'devoluzzjoni li ġiet iffirmata fil-21 ta' Frar tas-sena 2000. Infurmat ukoll li ftit snin ilu kien hemm proġett ippjanat mill-istess kunsill biex jinbidel il-fencing tad-dawra tal-Cart Ruts u għalhekk jirristrinġi l-aċċess li wieħed ikollu dirett fuq il-Cart Ruts. Il-Ministeru kien qiegħed f'diskussjoni biex jgħin f'dan il-proġett. Il-Kunsill waqaf dal-proġett minħabba li hemm numru ta' djar li fetħu bieb li jinfed fil-Cart Ruts. Ma nara l-ebda diffikulta' niddiskutu xi forma ta' għajnuna jekk il-kunsill jinsab interessat jerġa jipproċedi b'dan il-proġett.
Leg 10 PQ #22853 Sitting 484 2007-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Safar

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi matul l-2006 n-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm 228,970.31.
Leg 10 PQ #22855 Sitting 484 2007-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu Kultura — Spiża ta' fuels

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-2006 kienet ta' Lm 39,946.55.
Leg 10 PQ #22857 Sitting 484 2007-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Servizzi tat-telephones

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephones fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephones tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-2006 kienet ta' Lm 111, 743.08.
Leg 10 PQ #22979 Sitting 484 2007-01-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku — Użu ta' vettura

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #23086 Sitting 484 2007-01-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 22593 u 22743 u jgħid mill-budget ta' l-MTA 2006 u 2007: 1) x'persentaġġ qed imur fuq reklamar u promozzjoni ta' Malta u Għawdex; 2) x'persentaġġ qed imur fuq għajnuna lil-low cost airlines; 3) x'persentaġġ qed imur fuq market support għat-tour operators?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi fl-2006, 52% mill-budget ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu mar fuq reklamar u promozzjoni ta' Malta u Għawdex filwaqt li għall-2007 dan il-persentaġġ kien ta' 38%. 24% u 32% mill-budget ta' l-Awtorita' marru fuq market support għat-tour operators għall-2006 u l-2007 rispettivament. L-għajnuna lill-low cost airlines hija nkluża fil-market support għat-tour operators.

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk żdidietx in-nefqa fuq is-safar mill-2005 għall-2006 u f'każ affermattiv, kemm kienet iż-żieda fuq l-ispiża tas-safar mill-2005 u l-2006 globalment? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda u jekk kienx hemm l-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-prim ministru għat-tali spiża? Jista' jgħid min approva s-safar ta' matul l-2006?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #23233 Sitting 484 2007-01-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Heritage Malta — Kap Eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol tas-Sur Mule Stagno, il-Kap Eżekuttiv il-ġdid ta' Heritage Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21120.
Leg 10 PQ #22851 Sitting 483 2007-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi n-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u d-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-2006 kienet ta' Lm 76,257.29.