B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija 33899, jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas f'overtime xahar b'xahar għall-ħin żejjed li ħadmu minn Ottubru 1998 sal-lum is-senior technical officer li ismu qed jintbagħat separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li dan is-senior technical officer tħallas dawn l-ammonti bħala 'overtime' minn Ottubru 1998 sal-lum. L-informazzjoni tinsab f'rapport separat li qed inqieghed fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk kienux il-ħaddiema mid-distrett tad-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi li bnew ħajt tas-sejjieħ bejn id-Drug Rehabilitation Centre u ċ-Ċimiterju ta' Sant'Andrija f'Ħaż-Żebbuġ? Min ta' l-ordni biex jinbena dan il-ħajt? Kemm tħallas id-dipartiment talli bena dan il-ħajt u minngħand min tħallas? Ta' min hija l-propjeta li fuqha inbena dan il-ħajt tas-sejjieħ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li waqt li xi patching li kien qiegħed isir mill-ħaddiema tad-Distretti, dan il-ħajt intlaqat mir-romblu u ġratlu xi ħsara. Għaldaqstant il-ħajt kellu jerġa jiġi rranġat għall-istat li kien.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol ta' kostruzzjoni (tender no 211/2000) li sar fil-control room tal-Mgħatab f'Ottubru li għadda baqa' ma' tħallasx? Billi dan ix-xogħol tlesta f'Ottubru tas-sena l-oħra, jista' jgħid għaliex dam daqshekk biex jitħallas il-kuntrattur li d-dettalji tiegħu qed jingħataw under separate cover?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-'Final Account' tax-xogħol imsemmi tlesta. Id-dewmien kien dovut għal-fatt li l-Perit li kien inkarigat minn dan ix-xogħol ingħata kariga f'Ministeru ieħor u allura kien jeħtieġ li jiġi kkonsultat biex jiġi kkonfermat il-kontenut u l-kwalita tax-xogħol li sar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus f'safar ministerjali u dipartimentali tal-ministeru għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu April u Mejju ta' din is-sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li twaqgħet il-latrinja tal-bajja ta' Għajn Tuffieħa (Golden Bay) fil-bidu ta' April meta propju jibda' l-istaġun turistiku u mhux fix-xhur ta' Novembru u Diċembru biex kienet titlesta f'April?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34247, jista' jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartiment tad-drenaġġ mill-bidu tas-sena 2001 sal-lum? Xi jkopri dan ix-xogħol, lil min ingħata u x'inhu l-valur tax-xogħol li sar?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34261, b'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34084, jista' jagħti breakdown tas-somma ta' Lm2,000,000 li hu qiegħed jgħid li intnefqu f'xogħol tat-tisbih tal-promenade ta' Marsascala matul is-sena 1996?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Kif kelli okkażjoni ngħid kemm il-darba, l-programm ta' tisbiħ tal-Promenade beda fil-1996 meta f'Marsascala b'investiment ta' madwar Lm2 miljun, inbidlet is -sistema tad-drenaġġ u twessa' u nbena mill-ġdid il-Promenade tul Triq ix-Xatt.
Ix-xogħol fuq relief sewer ġdid, Pumping Station ġdid , estensjoni fir-Rising Main , l-bini ta Retention Basin ġdid u l-bini mill-ġdid tal-Promenade swew Lm2,060,000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jitnaddfu s-swar tal-Belt u l-Furjana minn ħaxix ħażin? Jista' jsir dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-Taqsima tar-Restawr tagħmel xogħol ta tindif u manutenzjoni fuq is-swar tal-Belt Valletta u l-Furjana b'mod regulari. Fil-fatt, f'dawn l-aħħar xhur saru xogħolijiet fuq is-sur ta Notre Dame fil-Furjana u fix-Xatt ta Lascaris fil-Belt Valletta.
Pperess li Sqaq Żawri kantuniera ma' Triq Danny Cremona Ħamrun intela' b'kwantita' qawwija ħafna ta' bulky refuse, jista' l-Ministru jgħid jistax jinġabar dan l-iskart mill-aktar fis?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Billi dan l-inkarigu issa qiegħed f'idejn il-Kunsilli Lokali, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li tinbidel il-plakka li turi l-isem ta' Triq Odilone Caruana (li tinsab kantuniera ma' Triq Giuseppi Cali) li tkissret u nqassmet fi tnejn?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Billi dan l-inkarigu qiegħed f'idejn il-Kunsilli Lokali, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill- Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema ta' inspection hole li hemm fi Triq Kunċizzjoni, Msida qrib ir-residenza 110-111?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-'Inspection Hole' imsemmija fil-mistoqsija hija 'inspection chamber' ta' residenza privata. Għalkemm il manutenzjoni ta' din l-'inspection chamber' ma taqax taħt ir-responsabilita tad-Dipartiment tad-Drenaġġ, id-Dipartiment xorta ħa l-inkarigu li jikkuntattja lill-ispettur sanitarju biex jindikalu l-problema.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li qed isir fi Triq Gorg Borg Olivier f'San Ġiljan? Meta beda u meta huwa previst li jkun lest? Japprezza l-Ministru li kieku dan ix-xogħol sar ftit xhur ilu ma kienx jħarbat it-turiżmu fl-inħawi kif ukoll il-ħajja ta' kuljum tar-residenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ix-xogħol fi Triq Gorġ Borg Olivier kien jikkonsisti f'dan li ġej:
1 Ix-xogħol estensiv fuq il-bini mill-ġdid tal -faċilitajiet ta' St. Julians Waterpolo Club minħabba li dan kien jeħtieġ li jitwaqqgħu biex titwessa l-promenade fl-inħawi.
