Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 882 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' tal-Gudja li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx it-tarmac? Meta hu maħsub li dawn it-toroq (triq bi triq) jingħataw it-tarmac?
Jista' il-Ministru jinnota li jiena tlabtu jsemmi liema huma dawk it-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx it-tarmac, mingħajr ma semmejt l-ebda toroq? Jista' il-Ministru jagħti tweġiba għal din il-misotqsija għax ma jidhirx li r-risposta hija korretta għal kollox?
Response (GALEA, ĊENSU)
M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari numru 882.
Ħal Balzan — Triq il-Ferrovija l-Qadima - inċidenti tat-traffiku
Question
Jista' il-Ministru jwieġeb l-aħħar parti ta' mistoqsija parlamentari 769 li l-ewwel parti tagħha ġiet imwieġba mill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern u t-tieni parti ta' din il-mistoqsija ġiet riferuta lilek u cioe' taqbel li għandha tinsab soluzzjoni mmedjata sabiex jiġu evitati dawn l-inċidenti tat-traffiku fi Triq il-Ferrovija l-Qadima kantuniera ma' Vjal il-Bon Pastur, f'Ħal Balzan ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku għamel spezzjoni fuq il-post fejn irriżulta li fi Vjal il-Bon Pastur, fiż-żewġt kantunieri ma' Triq il-Ferrovija -Qadima, hemm road markings u tabelli ta' Stop kif ukoll hemm road humps. Ġie nnutat ukoll li f'waħda mill-kantunieri kien hemm karozza pparkjata li kienet qed itellef il-viżibilita tat-triq. Għalhekk, id-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku tirrikomanda li jkun hemm aktar enforcement fuq il-parking f'din l-akwata.
Meta hemm il-ħsieb li tingħata il-parti ta' Triq Patrick Brydone f'San Ġiljan li għadha malgħuqa u mimlija trab b'inkonvenjenzi kbar għar-residenti tat-triq? Meta hemm il-ħsieb li tingħata t-tarmak Triq il-Qratas fis-Swieqi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara programm għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol fuq Triq Birkirkara f'San Ġiljan? Peress li x-xogħol jidher li miexi b'ritmu kajman jafx il-Ministru li dan qed joħloq inkonvenjent lir-residenti minħabba trabijiet, storbju u nkonvenjenti oħra li finalment qed isservu ta' detriment għar-residenti tat-triq u l-inħawi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi peress li Triq Birkirkara hija pjuttost dejqa, ix-xogħol ta' tibdil tal-mains u s-servizzi ta' l-ilma ħa aktar żmien milli previst biex jitlesta. Bħalissa qed isir it-tagħqid tal-main prinċipali, it-tqeghied tal-Cables tal-Maltacom u qed jinbnew il-bankini l-ġodda biex mill-ewwel ta' Lulju jibda x-xogħol ta' l-asfalt fuq il-wiċċ tat-triq.
Ix-xogħol hu mistenni li jitlesta f'Lulju biex finalment it-triq terġa tinfetaħ.
Jista’ il-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li ngħataw it-tarmac mill-Gvern Ċentrali matul l-2002 u l-2003 f’Ħ’Attard, Haż-Żebbug, Siġġiewi u ħad-Dingli? Kemm ġiet tiswa kull triq? Liema huma t-toroq fl-istess lokalitajiet li l-Gvern bi ħsiebu jagħti t-tarmac fil-kumplament ta’ din is-sena jew fis-sena 2004?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx tarmac? Meta hu maħsub li dawn it-toroq (triq bi triq) jingħataw it-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għal-mistoqsija parlamentari numru 878, li tapplika wkoll għal dan il-każ.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' tal-Gudja li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx it-tarmac? Meta hu maħsub li dawn it-toroq (triq bi triq) jingħataw it-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi filwaqt illi bħalissa l-Awtorita` dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali tal-Gudja għaddejjien b'taħdidiet biex jiġi ffirmat kuntratt bejniethom biex isir xogħol ta' asfalt fiż-żona tax-Xlejli, id-Direttorat tat-Toroq qiegħed fil-proċess li jirrivedi l-informazzjoni li għandu dwar toroq oħra imsemmija mill-Onorevoli Interpellant fil-lokalitajiet kollha u l-informazzjoni tkun tista tingħata meta dan il-proċess ikun tlesta.
Jista' il-Minsitru jgħid għaliex Triq id-Dwieli u Trejqet il-Kampanjol f'Baħar iċ-Ċagħaq u l-madwar tagħhom tħallew żdingati? Peress li r-residenti inkluż l-anzjani ta' l-inħawi qed isibu diffikultajiet u nkonvenjent kuljum kawżat mill-istat xejn tajjeb tat-toroq imsemmija, jista' il-Ministru jara li jsiru l-arranġamenti mad-Dipartiment tat-Toroq u l-Kunsill Lokali responsabli minn dawn l-inħawi ħalli l-manutenzjoni ssir minnu fih?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-Awtorita` dwar it-Trasport qed tipprepara programm għall-asfaltar ta' diversi toroq ġodda madwar Baħar iċ-Ċagħaq u x-xogħol fit-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jirriżultaw minn żmien ghal żmien.