2 Bankini ġodda t-tul kollu tat-triq, fuq iż-żewġ naħat, inkluż tibdil estensiv fid-diversi servizzi li jgħaddu minn dawn l-inħawi.
3 Railings ta' ħadid dekorattiv ġdid fuq in-naħa tal-baħar.
4 Tiswija u kostruzzjoni ġdida tal-uċuħ tat-triq minn fejn iċ-Chains Restaurant sa fejn City of London Bar.
5 Xogħol fil-baħar biex fuqhom inbnew belveders ġodda li ppermettew it-twessieħ tal-bankina fil-parti l-aktar dejqa ta' dan il-promenade.
Ix-xogħol kien maqsum f'żewġ fażijiet.
A L-ewwel fażi nbdiet fi Frar 2001 u tlestiet f'Gunju 2001.
B It-Tieni fażi nbdiet f'Ottubru 2001 u kompliet fl-aħħar ta' Gunju 2002.
Ix-xoghol mexa qrib ħafna ta' kif ġie ppjanat. Ix-xogħol tal-baħar li fuqu riedu jinbnew il-belveders kien imfixkel mit-temp ħażin li ħakem l-inħawi għal żmien twil bejn Jannar u April ta' din is-sena. Minħabba li dan ix-xogħol intesiv fil-baħar kellu ta bilfors isir fix-xhur ta' Mejju u Gunju, dan kellu effett fuq il-kumplament tax-xogħol li sar fit-triq.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet jew ħsibijiet hemm sabiex isir żvilupp tant meħtieġ fil-baħar u fuq il-blat fil-club tal-waterpolo ta' Ta' Xbiex?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li huwa ippjanat biex jinbena wiċċ ġdid tall-moll fuq il-blat fil- club tal-waterpolo pitch ta' Ta' Xbiex.Il-Marine Section f'ħdan it-Taqsima tax-Xoghlijiet ghamlet applikazzjoni lill-Awtorita ta' l-Ambjent u l-Ippjanar ghal ħruġ ta' permess biex b'hekk ikun jista jibda ix-xoghol.
L-applikazzjoni li għandha Nru. PA 2709/95, ġiet ipproċessata u qieghda fil-fażi biex titressaq lill-Kummissjoni Kontroll ta' l-Iżvilupp tal-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Environment Impact Assessments/Statements kienu dawn:
STUDJU MINN MIN SARU NEFQA
Malta North Sewage
Treatment Plant (Sit 1) AIS Environmental Ltd. Lm 8,797.50
Malta North Sewage
Treatment Plant (Sit 2) AIS Environmental Ltd. Lm 7,877.50
Gozo Sewage
Treatment Plant AIS Environmental Ltd. Lm 5,520.00
Hay Wharf EMDP, Mosta Lm11,600.00
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-minsteru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena?
X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa?
X'passi ittieħdu?
Jista' jinfurmani ukoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li s-sena li għaddiet kienu rrappurtati dawn is-serqiet:
Oġġetti Valur
ġeneratur Lm6,000.00
16 hazard lights Lm 88.80
4 chipping hammers Lm 10.00
zappun Lm 4.00
aluminium ladder Lm 25.00
wheel barrow Lm 19.00
pickaxe Lm 6.00
spade Lm 6.00
4 plastic buckets Lm 17.60
4 special ropes Lm 80.00
full body harness Lm 30.00
4 wooden planks Lm 48.00
3 flushers Lm 16.80
2 road flushers Lm 14.00
Minolta AF25 camera Lm 29.90
2 bnadar Lm 22.00
sledge hammer Lm 10.00
2 batteriji tal-wheel shovel Lm 63.80
9 iron beams Lm 648.00
2 aluminium ladders+rolls of chaining fence Lm 200.00
2 batteriji Lm 63.80
F'Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena nsterqu dawn l-oġġetti:
Oġġetti Valur
20 drainage rods Lm 60.00
2 batteriji Lm 37.30
Dawn il-każi ġew riferuti lill-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kuntratturi li għandhom jieħdu għal xogħol li għamlu minn Settembru 1998 sal-lum? X'inhuma l-ammonti għal kull każ u kemm ilhom pendenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34084, jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-somma ta' Lm2,000,000 li hu qiegħed jgħid li intnefqu f'xogħol tat-tisbih tal-promenade ta' Marsascala matul is-sena 1996?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-latrini pubbliċi fil-promenade ta' Tas-Sliema qegħdin jingħalqu relattivament kmieni matul il-lejl u b'hekk joħolqu inkonvenjent lin-nies li jiffrekwentaw din l-area?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li mis-17 ta' Ġunju 2002, il-latrini tal-promenade ta' tas-Sliema qed jibqgħu miftuħin sal-ħdax ta' fil-għaxija.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar id-drenaġġ li qed joħroġ regolarment fuq il-blat taħt il-lukanda Dolmen f'Buġibba?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi d-drenaġġ mhux ħiereġ iżjed fil-post imsemmi. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ ħa passi mmedjati biex jara li ma kienx hemm xi ħsara jew żbroff min-naħa ta' xi main tal-Gvern. Irriżulta li l-mains tal-Gvern kienu qegħdin jiffunzjonaw tajjeb u d-drenaġġ li kien ħiereġ kien minn stabbiliment privat.
Ġie identifikat dan l-istabbiliment kif ukoll il-post preċiż fejn kien hemm il-ħsara wara ħidma intensiva mid-Dipartiment tas-Sanita' mgħejjun mid-Dipartiment tad-Drenaġġ.
Dan l-istabbiliment ħa passi privatament biex tissewwa l-ħsara. Wara li l-ħsara ssewwiet, mhux qiegħed jirriżulta ħruġ żejjed.