Jista' il-Ministru jara li l-karozza tal-linja minn M'Scala sa Senglea ma tgħaddix minn Triq W. Rosato Bormla u dan peress li r-residenti f'din it-triq dejqa qed jilmentaw?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-karozzi tal-linja li joperaw fuq din ir-rotta, ilhom is-snin jgħaddu mir-rotta stabbilita mingħajr ebda problemi jew ilmenti. Madankollu, jien infurmat ukoll li l-Awtorita` dwar it-Trasport ta' Malta se tikkunsidra t-talba ta' l-Onor. Interpellant biex tara jekk jistax isir xi tibdil.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma it-toroq li ser jingħataw tarmak fil-lokalitajiet ta' Paola, Tarxien, Marsa, Gudja u Santa Luċia matul is-sena 2003?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li filwaqt li ftit żmien ilu tlesta x-xogħol li kien qed isir fi Triq is-Sajjied u Triq Fra Diegu fil-Marsa, Triq il-Prinjol f'Santa Luċija u Triq ix-Xewk f'Raħal Ġdid, l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali tal-Gudja għaddejjin b'taħdidiet biex jiġi ffirmat kuntratt bejniethom biex isir xogħol ta' asfalt fiż-żona tax-Xlejli fil-Gudja.
Fir-rigward ta' toroq oħra fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onor. Interpellant id-Direttorat tat-Toroq qiegħed il-ħin kollu f'kuntatt mal-Kunsill Lokali biex ikun implimentat xogħol ta' titjieb fit-toroq kollha tal-pajjiż u l-prijoritajiet jiġu aġġornati, minn żmien għal żmien skond l-esiġenzi li jkunu qed jirriżultaw.
Jista’ il-Ministru jara li, biex ikun hemm sigurta għat-tfal li jattendu d-duttrina f’Dar it-Tagħlim Nisrani, Triq Ħal-Warda H’Attard u billi din hi triq traffikuża, ikun hemm post riservat fil-ħinijiet tad-duttrina għal użu tal-Mini Bus li twassal it-tfal għad-duttrina?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi d-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku mhux f'pożizzjoni li jawtorizza post riservat bil-ħin tad-duttrina għal użu tal-Mini Bus.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il xarabank jaħdmu fuq ir-rotot diversi kuljum? Liema huma dawk ir-rotot speċjali li jitħaddmu biss fi tmiem il-ġimgħa fis-sajf jew f'okkażjonijiet oħra? Kemm-il xarabank hemm fuq kull rotta partikolari?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li jkun hemm 254 xarabank jaħdmu kuljum is-sena kollha. Ma' dawn l-ammonti ta' vetturi jinħarġu vetturi addizzjonali li jvarjaw skond il-ħtieġa staġjonali. Dan isir speċjalment biex tintlaħaq id-domanda li tiżdied fis-sajf.
Ir-rotot speċjali li joperaw speċjalment fi tmiem il-ġimgħa u li joffru servizz fis-sajf huma dawk li jaħdmu minn Paceville għal diversi bliet u rħula u li rotot huma dawn li ġejjien:
Rotta
Numru ta' Xarabanks
Operat tar-rotta
Buġibba 11
1
Bil-lejl (Ġimgħa u Sibt)
Żabbar 18
1
Bil-lejl (Ġimgħa u Sibt)
Żurrieq / Safi 34
1
Bil-lejl (Ġimgħa u Sibt)
Qormi / Żebbuġ / Siġġiewi 88
1
Bil-lejl (Ġimgħa u Sibt)
Rabat / Dingli 81
1
Bil-lejl (Ġimgħa u Sibt)
Buġibba / Mosta 49
2
Bil-lejl (Mit-Tnejn sas-Sibt)
Valletta 62
2
Bil-lejl (Mit-Tnejn sas-Sibt)
San Ġwann / Naxxar 65
1
Bil-lejl (Mit-Tnejn sas-Sibt)
Barra minn dawn t'hawn fuq imsemmi, jiddaħlu rottot oħra speċjali bħal per eżempju għal Futbol ta' Qali, Trade Fair, Air Show etc.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' tal-Marsa (jekk hemm) li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx tarmac? Meta hu maħsub li dawn it-toroq (triq bi triq) jingħataw it-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien ninsab infurmat illi d-Direttorat tat-Toroq qiegħed fil-proċess li jirrevedi l-informazzjoni li għandu dwar it-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant fil-lokalitajiet kollha u l-informazzjoni tkun tista tingħata meta dan il-proċess ikun tlesta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' ta' Santa Luċija (jekk hemm) li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx tarmac? Meta hu maħsub li dawn it-toroq (triq bi triq) jingħataw it-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għal-mistoqsija parlamentari numru 878, li tapplika wkoll għal dan il-każ.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' ta' Ħal Tarxien li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx tarmac? Meta hu maħsub li dawn it-toroq (triq bi triq) jingħataw it-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għal-mistoqsija parlamentari numru 878, li tapplika wkoll għal dan il-każ.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tinkesa kollha kemm hi Triq il-Fortizza, fil-Mellieħa u jinqatgħu l-inkonvenjenzi li jbatu r-residenti bit-trabijiet ta' l-art maqlugħa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien ninsab infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport qed tkompli l-program ta' xogħol ta' kostruzzjoni u asfaltar ta' toroq fiż-żona kollha ta' Masrija, fejn hemm din it-triq u l-asfaltar tat-triq li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant qiegħed isir ukoll f'dan il-program.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tinkesa Triq Ħalq iċ-Ċawl, fil-Mellieħa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien ninsab infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport qed tkompli l-program ta' xogħol ta' kostruzzjoni u asfaltar ta' toroq fiż-żona kollha ta' Masrija, fejn hemm inkluża din it-triq u l-asfaltar tat-triq li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant qiegħed isir ukoll f'dan il-program.